Skip to content

Birżebbuġa Tul il-Gwerra (1939-1945)

 

Birżebbuġa Tul il-Gwerra (1939-1945).
Kitba ta’ Joe Balzan
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1995.

 

stampa

caption

 

Ħamsin sena ilu ċediet il-Ġermanja u b’hekk feġġ mill-ġdid il-paċi fuq il-gżejjer Maltin. It-Tieni Gwerra Dinjija (1939/1945) kienet waħda li fniet lill-poplu Malti bl-effetti koroh li ġġib magħha kull gwerra.  Birżebbuġa wkoll kien wieħed mill-irħula li taw kontribut fil-gwerra u saħansitra kellu wkoll il-vittmi tiegħu.

Nibda biex ngħid li f’Marzu 1940 waslu f’Kalafrana sitt Gloucester Sea Gladiators u nħolqot il-bażi tar-Royal AirForce (Seaplane Section) li kienet parti minn skwadra ta’ salvataġġ (AirRescue Unit).  Dawn ġew mħollija hawn mill-H.M.S. Glorious meta din ħalliet il-Mediterran. Erbgħa minn dawn ġew magħquda biex ġie ffurmat stazzjon tat-titjiriet tal-Fighters minn Ħal Far. Wara inċident fi nżul ta’ wieħed minnhom, tpoġġew tnejn oħra. ll-mitjar ta’ Ħal Far, dak iż-żmien kien wieħed sabiħ, miksi bil-ħaxix.  Imma peress li fit-28 ta’ Ġunju 1940 beda jiffunzjona l-mitjar ġdid ġewwa Ħal-Luqa, din il-flotta ta’ ajruplani ġiet trasferita għal hemm u Ħal-Far ġie ngumbrat bit-tankijiet minħabba s-sigurta’. B’danakollu l-uffiċjali u nies oħra baqgħu joperaw mill-kwartieri ġenerali f’Kalafrana.

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Ġunju 1940, fl-ewwel ġurnata tal-gwerra, dehru fuq Malta għaxar ajruplani Savoia Marchetti 79s li qasmu minn fuq il-gżira fi triqthom biex jibbumbardjaw Ħal-Far. Lanqas kienu għaddew għaxar minuti meta ħmistax oħra attakkaw il-bażi tas-Seaplanes f’Kalafrana.

Fil-5 ta’ Settembru 1940, l-ewwel JU87 Stukas li dehru fuq Malta attakkaw Ħal-Far.  Fit-18 ta’ Settembru 1941, wieħed u ħamsin JU87, sbatax ME110 u disgħa MC200 reġgħu ibbumbardjaw dan il-mitjar u ġjet ikkawżata ħsara konsiderevoli. F’dan l-attakk kienu biss 50 ruħ li ddefendew u ħaddmu l-kanuni anti-aircraft taħt it-tmexxija ta’ Bernard Amato Gauci.

Fit-12 ta’ Mejju, 1941 l-iskwadra numru 185 ġiet riformata u stazzjonata f’Ħal-Far. Din kienet it-tieni waħda u kienet attrezzata bil-Hurricanes MK1s. ll-motto tagħha kien bil-Malti: ‘Ara fejn hi !’  F’Marzu 1942 il-mitjar ta’ Ħal-Far kien miksi bil-bombi u dħaħen. Intlaqtu diversi kanuni b’direct hit. Fil-ġranet wara dan il-każ kien hemm biċċa xogħol iebsa biex jitneħħew il-bombi li bdew jiġu mormija taħt Ħal-Far. F’okkażjoni minnhom ix-xogħol kellu jieqaf minħabba bomba ta’ daqs mhux ħażin li kienet perikoluża. Din ġiet mitfugħa qalb l-oħrajn, erba’ siegħat wara splodiet u regħdet l-inħawi.

Fl-20 ta’ April 1942 waslu f’Malta flotta Spitfires.  Tnax minn dawn ġew meqruda mill-Ġermaniżi għoxrin minuta biss wara li waslu ġewwa Ħal-Far. Meta ftit xhur wara waslu għoxrin oħra kellhom jiġu mimlija bil-fuel fl-iqsar żmien minħabba li riedu jeskortaw konvoj li kien ġej minn Ġibilta’. L-operazzjoni saret ġo Ħal-Far fi kwarta nhar it-8 ta’ Mejju 1942.

Is-sezzjoni tal-High Speed Launches f’Kalafrana kellha x’tagħmel sew tul il-gwerra. Minħabba li ġabret għadd kbir ta’ nies mill-baħar, kemm alleati kif ukoll għedewwa, kellha tieħu sehem ukoll biex ġie maqbud Borg Pisani fl-operazzjoni ta’ spjunaġġ u anke meta wasal il-Gvernatur Lord Gort peress li wasal waqt air-raid. Dawn ħadu sehem ukoll fil-wasla tas-Segretarju ta’ l-lstat Anthony Eden minħabba maltempata qawwija.  Niġu issa biex naraw kemm kien l-ammont ta’ nies ħajjin jew mejtin, li tellgħet din l-iskwadra ibbażata f’Kalafrana. Ingliżi – 209 li 14 minnhom kienu mejtin, 40 Ġermaniż, li minnhom mejjet u 24 Taljan li 5 minnhom kienu mejtin.

Fil-lejl tat-Tnejn, 23 ta’ Gunju 1941 wieħed mis-Seaplanes li kien iservi fil-bażi ta’ Kalafrana BU185 li l-pilota tiegħu kien Norveġiż b’kunjom Offedal wasal Malta għall-ewwel darba u ġie mdaħħal fil-hangar ta’ Kalafrana fejn kien miżmum taħt sigurta’ kbira minħabba t-teknika ħafna aktar avvanzata mis-Seaplanes li kien għad hawn sa dak iż-żmien.

Fl-attakki li saru fit-8 u d-9 ta’ Lulju, dan il-hangar ġie milqut u dan is-Seaplane sofra ħsarat konsiderevoli.  Wara li ġie rranġat dan l-istess Seaplane ġie meqrud totalment minn fighter Ġermaniż fil-5 ta’ Frar 1942 f’Kalfrana stess.

Flt-28 ta’ Ġunju 1942 bomba ġiet ħdejn wieħed mill-Bofors li kellhom l-R.M.A. fuq it-triq ta’ Kalafrana. Wara dan ġie mehud f’post ieħor viċin u nhar l-20 ta’ Lulju 1942 ġie milqut b’direct hit fejn mietu 6 suldati ta’ l-R.M.A.

Nispiċċa din il-kitba tiegħi fejn tajjeb wieħed jgħid li l-bażi ta’ Kalafrana kienet ukoll attrezzata b’Oxygen Plant.  Dan kien stallat fit-Torpedo Depot u kien jissuplixxi l-bżonnijiet kollha li kellha l-R.A.F. Dan kien impjant meqjuż bħala wieħed vitali ħafna għall-pajjiż.

Din hi l-lista ta’ nies ċivili li mietu ġewwa Birżebbuġa taħt l-attakki tul l-aħħar gwerra (1939-1945):

 

Briffa Carmela 6 snin 7 ta’ April 1942
Briffa Catherine 4 snin 7 ta’ April 1942
Briffa Manwela 8 snin 7 ta’ April 1942
Callus John 49 sena 24 ta’ Marzu 1942
Cutajar Carmel 31 sena 18 ta’ April 1942
Ellul Carmela 30 sena 31 ta’ Awissu 1942
Farrugia Angelo 50 sena 14 ta’ Gunju 1940
Farrugia Mary 44 sena 20 ta’ Novembru 1942
Pace Carmelo 30 sena 19 ta’ Mejju 1942
Zammit Randa 30 sena 8 ta’ Mejju 1942

 

 

Riferenzi:

Malta Blitzed but not beaten – Philip Vella

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: