Skip to content

Is-Siġġu ta’ San Pietru

 

Is-Siġġu ta’ San Pietru.
kitba ta’ Joe Chetcuti
Ippubblikat fuq ‘Minn Qalb L-Iljuni’, tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa 1990, Festa 2005.

 

 

San Pietru fil-Vatikan

 

Qabel ma San Pietru waqqaf is-sede episkopali tiegħu ġewwa Ruma huwa waqqaf l-ewwel sede tiegħu f’Antijokja.  Din il-ħaġa nsibuha miktuba fl-ewwel storja tal-knisja li kiteb Ewsebju. Fil-kitba ta’ Origene, ta’ San Ġlormu, ta’ San Krisostmu u oħrajn jaċċertawna li l-Prinċep ta’ l-Appostli kellu wisq għal qalbu d-djocesi ta’ Antjokja u li ta’ spiss kien iżurha.  San Pietru kien iħobb lil din il-belt (li kienet tista’ tgħid, il-belt kapitali tal-Lvant kollu) għax f’dan il-post ir-reliġjon nisranija qabdet malajr u b’għeruq fondi.  Kien f’din il-belt li s-segwaċi ta’ Kristu bdew jissejħu Nsara. San Krisostmu jgħidilna li Pietru għamel waqfa twila f’Antjokja. Anzi, San Girgor il-kbir jaċċertana li San Pietru għamel seba’ snin sħaħ isqof ta’ Antjokja; pero’ jgħidilna li ma kienx joqgħod hemm kontinwament imma kien imur hemm spiss għax din id-djoċesi kienet għal qalbu wisq.  Huwa kkalkolat li San Pietru waqqaf id-djoċesi ta’ Antjokja tliet snin biss wara li Ġesu tela’ s-Sema.  Naslu għal din il-konklużjoni jekk nassumu li San Pietru għadda ħamsa u għoxrin sena bħala isqof ta’ Ruma. L-istoriċi jgħidulna li Pietru wasal Ruma fit-tieni sena tar-renju ta’ l-Imperatur Claudius.

Mela, wara li San Pietru waqqaf is-sede (is-siġġu) tiegħu f’Antjokja huwa waqqaf it-tieni sede tiegħu f’Ruma. Din li isqof iwaqqaf is-sede tiegħu f’xi lokal, kienet okkażjoni storika speċjalment fl-ewwel żminijiet tal-Knisja. Saħansitra, kienet tkun ġurnata ta’ festa il-jum meta jitfakkar il-bidu ta’ dik is-sede. Il-festa tas-Siġġu ta’ San Pietru, li allura kienet tissejjaħ Natale Petri de Cathedra kienet tiġi ċċelebrata fit-22 ta’ Frar.

Il-festa tas-Siġġu ta’ San Pietru (jew kif isejħulha ħafna nies Il-Katedra ta’ San Pietru) kienet tkun immarkata bi prominenza fil-kalendarji antiki tal-Knisja. Infatti għadu jeżisti kalendarju ta’ żmien il-Papa Liberius, qrib is-sena 354 li jimmarka din il-festa fit-22 ta’ Frar. Din it-tifkira tal-Katedra ta’ San Pietru tidher ukoll fis-Sagramentarju ta’ San Girgor u kważi fil-martiroloġji kollha. Nafu żgur li fis-sitt seklu l-festa tas-Siġġu ta’ San Pietru kienet tiġi ċċelebrata b’ċertu pompa fi Franza. Din il-ħaġa jaċċertahielna l-Konċilju ta’ Tours.

Fl-ewwel sekli tal-Knisja, kienet drawwa li l-insara jiċċelebraw, mhux il-jum tat-twelid tagħhom, imma l-jum tal-magħmudija tagħhom. F’dak il-jum kienu jġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija. Kienu jsejħu dan il-jum l-anniversarju spiritwali. Bl-istess manjiera, l-isqfijiet kienu jiċċelebraw l-anniversarji tal-konsagrazzjoni tagħhom bħala isqof b’pompa kbira. Il-Papa Ljun il-Kbir kien jiċċelebra l-anniversarju ta’ meta ġie kkonsagrat isqof u saħansitra għadhom jeżistu erba’ priedki li hu għamel fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju.  Kien dan l-istess Papa – Ljun, li ħalla miktub li għandna d-dmir niċċelebraw il-Katedra ta’ San Pietru u dan għandna nagħmluh b’xejn inqas pompa u ferħ minn meta nikkomemoraw il-martirju tiegħu.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: