Skip to content

BIRŻEBBUĠA

 
 
 
Introduzzjoni
 

Bir-rata ta’ progress li hu miexi bih dan ir-raħal, sar u għad isir wieħed mill-iktar ċentri mfittxija ta’ din ix-xaqliba. In-nies tal-Kottonera, Ħal-Tarxien u r-Raħal Gdid isibu l-hena tagħhom jgħumu fil-baħar kaħlani tiegħu; dawk li jitilgħu fih għat-tliet xhur villeġġjatura jsibu tabilħaqq il-ħajja kwieta u sabiħa.  Fil-Bajja ta’ San Ġorġ, li hi l-bajja ewlenija ta’ dan ir-raħal marittimu, ma tara xejn għajr nies jgħumu fis-sajf, għaliex, ngħiduha kif inhi, għalkemm ir-raħal huwa mgħammar sewwa bin-nies, imma jieħu mixja sewwa ‘l quddiem fit-tliet xhur tas-sajf. Meta jgħaddu dawn it-tliet xhur, kulħadd jerġa’ lura lejn daru bit-tifkira biss li jekk Alla jrid sena oħra jitla’ u jittama li jgħaddi ħajtu wisq aħjar milli jkun għaddiha dik is-sena.  Sa mill-1436, Birżebbuġa kienet taħt il-ġurisdizzjoni tal-parroċċa ta’ Bir-Miftuħ (Gudja), iżda, billi l-poplu beda jikber u għall-Gudja kien hemm erba’ passi ġmielhom, fl-1913 il-knisja ġiet imwaqqfa parroċċa indipendenti. U hekk seħħet ix-xewqa tan-nies ta’ Birżebbuġa li huma wkoll ikollhom il-knisja tagħhom imgħollija parroċċa.  Ma’ Birżebbuġa nsibu magħquda Ħal-Far, Bingħisa u Kalafrana.  Hija ħaġa impossibbli biex nagħtu dettalji kif nixtiequ dwar il-popolazzjoni li għammret ġo Birżebbuġa sa ma qabel saret parroċċa, għaliex dan, bħalma ġa fissirnieh drabi oħra, il-għadd tan-nies jiġi mdaħħal ma’ ta’ dawk il-pajjiżi li fuqhom ikollhom ġurisdizzjoni parrokkjali.  Għaldaqstant l-għadd ta’ nies se niħduh minn meta dan ir-raħal sar parroċċa. Meta fl-1913 inqata’ mill-parroċċa tal-Gudja, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq il-1,000 ruħ. Fiċ-ċensiment li sar fl-1961 instab li l-poplu kiber għal 5,239 ruħ.

 
 

 

Kif beda ismu?
Erġajna ltqajna ma’ isem ta’ raħal li jibda bin-nom Bir jew Bur, kif isostnu x’uħud.  Għaliex nistaqsu, min kien l-ewwel Bir jew Bur? Fi ftit kliem se nagħtu xi ħjiel dwar kif nifhmuha aħna.  Li Birżebbuġa hi msemmija għaż-żebbuġ hija fatt għaliex isimha stess jixhdu, u tgħidilna wkoll l-istorja li kien jitkabbar lejn dawn l-inħawi bosta żebbuġ. Minn barra dan għandna t-tipografija tal-kelma żebbuġa mehmuża man-nom bir.  Kull ma fadal naraw hi jekk id-differenza kinetx bir jew inkella bur. Mela nibdew minn ta’ l-aħħar.  Hawn min igħid li Birżebbuġa hi taħsira tal-kelma Bur-Żebbuġa, li tfisser “art taż-żebbuġ”. Dan seta’ kien il-każ, u jekk min qalha mar żball, ma tbiegħedx wisq mill-fatti, għaliex it-tipografija stess turina li fuq dik l-art kien jikber iż-żebbuġ. U konna ngħidu l-istess aħna wkoll li kieku ma kellniex xi provi biex inwaqqgħu dan l-argument.  Aħna tal-fehma li Birżebbuġa baqgħet iżżomm l-oriġinalità tal-kelma kif inħolqot l-ewwel darba u xejn ma tbiddlet fil-għamla tagħha.  Fil-Bajja ta’ San Ġorġ madwar l-1800 kienu għadhom jidhru minn wiċċ il-baħar ‘il fuq xi vaski taż-żejt imħaffrin fil-blat li kienu jservu għall-għasir taż-żebbuġ. (Vassallo G.A. – Jikkonferma dan billi jgħid, “Mhux ‘il bogħod wisq mill-bajja ta’ Marsaxlokk instabu mħaffrin fil-blat xi bjar, miksija bil-qatran”. Skond tradizzjoni qadima dawn kien jinżamm fihom iż-żejt, li ż-Żejtun kien jagħmel kwantità kbira, u dan jikkonferma l-ħsieb tagħna li Birżebbuġa tfisser Bir taż-żebbuġ (taż-żejt) u mhux Burżebbuġa. Li ma kienx hemm dawk il-ġwiebi jew vaski konna ngħidu li l-ħsieb tagħna kien suppożizzjoni, imma aħna jidhrilna li dan jista’ jiġi konfermat mill-provi li ġibna.  Fil-gwerra li għaddiet Birżebbuġa qalgħet daqqa ta’ ħarta sewwa u bosta mid-djar tagħha tfarrku u nqerdu għal kollox. Fost dawn hemm ħafna fdalijiet ta’ żmien il-qedem li xehdu t-tibdil fiċ-ċiviltà ta’ artna.  Waqt it-tkabbir tal-mitjar ta’ Ħal-Far, inqerdu menhir u dolmen, bini preistoriku interessanti ħafna.  Waqt dan ix-xogħol tneħħa r-raħal qadim ta’ Hal-Far bil-knisja tiegħu ta’ Sant’ Anġlu, flimkien ma’ Dar Fortifikata tas-seklu XVIII.  II-Villa Rumana bil-ġiebja magħha ġarrbet xi ħsara minħabba t-traskuraġni tal-gwerra.  L-arma ta’ dan ir-raħal hi din:- Skud maqsum fi tnejn – ta’ fuq fidda u ta’ isfel ikħal bħal baħar. F’ta’ fuq tidher xtajta b’kamra u siġra fuqha.  Din l-arma ġġib il-motto “PAX SALUSQUE OMNIBUS” (Paċi u Saħħa lil Kulħadd). Tpinġiet mis-Sur Ġino Muscat-Azzopardi f’Mejju ta’ l-1965 u ġiet approvata mill-Għaqdiet kollha tal-parroċċa.
 
 

.

Ix-xtut ta’ Birżebbuġa
Jekk aħna nagħtu daqqa t’għajn lejn il-qagħda ġeografika ta’ Birżebbuġa, insibu li dan ir-raħal għandu sehem sabiħ fil-Port ta’ Marsaxkoll bħalma se naraw ‘il quddiem. Għad-daħliet kennin li għandu n-nies tal-qedem għammru fih u waqqfu hemm tempju mill-aqwa lill-allat tagħhom bħala xhieda tal-qima tagħhom lejhom.  L-art ta’ Birżebbuġa, li hi bogħod mill-Belt 6 mili, hi maħruġa fil-baħar ta’ Matsaxlokk minn 440 jarda wisgħa u tkompli fuq daqstant ieħor tul fejn tispiċċa bil-batterija ta’ Pintu.  L-ewwel daħla hi dik ta’ Kalafrana. Din il-kalanka għandha tul ta’ 330 jarda ġo l-art, minn bokka ta’ 330 oħra u tagħti tlitt iqjiem fond. It-tieni daħla hi dik ta’ Birżebbuġa. Din il-kalanka għandha fetħa ta’ 320 jarda fuq baxx fond ta’ erbat iqjiem għal ġo l-art bi 330 jarda. Din il-kalanka hi magħżula mill-qala ta’ San Ġorġ mhux biss bl-art ta’ Pintu, iżda wkoll b’bank tar-ramel li minn din il-ponta jibqa’ ħiereġ għal barra b*700 jarda tul.  It-tielet daħla hi ta’ San Ġorġ, kalanka b’tul ta’ 700 jarda oħra, b’fond ta’ sebat iqjiem.  Sa madwar l-1800 f’din il-kalanka kienu għadhom jidhru taħt l-ilma ġwiebi mħaffrin fil-blat li fi żminijiet imgħoddija kienu qegħdin fwiċċ il-baħar, u kienu jservu ta’ vaski għaż-żejt li kien isir bil-kwantità lejn dawn I-inħawi bħalma jurina Msem “Żejtuni”. Din il-Bajja ħadet isimha mill-knisja ta’ San Ġorġ li hemm f’tarfha.  Birżebbuġa tispiċċa bil-ponta msejħa “Bingħisa”, li ġej mill-Għarbi “bin u “għisa”, jiġifieri t-tifel ta’ għisa. Minħabba din il-ponta, isejħulha wkoll l-art “Tas-Sikka”.  Din l-art ta’ Bingħisa, minn mil u nofs wisa’ (meħud minn Wied Żnuber sa Birżebbuġa) tibqa’ ħierġa fuq tul ftit anqas minn mil u nofs ieħor.  Hdejn Bingħisa hemm daqsxejn ta’ blata maħruġa għal fuq il-baħar imsejħa “Il-Mara”, minħabba li mill-bogħod għandha għamla ta’ mara bit-tarbija ma’ ġenbha.  F’Bingħisa nstab ‘1 hawn u ‘l hinn ħafna ħaġar ħaffief u dan jurina, bħalma dejjem sostnew l-istudjużi, illi l-art tagħna kienet akbar u li l-baħar li jifridha mill-kontinenti ta’ l-Ewropa u ta’ l-Afrika darba kien art. II-ħaffiefa hija ġebla vulkanika u dan juri li l-vulkan li tajjar l-art fejn illum hu baħar, ma kienx bogħod minna wisq, għaliex it-titjir wasal sa hawn.
 
 

 

Żmien Preistoriku

Dan hu raħal li tista’ tgħid fih l-aktar li niltaqgħu ma’ fdal preistoriku u interessanti mill-aqwa. Fih instabu fdalijiet ta’ annimali li llum m’għadhomx igħixu aktar fl-Ewropa, bini megalitiku u oqbra ta’ żmien aktar ċivilizzat.  L-aktar li hu msemmi fost dawn hu Għar Dalam li bla dubju jixraqlu jieħu lok fost l-aħjar sejbiet li kellna fi gżiritna matul iż-żmenijiet kollha. Bis-saħħa ta’ dan l-Għar, xi arkijoloġisti saħħu l-fehma li kellhom illi tabilħaqq Malta żmien twil ilu kienet tagħmel sehem minn, art akbar li Uum niżlet f’qiegħ il-baħar. Il-fdal ta’ għadam ta’ l-iljuntanti, taċ-ċriev, ippopotami u ta’ annimali oħra juruk li darba l-art tagħna kienet tmiss ma’ l-Afrika jonkella ma’ l-Ewropa billi fiż-żmien Plioċenu dawn l-annimali kienu jgħixu hemm ukoll.  Fil-baħar ta’ Birżebbuġa jintefgħu l-ilmijiet ta’ erba’ widien kbar ta’ Dalam, il-Qoton, ta’ Saptan, ta’ Żnuber u ta’ Żemba.  Kemm hi qadima din l-art jixhduh l-għadd ta’ għadam ta’ annimali li llum spiċċaw minn gżiritna, li kien sab Dr. Leith-Adams bejn l-1864 u l-1866 fl-inħawi ta’ Bingħisa.  F’dawn l-istess inħawi kienu nstabu għadd ta’ oqbra Feniċi mħaffrin fil-blat bħalma għad naraw ‘il quddiem.  Fil-Bajja ta’ San Ġorġ, qrib il-baħar kienu nstabu bosta oqbra, l-iktar Rumani, u dan jurina li anki r-Rumani kienu mxew fuq il-passi ta’ nies bikrin aktar minnhom, billi għażluh bħala l-port tal-Kolonja Rumana ta’ dik ix-xaqliba.  M’aħniex se noqogħdu nsemmu l-għadd kbir ta’ oqbra li nstabu f’imkejjen differenti ġo Birżebbuġa, għaliex konna nimlew bosta paġni li forsi konna ndejqu bihom lill-qarrej. Għalhekk se nsemmu l-aqwa wieħed li hu Għar Dalam, u xi bini megalitiku ieħor li hu ta’ interess ġenerali.
 
 
 

Għar Dalam

Billi l-għar kien imgħammar għal xi perijodu minn żmien Neolitiku sa kważi l-1937, hu serva wkoll ta’ mandra għall-bhejjem, u huwa iktar minn probabbli li dak l-għàdd ta’ ġebel li nstab fih inġieb hemm minn dawk li għammru fih biex jibnu ħitan biex joforqu l-għar. Qabel ma Għar Dalam infetaħ għall-pubbliku fil-biduta’ Marzu, 1933, ġiembattal minnxi safef ta’ trab.  Dan l-għar h’u twil 750 pied. Fl-1865 il-Professur Arthur Issel daħal daqs mitt pass ‘il ġewwa mill-bokka u għamel xi skavi kif għamel hekk ukoll fl-1870 it-Tenent Dr. Leith-Adams. J.H. Cooke, fl-1892, ħaffer fih ukoll u kaxkar lejn Londra għadd ġmielu ta’ għadam fossilizzat. Fix-xitwa tal-1912-13, il-Prof. N. Tagliaferro flimkien ma’ Ġuże Despott, M.B.E., sabu fih bosta għadam ta’ ippopotami u fuħħar. Is-sena ta’ wara ħaffer Dr. Thomas Ashby flimkien ma’ Despott u reġgħu sabu għadam u fuħħar.  Imma l-akbar kixfa kienu żewġ nejbiet li sab Despott fl-1917 li meta ġew eżaminati minn Sir Arthur Keith instabu li huma Homo Neanderthalensis (bniedem Neanderthal).  Saru xi tiftix u l-art ta’ l-għar uriet li kienet magħmula minn saffi differenti. Iż-żewġ saffi ta’ fuq saru b’ħidmiet il-bniedem jew l-annimali, minn żmien Neolitiku sa l-1937, u l-bqija bdew bil-mixi u t-tkaxkir ta’ l-ilma li għarraq l-għar fi żmenijiet differenti u taħt kondizzjonijiet differenti fi żmien imsejjaħ Pleistoċenu (minn għaxart elef sena ilu sa miljun sena ilu).  Midfuna f dan is-saff instabu għadd kbir ta’ ġarar tal-fuħħar ta’ żmenijiet differenti, jibdew mill-Puniku sa l-1937 (id-data ta’ meta tkomplew l-iskavazzjonijiet), u jippeżentaw bosta għamliet ta’ ġarar familjari.  Imħallat ma’ dil-ħxuna ta’ saff instabu għadd ta’ qxur tal-Mollusk (annimal mingħajr għadam, iktarx bħal arzell), il-biċċa l-kbira kienu mgħaqqdin bċejjeċ flimkien. Kien hemm ukoll ftit fdal ieħor taċ-ċriev u ippopotami fossilizzati.  Fit-tieni saff kien hemm fuħħar, magħmul minn ġarar biss.  Dwar l-oriġini ta’ dan l-għadd kbir ta’ għadam fis-saff tal-mazkal bl-għadam, wieħed mill-ewwel esploraturi tal-għar ħaseb li l-fdal ta’ ippopotami u ljunfanti ġew imbuttati fl-għar mill-għargħar tal-Wied ta’ ħdejh. Din it-teorija ma tidhirx ġustifikata billi ma nstabet ebda konformazzjoni tal-wied biex tagħmel din il-belliegħa li l-għar isir trabokk ta’ l-iġsma jgħumu fil-wiċċ.  Hemm teorija oħra li tgħid li merħliet kbar ta’ mammalji kienu mħarrbin, fl-għar mill-kaċċaturi preistoriċi, u dak id-depożitu ta’ għadam huwa fdal ta’ żmien Mawsterjan jew qabel.  Ta’ min jinnota li l-għar ġie splorat bosta drabi u l-ebda ħjiel qatt ma nstab ta’ xogħlijiet magħmulin mill-bniedem Palaeolitiku jew xi marki fuq l-għadam fossilizzat.  Billi l-għadd ta’ l-għadam fil-mazkal huwa kbir, kien ukoll maħsub u din l-ispjegazzjoni ġiet milqugħa, li l-qiegħa ta’ l-għar kien miksi bi fdal ta’ skeletri ta’ l-annimali għal żmien twil ħafna. Matul dan iż-żmien ta’ sħana għadd ta’ ippopotami u ljunfanti setgħu ħadu l-kenn fl-għar u mietu bil-għatx, jew li l-għar seta’ sar il-lok fejn dawn l-annimali jidħlu jmutu meta jimirdu, imbuttati minn sħabhom meta, skond kif jaħsbu, Marsaxlokk kien xmara. Waħda mill-akbar oġġezzjoni għal din it-teorija hija d-disproporzjon kbir bejn il-fdal skeletali ta’ l-iljunfanti u wkoll il-fatt li meta dan il-fdal ta’ l-annimali ġie depożitat, id-daħla għall-għar kien minn ftuħ fis-saqaf minn għoli ta’ 30 pied.  Fl-1936 instab Għar ieħor fWied Dalam quddiem Għar Dalam sewwa u d-depożitu tat-tafal fiż-żewġ għerien ta x’wieħed jifhem li oriġinarjament, qabel ħafna l-użu tas-sistema preżenti tad-dranaġġ f’Malta, dawn iż-żewġ għerien kienu jinfdu. L-ilmijiet qawwija li naqqxu l-wied tal-lum niżlu dejjem ‘l isfel, laħqu s-saqaf ta’ dan l-għar u b’hekk waqa’.  It-twaqqigħ ta’ dan is-saqaf għamel bħal fissura fonda f’qiegħ ix-xmara u qabad dak il-fdal kollu ta’ l-annimali li kienu ġew imġarra, x’uħud igħumu u oħrajn jitgerbu fuq il-qiegħa ta’ dan l-ilma. Dan il-mezz ta’ dħul fil-għar tal-fdal skeletali ta’ l-ippopotami u l-iljunfanti jispjega dak l-għadd kollu, il-kondizzjoni mgerrba ta’ x’uħud minnhom li qegħdin ħdejn xulxin ma’ oħrajn fi stat tajjeb ta’ preservazzjoni, u d-disproporzjon kbir bejn il-partijiet skeletali ta’ l-iljunfanti.  F’dan il-għar insibu għadd ta’ kolonni mdendlin fis-saqaf jissejħu stalaktiti u oħrajn imwaħħlin ma’ l-art igħidulhom stalagmiti, magħmulin minn qtar ta’ ilma matul il-medda ta’ eluf ta’ snin.  Dan l-Għar u l-Mużew tiegħu ngħalqu għall-pubbliku mill-1 ta’ Ottubru, 1940 u reġgħu nfetħu fil-31 ta’Marzu, 1947.
 
 

 

Għar Friefet
Fl-1922, Miss M. Murray ħaffret l-għalqa ta’ wara l-ħajt u d-dolmen megalitiku ta’ Borġ-in-Nadur, u sabet bosta ħitan u absidi elleptikali. B’xorti ħażina dan il-post ma tantx kien miżmum tajjeb matul iż-żmenijiet, l-iktar meta l-għolja b’dak il-ġebel imwaqqa’ għamluha għalqa. Fiha nstabu għadd ta’ fuħħar, żnied u għodod tal-ħaġar. Dan il-bini juri li fil-bidu kien ġie mwaqqaf min-nies ta’ Żmien il-Ħaġar, u aktar tard użawh in-nies ta’ Żmien il-Bronż, li aktarx ħattew u ġarrew x’uħud mill-ġebel. L-għadd kbir ta’ fuħħar li nġabar hu bla dubju ta’ Żmien ir-Ramm u l-Bronż.  Instab ukoll fdal minn ta’ Żmien il-Ħaġar.  F’Lulju, 1963, taħt daħlet Għar Friefet instabet daħla li kienet ġiet skavata fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru minn ġemgħa ta’ esploraturi ta’ l-R.A.F.  Din id-daħla wriet li kienet oriġinarjament tħaffret bil-mogħdija ta’ l-ilma minnha. Minn hawn ittieħed xi fuħħar ta’ żmien Borġ-in-Nadur u anki xi fossili tal-ħut (C.1450W.K.).
 
 

Wied Żembaq u Casa Ippolito.  Ritratt ta’ Silvan Mugliett.

Borġ In-Nadur
Fl-1922, Miss M. Murray ħaffret l-għalqa ta’ wara l-ħajt u d-dolmen megalitiku ta’ Borġ-in-Nadur, u sabet bosta ħitan u absidi elleptikali. B’xorti ħażina dan il-post ma tantx kien miżmum tajjeb matul iż-żmenijiet, l-iktar meta l-għolja b’dak il-ġebel imwaqqa’ għamluha għalqa. Fiha nstabu għadd ta’ fuħħar, żnied u għodod tal-ħaġar. Dan il-bini juri li fil-bidu kien ġie mwaqqaf min-nies ta’ Żmien il-Ħaġar, u aktar tard użawh in-nies ta’ Żmien il-Bronż, li aktarx ħattew u ġarrew x’uħud mill-ġebel. L-għadd kbir ta’ fuħħar li nġabar hu bla dubju ta’ Żmien ir-Ramm u l-Bronż.  Instab ukoll fdal minn ta’ Żmien il-Ħaġar.
 
 

It-Tempju ta’ Borġ in-Nadur.  Fdalijiet taż-Żmien il-Bronż.  Ritratt ta’ Jenny Mathiasson.

Bini Megalitiku ieħor

Birżebbuġa hija għanja bil-bosta bil-fdal megalitiku mill-isbaħ li jinsab imxerred mar-raħal kollu.  In-nies li kienu jgħixu fdan iż-żmien kienu jaħdmu bl-għodod tal-ħaġar. Għalhekk aħna nsejħu dan iż-żmien “Żmien il-Ħaġar”. Dawn in-nies għamlu xogħlijiet ta’ l-għaġeb, fosthom l-Ipoġew li hemm f Halsaflieni – xogħol maħdum bl-għodod taż-żnied li għas-sengħa li hu magħmul biha tabilħaqq jixraqlu tifħir.  L-akropoli ta’ Borġ-in-Nadur huwa miżgħud bi fdal megalitiku; u l-inħawi ta’ Ħal-Far u ta’ Bingħisa juru sewwa li kienu l-ewwel imkejjen ta’ din ix-xaqliba mgħammra bin-nies. L-ewwel m’aħna se nsemmu hu:-

DOLMEN 1:  Dolmen (xorta ta’ monument preistoriku, magħmul minn ħaġra ċatta qiegħda orizzontali fuq oħrajn weqfin) żgħir iżda tipiku qiegħed f’San Ġorġ, fuq għolja kollha blat lejn it-tramuntana ta’ Borġ-in-Nadur. Dan ix-xriek irqieq maqtugħ tajjeb hu miżmum b’żewġ blokki kbar tal-ġebel tal-qawwi. Imiss ma’ dan il-bini hemm ringiela ta’ blokki kbar iktarx li hu fdal ta’ dolmen ieħor li x-xriek li jgħattih nieqes.

DOLMEN 2:  Fl-1914 instab dolmen fm-nofsinhar tal-menhir ta’ Hal-Far, fejn l-art kollha blat hija mimlija bi fdal ta’ bini megalitiku. Dan id-dolmen magħruf bħala “II-Ġebla Msaqqfa”, jikkonsisti fi plier tal-ħaġar iebes ta’ għamla kwadra. Huwa miżmum minn żewġ filati ta’ ġebel kbir fkuU tarf. L-istat tal-blat ta’ taħt juri li x-xriek inqata’ fil-lok u wara merfugħ madwar żewġ piedi ‘1 fuq mill-art.

MENHIR 1:  F’għalqa baxxa fĦal-Far, kollha blat, għadu jidher ma’ kullimkien fdal ta’ ċiviltà bikrija. Hawn jinsab menhir (Menhir huwa plier twil tal-ġebel raff bil-bażi tiegħu mirdum fl-art), magħruf l-aktar bħala *’il-ħaġra l-wieqfaM, qiegħda qisha plier piramidali. Din tinsab miżmuma tajjeb fl-art u tidher minn bogħod ħafna.

MENHIR 2:  Fuq għolja lejn it-tramuntana ta’ Ħal-Far hemm menhir,. plier ieħor magħruf l-iktar bħala ‘Ta’ GħammarM. Dan kien qed iservi bħala ċint ta’ għalqa kbira, u fih madwar seba’ piedi ‘l fuq minn wiċċ il-ħamrija, mill-inqas tliet piedi mill-bażi tiegħu jinsab midfun.

 

 


Żmien il-Feniċi

Wara li Ġoswà rebħilhom arthom u keċċihom ‘il barra, il-Feniċi tawha biex ifittxu artijiet ġodda u b’hekk ikunu jistgħu jkabbru n-negozju tagħhom.  Qabdu n-navigazzjoni u skond ma jgħidu bosta kittieba magħrufa, l-ewwel ma niżlu kien Ppajjiżna u dan ġara madwar 50 sena wara li keċċewhom l-Iżraeliti mill-Kaanan.  Meta daħlu f’Malta, il-Feniċi flew il-portijiet tagħna u għażlu l-ewwel in-naħiet tal-Grigal u tax-Xlokk, billi huma qisuhom bħala l-aħjar bnadi tal-gżira tant għall-portijiet u l-kalanki li fihom, kif ukoll għas-sigurtà ta’ l-imriekeb tagħhom.  Hawn Malta waqqfu gvern indipendenti li ma kellu x’jaqsam xejn mal-belt tagħhom ta’ Tiro u ħatru Sultan “alina; għamlu wkoll flus Maltin u ġiebu magħhom l-allat li kienu jqimu f pajjiżhom.
 
 
 

It-Tempju ta’ Melqart

Il-Feniċi kienu idolatri mill-kbar u kienu jqimu lil bosta allat; fosthom l-iktar magħżul kien Melqart, li għall-kobor u l-għana ta’ tempju li bnewlu kien iħabbatha ma’ dak ta’ Tiro.  Il-Feniċi kienu jqimu lill-alla ta’ l-Art (li huma sejħu Melqart), bin-nar dejjem jixgħel quddiemu. Għalhekk is-simbolu tiegħu kienet ġamra.  Għall-Feniċi dan Melqart kien qalbieni bosta. Meta l-Iżraeliti keċċewhom minri pajjiżhom kien hu li qabbadhom artijiet ġodda, rebaħ il-ġganti, u kien l-aqwa bdot fuq l-imriekeb tagħhom. Meta miet, il-Feniċi qisuh b’alla tagħhom u bnewlu knejjes sbieħ wisq; l-iktar imfaħħra huma dawk ta’ Tiro, ta’ Malta u ta’ Kadek. Is-Saċerdoti ta’ Melqart kienu vvenerati u meqjuma daqsu mill-poplu, tant hu hekk illi s-Sommu Saċerdot f’Tiro kien meqjus bħala l-ewwel dinjità wara s-Sultan.  Castagna jgħid illi t-tempji tagħhom kollha kienu aktarx imtellgħin fuq pjanta waħda. Il-liġi reliġjuża qisha kienet osservata mill-arkitetti wkoll fid-disinji tagħhom għaliex kienet torbothom li ma jagħmlu qatt disinji differenti minn dak li jagħti fit-tond.  Dawn it-tempji kienu ffurmati kollha b’ġebel poliġenu rregulari mqiegħed bla tajn bejnietu, u li għall-kobor tiegħu konna naħsbuh li hu xogħol il-ġganti.  Għalkemm bosta kittieba ma jaqblux fil-fehma dwar fejn kien sewwa dan it-tempju ta’ Erkole (wara bdew isejħulu Melkart), huwa żgur li kien x’imkien fil-port ta’ Marsaxlokk, għaliex dan il-port huma kienu jsibuh bħala l-Port ta’ Erkole. Iżda Gatt Rutter wera sewwa fejn kien qiegħed meta qal: “At the top of the hill above the bay (ta’ San Ġorġ) once stood the temple of Hercules”. Għall-kobor tiegħu dan it-tempju kien igħaġġeb lil kulħadd u iktarx li sa l-1681 kien għadu wieqaf.
 
 
 
Iċ-Ċippi tal-Wegħda

Kull fejn kienu l-Feniċi għadna nsibu sal-lum bosta fdalijiet tagħhom, l-iktar oqbra u statwi. Iżda l-iktar ħaġa li baqgħet miżmuma b’għożża kienet is-sejba ta’ żewġ ċippi (bħal pedestall b’qasrija fuqu) bil-kitba Feniċja u Griega minquxa fuq il-pedestall. Dawn instabu x’imkien f’Malta fl-1694. Gatt Rutter isemmi din id-data bħala l-1697. Dawn iċ-ċippi jew plieri tar-rħam abjad xi kittieba jaħsbu li ġew misjuba lejn it-tempju ta’ Erkole, iżda dan jista’ jkun ħsieb żbaljat ukoll.  Minn dawn iż-żewġ ċippi llum baqa’ biss waħda minnhom għaliex il-Gran Mastru De Rohan fl-1780 kien irregala waħda lis-Sultan Lwiġi XVI ta’ Franza li wara sabet ruħha fil-Mużew ta’ Louvre.  Nitkellmu minn dak li fadal f’Malta u ngħidu li dan il-plier ġie mogħti b’wegħda minn żewġt aħwa Feniċi lill-alla Melqart bħalma se naraw mill-kitba li hemm fuqu.  Dan iċ-ċipp, għoli madwar erbat ixbar, fih kitba b’żewġ ilsna kif ġà semmejna fuq u meta nstabet l-istudjużi ferħu biha mhux ftit. L-istoriċi jgħidulna li dan iċ-ċipp ittieħed b’tant għożża mhux għall-qedem tiegħu daqs kemm għall-kitba li fih, għaliex għall-Orjentalisti dan kien dik li hi r-Rosetta għall-Eġittoloġisti.  Qabel ma nstabet din il-kitba, l-istudjużi qatt ma kien irnexxielhom jaqraw kitba Feniċja billi l-alfabet tagħhom kienu għadhom ma kixfuhx. Bis-saħħa tat-tifsira ċkejkna bil-Grieg li hemm wara l-pedestall, l-istudjużi Barthelemy, Swinton u Bayer irnexxielhom isawru l-alfabet Feniċju u b’hekk sabu tarf ta’ ħafna kitbiet oħra Feniċi, li kienu baqgħu merfugħa fil-mużewijiet mad-dinja kollha bla ħadd kien jaf x’ifissru.  Għal min ma jafx, dan l-ilsien jinqara mil-lemin għax-xellug bħall-Għarbi. Din il-kitba hi talba ta’ żewġt aħwa lil Melqart, li offrewlu dawn iż-żewġ kandlieri b’wegħda, biex meta jisma’ kliemhom iberikhom. Ara l-kitba tagħha kif inhi qiegħda mqassma.

“Lil Melqart Sidna, sid il-Belt ta’ Tiro
Għamel din il-wegħda
Abdosir ma’ ħuh Osirxamar
It-tnejn ulied Osirxamar biex Abdosir
Jisma’ kliemhom u jberikhom”.

Dan it-tempju, żmien mhux ‘il bogħod wisq, kienu jsejħulu “It-Torri tal-Lhud”, forsi minħabba li l-Feniċi huma nisel il-Lhud.  X’imkien qrib dan it-tempju nstabet statwa ta’ Erkole, ta’ l-irħam abjad, għolja 3 piedi u 4 pulzieri, li llum tinsab fil-Mużew tal-Belt.

 

 

 

Qabar Feniċju

Minħabba l-konnessjoni li hemm bejn Ħal-Barka u l-Ġeneral kbir Kartaġiniż Annibal Barka se nġibu din is-sejba għall-importanza tagħha.  Fl-1761 f’Bingħisa, fart li kienet proprjetà tal-familja Falzon, instab qabar Feniċjii.  Fih kien hemm xi anfora u ġarar oħra li kienu l-furnitura sepulkrali.  Kien hemm skeletru u fuq il-lemin tiegħu kien hemm lapida b’xi kitba fuqha li ħawdet mhux ftit l-istudjużi Orjentalisti.  L-isem ta’ Hannibal bin Barmelek huwa msemmi fl-aħħar linja.  Drummond kien tal-fehma illi dak il-fdal hu tal-mexxej kbir ta’ Kartaġini l-antika.  Hemm min jaħseb illi Hannibal kien bħal Maġistrat ewlieni tal-gżira, meta dak il-qabar ġie konsagrat fl-1 jum tas-sena.  Iż-żmien ta’ din l-iskrizzjoni jmur sa l-epoka ta’ Ptolomies.  Il-promontorju u x-xtajta ta’ Bingħisa huma mimlijin b’dawn l-egħrien sepulkrali.  L-isem ta’ Barka baqa’ jidher personifikat PĦal-Barka.  Il-kitba kienet tgħid xi ħaġa hekk:-

“Is-Sala Ġewwenija Tas-Santwarju tal-Qabar
Ta’ Annibal Magħruf għal tmiem il-ħerba,
Kien Maħbiib Il-poplu jibki meta mħejji
Għat-Taqbida Jibki Annibal Bin Bar-Melek.”


 


Villa Rumana
Fuq waħda mill-għoljiet fuq ix-xlokk ta’ Wied Dalam, quddiem Għar Dalam, f’post magħruf bhala “Ta’ KaċċaturaM, xi 400 jew 500 jarda lejn il-majjistral ta’ Borġ-in-Nadur, hemm il-fdal ta’ dar kbira Rumana tal-kampanja. F’xi żmien kienet ġiet esplorata iżda l-iskavar tkompla f’Mejju, 1915, taħt id-direzzjoni ta’ Thomas Ashby u l-Prof. T. Zammit.  Ħadd ma jaf meta bdew jiskavawha għall-ewwel darba, għalkemm l-akbar parti mill-peristilium kien mikxuf. Milli jidher l-ewwel skavi saru fl 1881. Qabel din il-villa kien jemm xi bini ieħor. Hija mib-nija bil-ġebel lokali mqiegħed orizzontali fl-istil li soltu jintuża mill-Feniċi u r-Rumani, iżda hemm fdal ta’ bini iktar bikri li soltu niltaqgħu miegħu fbini neolitiku Malti.  Fil-gwerra li għaddiet waqgħet bomba fuq din id-dar, qalgħet xi ġebel mill-ħitan qodma, fetħet il-qiegħ ta’ waħda mill-kmamar u waqqgħet il-kolonni tal-peristilium. L-impluvium u l-bir ġarrbu xi ħsara wkoll. Wara żmien dawn il-ħsarat kollha ssewwew.
 
 
 
 

Fortifikazzjonijiet

IR-RIDOTT TA’ SAN ĠORĠ – Ir-ridott huwa xorta ta’ fortizza bla swar fil-beraħ ta’ kamp, magħmula biex tiddefendi xi għolja ċkejkna jew xi mogħdija. Dan ir-ridott inbena mill-Gran Mastni De Redin fl-1758 u kien imgħammar b’5 kanuni. 

IL-BATTERIJA TA’ PINTU – Din il-batterija jsibuha wkoll bħala ta’ Ferretti. Bniha l-Gran Mastru Pintu fl-1761 fuq il-pjanti ta’ l-Inġinier Burlemach. Kienet tiddefendi ruħha bi 13-il kanun. 

IR-RIDOTT TA’ KALAFRANA – Dan ir-ridott kien   bnieh   ukoll   Pintu.    L-inġinier   kien   l-istess Burlemach u x-xogħol sar fl-1751. Kellu 6 kanuni. 

IT-TORRI TA’ BINGHISA – Pintu għamel kemm felaħ fortifikazzjonijiet u saħħaħ ukoll dawk li kienu dgħajfin. Fil-pjani kbar li kellu lanqas ħalla barra 1 Bingħisa, ilsien ta’ art maħruġ f’nofs il-baħar li bis-saħħa tiegħu setgħu jitbiegħdu t-Torok. Fuq il-pjanti li għamel Burlemach, it-torri u t-trunċiera miegħu kienu lesti fl-1761 imgħammra b’10 kanuni. Dan twaqqa’ fl-1915 u hu magħruf bħala t-‘Torri l-Aħmar”.


 


Torrijiet f’Birżebbuġa

Fin-niżla ta’ Wied Żnuber f’Ħal-Far iħares lejn il-baħar, ftit taż-żmien ilu kien hemm torri minn dawk li tara bosta bħalhom max-xtajta kollha.  Dan it-torri bnietu l-Università, għalkemm kien żmien il-għaks, kellu taraġ tal-ġebel jispiċċa fl.-ewwel pjan u għat-tieni jidħol fil-ħajt, mhux għal użu komuni li minn barra jasal sa l-ewwel pjan, u jkun hemm ieħor ta’ l-injam li jinqala’ għall-pjanijiet l-oħra, kien fih ħitan doppj i, iżda mhux esaġerati.  Żnienen li mhumiex fil-livell ta’ l-aħħar kurdun huma rari, iżda hawn, f’Wied Żnuber, fejn il-pjan joħroġ Pżewġ kurduni bħallikieku ta’ barumbara, ipoġġu fuq il-livell tagħhom. Bl-użu ta’ dawn iż-żnienen, in-nies bdiet issejjaħ dawn it-tipi “Torri tal-Misħun”. Dawn huma antiki ħafna u huma mfasslin fuq dawk tas-Sirja u bnadijiet simili.

TA’ BALBANI – Din il-Batterija bniha Pintu fl-1721 taħt l-arkitett Burlemach u għammarha bi 8 kanuni.

TA’ MINIACA – bniha Pintu wkoll fl-1761 u kellha wkoll 8 kanuni.

TORRI TA’ SPINOLA – Dan it-torri bnieh Pintu fl-1761 fuq il-pjanta ta’ l-arkitett Burlemach u kellu 2 kanuni.

Ta’ min isemmi żewġ torrijiet żgħar oħra, wieħed fil-wied ta’ Wied Żemba, li jiżbokka fil-baħar ta’ San Ġorġ li n-nies laqqmitu bħala “ta’ Mari ta’ ċerni” proprjetà tal-familja Cachia Zammit. L-ieħor qiegħed f’Wied Qoton, irranġat fl-1758, skond id-data li tidher qil-bieb.

 

 

 

Il-Knisja Parrokjali ta’ San Pietru Fil-Ktajjen

Sa minn żmien bikri r-raħal ċkejken, iżda b’ċiviltà qadima, ta’ Birżebbuġa kien jagħmel mal-knisja matriċi ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq.  Billi għaż-Żurrieq kien hemm ġibda sewwa, u ma’ dan il-poplu beda jikber inħasset il-ħtieġa li ġo Birżebbuġa jkun hemm ukoll parroċċa għaliha li ma tkun dipendenti minn ħadd u ma tieħu mingħand ħadd il-permess fil-qadi tad-dmirijiet tagħha lejn l-erwieħ tal-parroċċatagħha.  Kien bis-saħħa ta’ Mons. Dun Spir Penza, Bormliż, villeġġjant f’dan ir-raħal, li ħabrek kemm felaħ sabiex ġo Birżebbuġa jkun hemm parroċċa għaliha. Fis-16 ta’ Settembru, 1913, l-Isqof Pace, b’ittra pastorali maħruġa f’din id-data, qal li biex iħaffef ix-xogħol tal-Wisq Reverendi Kappillani taż-Żurrieq, Żejtun, Għaxaq u Gudja, il-knisja ċkejkna tad-Duluri li tinsab fl-istess inħawi ta’ Birżebbuġa, tiġi mgħollija fid-dinjità ta’ parroċċa u ħatar bħala l-ewwel Kappillan tagħha lill-Kan. Dun Karm Bugelli.  Iżda din il-knisja (oriġinarjament maħżen) kienet ċkejkna wisq u ma setgħetx tlaħħaq mal-kotra tan-nies li bdiet tielgħa lejn dik in-naħa. Għalhekk kien meħtieġ li tinbena knisja oħra akbar, u din il-ħtieġa ħassha l-Kappillan innifsu li fis beda jħabrek u jiġbor il-flus. II-Kappillan Bugelli ma damx wisq għaliex minfloku laħaq Dun Anġ. Fenech li kompla hu x-xogħol ta’ qablu, billi kienet ukoll ix-xewqa ta’ l-Isqof Caruana li ssir din il-knisja.  Tqabbad il-Perit Godwin Galizia P.A.A. li għamel il-pjanta ta’ knisja fuq stil sikulu-normann. It-titlu tagħha kellu jkun ta’ San Pietru (Fil-Ktajjen), isem magħżul mill-istess Isqof Caruana li malli ra l-pjanta ħareġ is-somma ta’ £30 minn butu. Din kellha tkun parroċċa waħdanija f’Malta u Għawdex li ġġib dan it-titlu. Bit-tħabrik u l-ħidma malajr inġabret is-somma ta’ £18,000. Intgħażlet l-art tal-Brolli, fgħalqa msejħa “II-Benefiċċju ta’ Sant’Anġlu” ta’ Ħal-Far u fid-29 ta’ Awissu, 1926, tqiegħdet l-ewwel ġebla mill-isqof Dom Mawru Caruana, O.S.B. Fuq ix-xogħol tagħha ħadem ukoll il-Perit Prof. Gużeppi Terreni.  Tant tela’ malajr il-bini tagħha, li fis-16 ta’ Ġunju, 1938, għalkemm mhix mitmuma kollha, ġie ttrasportat solennement Ġesu Sagramentat mill-knisja l-qadima għall-knisja l-ġdida. Fil-gwerra (1940-45) ix-xogħol waqaf minħabba li Birżebbuġa kienet fil-qalba tat-tiġrib. Malli l-periklu għab, tkompliet u hekk setgħet tintuża kollha, għad illi kienet għadha mhix kompluta.  Il-knisja għandha għamla ta’ rettanglu twil. Hija twila 160 pied u wiesgħa 58 u għandha tlitt artali – fuq barra hemm kampnar wieħed. S’issa din il-knisja swiet madwaril-£35,OOO.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: