Skip to content

‘Jisimni hekk’ (Toroq f’Birżebbuġa)

 

Jisimni hekk’
Kitba ta’ Storicus (5 ta’ Ġunju 1998)
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 1998.

 

stampa

caption

 
Fost diversi ismijiet ta’ toroq f’Birżebbuġa, wieħed isib li 22 minnhom huma msemmija għal persuni (ħlief Florence Nightingale, G. Garibaldi, G. Marconi u Robert Baden Powell, nies magħrufa li żaru Malta fil-passat) li għandhom xi konnessjoni mar-raħal. Fost dawn insibu nies storiċi, filantropi, professuri-intelletwali, kappillani, arkeoloġi, għannej, granmastru, politiċi, perit, fundaturi, ornitologu kif ukoll nies li għamlu isem fil-qasam li huma kienu jispeċjalizaw fih.

 

Isem it-Triq Triq Alfonso Maria Galea
 

Alfons Maria Galea kien filantropu. Is-Sur Fons twieled fl-1861 fil-Belt Valletta u miet fil-Kunvent tal-Bon Pastur, f’Ħal Balzan nhar it-30 ta’ Lulju, 1941 . Huwa magħruf l-aktar għall-karita’ li kien jagħmel bħat-twaqqif ta’ l-istitut tas-Sależjani fTas-Sliema. Fil-qasam tal-letteratura, Alfonso Maria Galea ma qagħadx lura sabiex jeduka l-ulied il-poplu. Bejn l-1899-1915 huwa ħareġ ‘il fuq minn 150 ktieb f’serje intitolata ‘Mogħdija taż-żmien’. Huwa kien ukoll politiku. F’Birżebbuġa, s-Sur Fons kellu post tal-villeġġatura. Nhar it-13 ta’Awwissu, 1941 saret quddiesa kantata bl-akkolti u ministri għal ruħ dan il-filantropu li kien ukoll benefattur tal-Knisja Parrokkjali tagħna li kienet għadha qed tinbena.

Issemmiet 21 ta’ Jannar, 1943 (Notifikazzjoni tal-Gvem 44) bħala Triq is-Sur Fons.
Korretta 5 ta’ Ġunju, 1953 (Notifikazzjoni tal-Gvem 321)

 

 

Isem it-Triq Triq Antonio Schembri
 

Antonio Schembri kien Ornitologu. Antonio Schembri twieled il-Belt Valletta nhar 1-10 t’April 1813.  Flimkien ma’ Ġiuseppe Gauci Azzopardi tas-Soċjeta’ Agraria, fl-1854 huwa waqqaf il-wirja annwali ta’ I-Agrikultura fil-Buskett. Antonio Schembri huwa awtur ta’ diversi kotba fuq l-ornitoloġija u jitqies bħala missier l-ornitoloġija (studju fuq l-għasafar) Maltija. Fid-dar tiegħu fl-inħawi tal-Qajjenza, Schembri kellu speċi ta’ mużew ta’ l-għasafar. Wara mewtu li seħħet nhar is-7 ta’ Diċembru, 1872, parti sostanzjali mill-kollezzjoni ttieħdet u llum tinsab fil-Mużew ta’ l-lstorja Naturali, l-lmdina.

Issemmiet 5 ta’ Novembru, 1991 (Notifikazzjoni tal-Gvem 778).

 

 

Isem it-Triq Triq Triq Arturo Issel
 

Arturo Issel kien arkeologu. Il-Professur Arturo Issel twieled f’Ġenova fl-1842 u miet hemmhekk fl-1922. Fl-1865, dan il-ġeoloġista waqt li kien qed jagħmel riċerka fuq il-bniedem Paleolitiku sab li f’Għar Dalam kien hemm fdalijiet ta’ ippoppotamu u fuħħar verament primittiv li bħalu kien għadu ma rax.

Issemmiet 8 ta’ Jannar, 1993 (Notifikazzjoni tal-Gvern 15).

 

 

Isem it-Triq Triq id-Dar ta’ Pultu
 

Ippolito jew Pultu huwa meqjus bħala persuna storika fl-istorja ta’ Birżebbuġa minħabba dar tal-kampanja tas-seklu sbatax li tinsab f’Wied Saptan u li sal-lum għadha mitluqa u abbandunata.  Il-Baruni Ippolito Novantieri minn Sirakuża żżewweġ lil Cassandra, t-tifla ta’ Gio Batta Barbara u Ursola Delia Bonici fis-sena 1655. Huma kellhom ħames ulied.  Ippolito miet fl-1727 filwaqt li Cassandra mietet tnax-il sena warajh nhar id-19 ta’ Marzu, 1739. Fis-sena 1703, Hippolito Navantieri kellu 56 sena, jiġifieri twieled bejn wieħed u ieħor fis-sena 1647.

Issemmiet 27 ta’ Lulju, 1995 (Notifikazzjoni tal-Gvern 471).

 

 

Isem it-Triq Triq De Redin
  De Redin kien Gran Mastru. Martino de Redin, Spanjol, saltan fuq Malta bejn is-sena 1657 u s-sena 1660.  Nhar it-30 ta’ Marzu, 1658, De Redin għarraf il-kunsill ta’ l-Ordni li minn butu xtaq jibni 12 jew 14-il torri. Fis-6 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-Gran Mastru ħabbar lill-Kunsill li kienu lesti 13-il torri, fosthom Torre Benissa. Dan twaqqa’ fl-1914.
Issemmiet 23 t’April, 1985 (Notifikazzjoni tal-Gvern 290).

 

 

Isem it-Triq Triq Dun Karm Frendo
 

Dan kien kappillan ta’ Birżebbuġa. Dun Karm Frendo twieled f’Ħal Qormi nhar l-10 ta’ Settembru 1942 u miet fid-Dar Parrokkjali ta’ Birżebbuġa nhar it-13 ta’ Ġunju, 1980 fl-eta’ ta’ 37 sena. Wara li kien ordnat saċerdot fit-22 ta’ Marzu, 1969, huwa nħatar viċi-parroku ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun u wara sar Kappillan ta’ Ħad-Dingli. Huwa ħa l-pussess bħala l-ħames kappillan ta’ Birżebbuġa nhar id-29 t’Ottubru, 1978. Fi żmienu bdew isiru l-antiporti kif ukoll il-marċ ta’ filgħodu.

Issemmiet 5 ta’ Novembru, 1991 (Notifikazzjoni tal-Gvem 778).

 

 

Isem it-Triq Triq F. C. Bourlemaque
 

Dan kien inġinier. Francesco Carlo de Bourlemaque kien ta’ oriġini Taljana.  Nhar il-5 ta’ Lulju, 1761, Bourlemaque wasal Malta u fi ftit xhur huwa għamel diversi rapporti tal-fortifikazzjonijiet eżistenti kif ukoll sawwar oħrajn ġodda. Fiż-żewġ bajjiet ta’ Birżebbuġa huwa ppropona trunċieri li parti minnhom wieħed għadu jista’ jara ġo Wied il-Buni (fejn il-klabb tal-Boċċi). Huwa miet fis-sena 1762 wara li nħatar field marshal u gvernatur ta’ Guadeloupe.

Issemmiet 23 t’April, 1985 (Notifikazzjoni tal-Gvern 290) bħala Triq Burlemach.
Korretta 11 t’Ottubru, 1994 (Notifikazzjoni tal-Gvern 658).

 

 

Isem it-Triq Triq F. M. Ferretti
 

Dan kien Prijur ta’ l-lngilterra u gvernatur tax-xwieni Pontifiċi.  Fra Francesco Maria Ferretti offra elf skud fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Ordni tas-6 ta’ Ġunju, 1715 sabiex tinbena Batterija Kaienza jew San Ġorġ (illum Batterija Ferretti).  Dan il-benefattur miet fis-sena 1738.

Issemmiet 27 ta’ Mejju, 1983 (Notifikazzjoni tal-Gvern 298).
Isem it-Triq Triq Florence Nightingale
 

Din kienet infermiera u antropologa.  L-infermiera u l-isptarijiet moderni għandhom għalxiex ikunu grati lejn Florence Nightingale li twieldet fl-1820 ġewwa Firenze minn ġenituri Ingliżi. Isimha jibqa’ marbut mal-gwerra tal-Krimea u l-lsptar ta’ Scutari. Miss Nightingale waslet f’Malta fuq il-vapur “Vectis” nhar it-30 ta’ Ottubru 1854 wara maltempata iżda, peress li l-baħar għamlilha d-deni ma niżletx l-art. ll-vapur telaq dakinhar stess. Florence Nightingale mietet nhar it-13 ta’Awwissu, 1910.

Issemmiet 5 ta’ Novembru, 1991 (Notifikazzjoni tal-Gvern 778)

 

 

Isem it-Triq Triq G. Galizia
 

Dan kien perit.  Godwin Herbert Galizia, iben l-arkitett magħruf Emanuele Luigi Galizia, twieled il-Belt Valletta nhar it-12 t’April, 1880. Jingħad li hu l-arkittett tal-Knisja Parrokkjali tagħna. Huwa miet nhar il-11 ta Frar, 1944 f’Tas-Sliema fl-eta’ ta’ 63 sena. Fis-sena 1923 huwa kien it-teżorier taċ-Chamber of Architects.

Issemmiet 9 ta’ Diċembru, 1980 (Notifikazzjoni tal-Gvern 760).

 

 

Isem it-Triq Triq G. Garibaldi
 

Persunaġġ storiku Taljan li ġie Malta. Nhar it-23 ta’ Marzu, 1864, ir-rivoluzzjonarju u patrijott Taljan Giuseppe Garibaldi wasal f’Malta fuq il-vapur “Valletta”. Minħabba l-passat imqalleb ta’ Garibaldi, il-laqgħa tiegħu f’Malta kienet imħallta. Jakkompanjaw lil missierhom kien hemm Menotti u Ricciotti. Huwa dam hawn Malta jumejn.  Giuseppe Garibaldi twieled f’Nizza fl-1807 u miet fl-1882.

Issemmiet 5 ta’ Novembru, 1991 (Notifikazzjoni tal-Gvern 778).

 

 

Isem it-Triq Triq G. Marconi
 

Dan kien inventur Taljan li żar Malta.  L-inventur tar-radju, it-Taljan Guglielmo Marconi twieled f’Bologna fis-sena 1874. Is-senatur Marconi żar Malta nhar is-6 t’April, 1928 u daħal fil-Port il-Kbir fuq il-jott tiegħu “Elettra”.  Huwa salpa lejn Napli dakinhar stess.  Guglielmo Marconi miet nhar is-7 t’April, 1937 fl-għomor ta’ 63 sena.

Issemmiet 5 ta’ Novembru, 1991 (Notifikazzjoni tal-Gvem 778).

 

 

Isem it-Triq Triq Giuseppe Despott
 

Dan kien orintologu u arkeologu. Il-Professur Despott twieled f’Bormla fl-1879. Ix-xogħol xjentifiku tiegħu kien vast u mimli suċċessi. Huwa kien awtur ta’ għadd kbir ta’ kontribuzzjonijiet xjentifiċi. L-iskavazzjonijiet f’Għar Dalam kienu l-għoqda li rabtitu mar-raħal tagħna għal xi żmien. Fil-fatt għal xi żmien ġie joqgħod f’Birżebbuġa, fejn illum hemm il-HSBC Bank. Huwa kien supritendent tad-Dipartiment tas-Sajd, Kuratur tal-Fergħa ta’ l-lstorja Naturali fil-Mużew Nazzjonali u f’dak ta’ l-Universita’ (1913) u xjenzat magħruf ukoll barra minn Malta. Is-Sur Despott miet fil-Belt Valletta nhar it-22 ta’ Settembru 1936.

Issemmiet 5 ta’ Ġunju, 1953 (Notifikazzjoni tal-Gvem 321).

 

 

Isem it-Triq Misraħ Ħamilkar Barka
 

Ħamilkar Barka kien missier il-ġeneral Kartaġiniż Annibale (dak li qasam l-Alpi bl-iljunfanti).  FI-1761 ġewwa Bengħajsa instab għar sepulkrali li skond Sir William Drummond kien il-qabar ta’ Annibale.  ll-ġeneral Kartaġiniż kien miet f’Bithynia fis-sena 182 Q.K. iżda Drummond huwa tal-fehma li dan inġieb f’Malta u difnuh fil-post tat-twelid tiegħu.

Issemmiet 27 ta’ Mejju, 1983 (Notifikazzjoni tal-Gvern 298).

 

 

Isem it-Triq Triq Ħerakles
 

Alla Mitoloġiku.  Ħerakles kien eroj mitoloġiku Grieg li wettaq tnax-il-biċċa xogħol iebsa.  Għar-Rumani kien l-alla Erkole waqt li għall-Feniċi kien l-alla Melqart. Hemm diversi teoriji fuq fejn seta’ kien wieqaf it-tempju ddedikat lill-alla Melqart imsemmi minn Ptolomew. Ħafna huma tal-fehma, iżda, li dan kien jinstab wara l-kappella ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa.

Issemmiet 27 ta’ Mejju, 1983 (Notifikazzjoni tal-Gvern 298)

 

 

Isem it-Triq Triq il-Kurat Fenech
 

Dan kien it-tieni kappillan ta’ Birżebbuġa.  Dun Ang. Fenech twieled Ħal-Lija nhar il-25 ta’ Marzu 1882 u nħatar bħala t-tieni kappillan ta’ Birżebbuġa nhar it-3 ta’ Frar, 1924.  Tul il-parrokat tiegħu ta’ 24 sena, Dun Anġ beda u temm it-tieni knisja parrokkjali ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen. L-ewwel ġebla ta’ din il-knisja tqiegħdet nhar id-29 ta ‘Awissu, 1926. Huwa miet ta’ 82 sena fit-13 ta’ Jannar, 1964 u midfun fil-Katidral ta’ l-lmdina. Fi żmienu, fl-1947, inġiebet minn Ruma l-ewwel statwa titulari.

Issemmiet 2 ta’ Ġunju, 1972 (Notifikazzjoni tal-Gvem 356).

 

 

Isem it-Triq Triq Mikiel Abela
 

Dan kien għannej.  Magħruf bħala l-“Bambinu”, Mikiel Abela twieled fiż-Żejtun fis-sena 1920 u miet fl-1991.  Din it-triq tinsab fil-Qajjenza fejn Mikiel flimkien ma’ għannejja oħra, ħdejn kamra, illum imwaqqa’, kienu joqgħodu jgħannu għaż-żiffa tal-baħar.

Issemmiet 2 ta’ Ġunju, 1992 (Notifikazzjoni tal-Gvem 356).

 

 

Isem it-Triq Triq il-Profs Anton Tabone
 

Dan kien saċerdot u professor intelletwali b’rabta diretta ma’ Birżebbuġa.  Il-Profs. Tabone twieled in-Nadur, Għawdex fit-13 ta’ Settembru 1896 u ġie ordnat saċerdot fil-Bażilika tal-Lateran, Ruma fl-1922, u ħa l-isem ta’ Patri Pawl.  Minħabba saħħtu ġie joqgħod Birżebbuġa u fl-1952 wara li ħalla l-Ordni ta’ Ġieżu ġie nkardinat mal-Arċidjoċesi Maltija. Minkejja saħħtu huwa kompla jaqdi d-dmir pastorali tiegħu fost in-nies ta’ Birżebbuġa. Għal xi żmien huwa kien Assistent Ekklesjastiku ta’ l-Azzjoni Kattolika tal-lokal.  Profs. Tabone miet il-Ħadd 30 ta’ April, 1971 fid-dar tiegħu fi Triq Birżebbuġa. Huwa kittieb ta’ bosta artikli f’ħafna rivisti u ġurnali u kien ukoll membru ta’ l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti.

Issemmiet 2 ta’ Ġunju, 1992 (Notifikazzjoni tal-Gvern 356)

 

 

Isem it-Triq Misraħ Profs. Pietru Pawl Saydon
 

Dan kien saċerdot u professor intelletwali b’rabta diretta ma’ Birżebbuġa.  Dan il-misraħ jinsab f’Bengħajsa. U bir-raġun. Għal ħafna żmien huwa kien ir-rettur tal-Kappella tal-Kunċizzjoni li tinsab ġewwa dan ir-raħal pittoresk.  Ma’ isem Profs. Pietru Pawl Saydon nassoċċjaw it-traduzzjoni tal-Bibbja minn ilsna ewlenin, xogħol li ħa tletin sena sħaħ (1929-1959). Ħafna mix-xogħol sar jew fl-istess kappella jew fid-dar tiegħu “Merħba bik” li tinsab tefgħa ta’ ġebla bogħod. Pietru Pawl Saydon twieled fiż-Żurrieq fl-24 ta’ Lulju, 1895 u miet fl-istess raħal nhar it-22 ta’ Marzu, 1971.

Issemmiet 21 ta’ Lulju, 1995 (Notifikazzjoni tal-Gvern 471).

 

 

Isem it-Triq Triq Robert Baden Powell
 

Dan kien il-fundatur ta’ l-lscouts. Robert Baden Powell twieled fit-22 ta’ Frar, 1857 u wara karriera brillanti fl-armata (magħruf l-aktar minħabba Gwerra tal-Boeri – 1900), fl-1907 huwa waqqaf il-Moviment ta’ l-Iscouts. Baden Powell żar Malta fl-1913, fl-1933 u fl-1937 (l-aħħar mawra tiegħu f’Malta).  Bejn l-1890 u l-1893 huwa serva bħala s-segretarju militari għall-gvernatur Sir Henry Smyth li kien jiġi ħu ommu.  ll-fundatur ta’ l-lscouts miet f’Nyeri, il-Kenja nhar it-8 ta’ Jannar, 1941.

Issemmiet 5 ta’ Novembru, 1991 (Notifikazzjoni tal-Gvem 778).

 

 

Isem it-Triq Triq Salvatore Cachia Żammit
 

Dan kien politiku u resident f’Birżebbuġa.  Salvu Cachia Żammit politiku u oratur twieled fl-1831 u daħal fix-xena politika fl-1864 meta beda jaħdem sabiex jirriforma l-Kostituzzjoni tal-1849. Wara li ġie elett diversi drabi, Cachia Żammit flimkien ma’ Dr. Fortunato Mizzi mar Londra sabiex jiddiskuti l-kwistjoni tal-lingwa ma’ Mr. Joseph Chamberlain, segretarju għall-kolonji.  Huwa miet fir-residenza tiegħu f’San Ġorġ nhar l-24 ta’ Mejju, 1918.

Issemmiet 1 t’April, 1921 (Notifikazzjoni tal-Gvern 104).
Korretta 14 ta’ Settembru, 1937 (Notifikazzjoni tal-Gvern 136) bħala Triq Cachia Żammit.
Korretta 11 t’Ottubru, 1994 (Notifikazzjoni tal-Gvem 658) bħala Triq Salvatore Cachia Żammit.

 

 

Isem it-Triq Triq Żarenu Dalli
 

Wara r-riżenja ta’ Salvu Cacciottolo li kien tela’ mit-tielet distrett li kien jinkludi fih lil Birżebbuġa, nhar it-23 ta’ Ottubru, 1952 ġie elett Nazzareno Dalli fi ħdan il-Partit Laburista. Żaren Dalli kien ukoll l-ewwel President ta’ Birżebbuġa Aquatic Sports Club (1955-1956).

Issemmiet 10 ta’ Settembru, 1975 (Notifikazzjoni tal-Gvern 411).

 

 

Isem it-Triq Misraħ is-Summit – Bush-Gorbachov
 

Ma’ dawn ta’ hawn fuq nistgħu nsemmu wkoll Misraħ is-Summit Bush-Gorbachov li sar fit-2 u 3 ta’ Diċembru, 1989. Il-President Amerikan George Bush u l-President Sovjetiku Mikhail Gorbachov iltaqgħu fuq il-‘Cruise Liner’ Sovjetiku Maxime Gorky li kien sorġut mal-moll fid-daħla ta’ Kalafrana.

Issemmiet 23 ta’ Novembru, 1990 (Notifikazzjoni tal-Gvern 751).
 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: