Skip to content

Birżebbuġa: Djarju ta’ Gwerra (1940-1943)

 

Birżebbuġa: Djarju ta’ Gwerra (1940-1943).
kitba u riċerka ta’Michael Balzia, bħala PRO Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1995.

 

stampa

caption

 

Għeluq il-50 sena mit-tmiem ta’ l-aħħar Gwerra Dinjija, xieraq li nagħtu xi tagħrif dwar kif din il-gwerra li laqtet lil Birżebbuġa. Fis-snin ta’ qabel il-gwerra bdew isiru tħejjijiet għal kull sitwazzjoni li kienet tista’ tinqala’ fil-każ li Malta ssib ruħha fit-taqbid.  Twaqqaf l-Air Raid Precautions Committee (A.R.P.) u twaqqaf ukoll District Committee. Dan kellu żjara mill-Gvernatur ta’ dak iż-żmien Sir Charles Bonham Carter fit-22 ta’ Settembru 1939.  Ġew ukoll rekwizizzjonati diversi djar f’Birżebbuġa mis-servizzi.

 

ĠUNJU 1940

Fl-10 ta’ Ġunju 1940 Mussolini ddikjara gwerra lill-Gran Brittanja. B’hekk Malta daħlet fil-gwerra.  Fil-11 ta’ Ġunju kellna l-Ewwel Air Raid Warning ftit qabel is-7.00 a.m. u l-ewwel attakki bil-bombi fuq Ħal-Far u Kalafrana. Xi bombi waqgħu bejn Fort Bengħajsa u Birżebbuġa, izda ma kienx hemm ħsarat.

Kellna wkoll l-ewwel vittma mill-post – Anġlu Farrugia ta’ 21 sena, li kien intlaqat f’Kalafrana.  Xi  nies  marru jistkennu f’Għar  Friefet; Għar Ħasan ġie okkupat minn familji abitanti ta’ l-irziezet ta’ Bengħajsa.  Ġiet rekwizizzjonata l-art biex jitħaffru xelters pubbliċi. Xi xhur wara nsibu li kien hemm diversi lesti.  Djar waqgħu f’żurrieq Road u Brolli Road.

 

1941

Matul din is-sena, f’diversi toroq, djar inqerdu totalment, oħrajn ġratilhom ħsara konsiderevoli waqt li ħafna ġratilhom ħsara għax intlaqtu mill-blast.

Ajruplan ta’ l-għadu waqa’ fuq Birżebbuġa.  Private Robert McGill (K.O.M.R.) tilef ħajtu waqt li kien rikoverat fl-lsptar Militari ta’ l-lmtarfa meta l-istess bini ntlaqat b’ħidmet l-għadu.

 

1942

Ix-xogħol fuq il-bini tal-Knisja Parrokkjali kellu jieqaf.  ll-knisja sfat bi ftit ħsara.  Matul din is-sena wkoll, ħafna djar u rziezet f’Birżebbuġa u Bengħajsa ġarrbu ħsarat kbar jew sfaw imġarrfa. Kien hemm ukoll xi ħruq fl-istallazzjonijiet tax-Shell.

F’Marzu ta’ din is-sena, numru konsiderevoli ta’ nies, fosthom John Callus (43) intradmu f’xelter magħmul minn saqaf tal-concrete f’Ħal-Far. In-nuqqas ta’ apparat għamilha diffiċli biex setgħu jinqalghu minn qalb id-debris.  Għal xi żmien wara, baqa’ jinstema’ l-krib. Mal-vittmi tax-xelter miet ukoll bdot ta’ wieħed mill-iStukas li attakkaw l-istess ajrudrom f’dik il-ġurnata.

Fil-Furjana tilef ukoll ħajtu Private Jos. Grima (21sena) K.O.M.R.  F’xelter privat f’razzett tal-Gurġier, tilfu ħajjithom Manwela (8), Carmel (4) u Catherine (6) aħwa Briffa.  Huma ntradmu m’ommhom fix-xelter fejn kienu qed jistkennu.  Biex  ħarġuhom  kellhom ifarrku l-blat bl-ispnar. L-omm baqgħet ħajja.  Carmel Cutajar (31) flimkien ma’ 5 oħra tilfu ħajjithom f’attakk mill-għadu fuq Kalafrana.  Tilfu ħajjithom ukoll:  Veneranda Zammit (29) wara li ntlaqtet minn shrapnel; it-tarbija li kellha f’idejha ma ġralha xejn.  Carmel Pace tilef ħajtu qrib il-Pumping Station,   Ta’ Dalam.  Jos. Zammit (77) bidwi, miet bil-ġrieħi li ġarrab meta bomba laqtet ir-razzett tiegħu u ntradam taħt id-debris.

Bomba ta’ l-għadu taqa’ fejn kien hemm stazzjonat stakkament ta’ suldati tal-R.MA f’Wied il-Buni u toqtol 7 suldati.  Carmela Ellul (30) mara tad-dar tmut b’kawża ta’ ġrieħi li ġarrbet mix-xrapnel.

Wiri tal-George Cross f’Settembru.

Mary Farrugia (44) tmut wara li bomba splodiet u darbet serjament lill-vittma u t-tifel tagħha Alfred (21/2).  It-tifel salva.

 

1943

Fl-20 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, ir-Re George VI żar l-Airport ta’ Ħal Far u Kalafrana.

Fost bini storiku mwaqqgħa f’Birżebbuġa kien hemm id-dar Rumana f’Ta’ Kaċċatura, li ġarrbet ħsarat kbar f’direct hit meta bomba laqtet il-Pristilium, l-“lmpluvium” u l-ġiebja. Kien hemm ukoll il-Kappella ta’ Sant’ Anġlu Martri, f’Ħal Far. li ġarrbet xi ħsarat.  Din aktar tard tneħħiet għal kollox.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: