Skip to content

‘Alfons Maria Galea’ u Birżebbuġa

 

‘Alfons Maria Galea’.
Kitba ta’ Joe Balzan
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1994.

 

Alfons M. Galea fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, kif iddisinjat minn Ġużi Mallia fil-Ktieb id-Denfil 6 mitbugħ għall-ewwel darba fl-1974 mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta’ Malta.

 

Ir-rabta bejn Birżebbuġa u s-Sur Fons Maria Galea hija kbira u magħrufa. Hu kellu post tal-villeġjatura fil-bajja pittoreska ta’ San Ġorg fejn kien jgħaddi l-ħin ta’ mistrieħ.  Jingħad ukoll li wara mewtu, parti mill-wirt tiegħu mar għall-knisja Parrokkjali ta’ San Pietru. Għalhekk huwa xieraq li naraw min kien dan Alfons Maria Galea, kif ser jiddiskrivih għalina s-Sur Joe Balzan, storiku magħruf.

Fl-eta’ ta’ 80 sena, irtirat fil-kunvent tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan, flimkien mal-familja tiegħu, biex isibu kenn mill-bombi ta’ l-għadu fl-aħħar gwerra, miet bniedem reliġjuż u filantropu gwapp. Kien kittieb, u l-kitba tiegħu “Ġabra ta’ l-Mogħdija taż-Żmien” u kotba oħra li huwa qaleb għall-Malti, jew kitba reliġjuża, ta kontribut enormi lill-lettaratura Maltija. Insibu kitba tas-Sur Fons (kif kien magħruf) fil-Bandiera tal-Maltin tad-29 ta’ Marzu 1913 fejn talab lill-poplu Malti biex jingħaqad fix-Xirka ta’ l-lmdawwlin, li Manwel Dimech kien qiegħed jgħaqqad biex Malta tintrefa’ mill-ġuħ u l-faqar li kienet mgħarrqa fih.

Li kieku Alfons Maria Galea qatt ma ħareġ għall-pulitka, konna ngħidu li kien raġel tajjeb, iżda paternalista, li ried iraqqa’ is-sitwazzjoni tal-faqar u mhux ibiddilha. Iżda huwa kien intelliġenti u ra kif tista’ tissolva l-kriżi. Huwa ngħaqad mall-Partit Laburista u kien membru tas-Senat f’isem l-istess partit. Iċ-ċirkostanzi ma ppermettewx li jibqa’ fil-pulitka.

Is-Sur Fons kien bniedem progressiv ħafna, tant li f’dak iż-żmien, meta kien jaħdem bħala amministratur tal-mensa ta’ l-isqof, għamel suġġeriment lill-awtoritajiet tal-knisja f’Malta biex jgħinu lill-bdiewa billi jagħtuhom ir-raba li huma jaħdmu. B’hekk huma jsiru sidien ta’ l-art mingħajr biża’ li jistgħu jitilfuha.

Alfons Maria Galea twieled f’familja tal-flus. Huwa għaraf juża l-flus favur il-faqar bil-ħerqa ta’ raġel ispirat minn sentimenti nobbli, Kristjani u ta’ karita’ lejn għajru. Hu kien responsabbli għal għadd kbir ta’ opri ta’ benefiċenza, kemm billi ħareġ il-flus minn butu għall-bini ta’ diversi istituti u billi għen ukoll biex jitmexxew. Wieħed jista’ jgħid liberalment li meta tara fid-dettal ix-xogħol ta’ benefiċenza li għamel, bix-xieraq li ismu sar sinonimu mal-karita’ f’pajjiżna. Tant kien jgħin li l-bieb ta’ daru kien dejjem miftuħ u l-ħin kollu jilqa’ lil dak u lill-ieħor għall-għajnuna.  Familja tas-Sur Fons kienet taf id-dar tagħhom bħala l-“General Agency”.  Nagħlaq billi nirreferi għal dak li ktibt fil-bidu, li Galea miet fl-istitut tal-Bon Pastur. Sewwa jgħid il-Malti. “Kif tgħix tmut.” Id-destin ried li minħabba d-dedikazzjoni tiegħu speċjalment mat-tfal orfni, miet f’wieħed mill-istituti tal-karita’.

 

Referenza:

Alfons Maria Galea ta’ Louis A. Grasso

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: