Skip to content

Editorjal 2014: Tħobbha l-festa ta’ San Pietru?

July 25, 2014

DSCF1680

Il-festa tagħna ta’ Birżebbuġa waslet.

Nhar it-Tnen il-Patrun narawh ħiereġ mill-Bieb tal-Knisja.  Għal ħafna minnha dan ikun mument straordinarju.  Ħafna jkunu ilhom jistennew dan il-mument sena sħiħa.  Xi jfisser għalik San Pietru?  Int li tgħix Birżebbuġa, tħobbha l-festa ta’ San Pietru?

Il-festa ta’ San Pietru baqgħet l-unika ħaġa li n-nies ta’ dan ir-raħal jorganizzaw flimkien.  M’għandna xejn iktar.  Il-festa għandha tkun is-simbolu ta’ dan ir-raħal li biha rridu nuru x’kapaċitajiet għandna mal-bqija ta’ Malta.  Int kemm tħossok marbut u kburi li tgħammidt u għixt f’Birżebbuġa?  Għandek sense of belonging?  Kburi li int tifforma parti minn din il-belt ħdejn il-baħar fejn rat il-bidu tagħha l-ewwel ċiviltà ta’ Malta b’Għar Dalam?  Jingħad ħafna diskors fuq il-festi Maltin.  Rari jingħad imma li l-festi huma riżultat ta’ sense of belonging!  Ġieli nħares lejn irħula u parroċċi mwaqqfa fejn ma jiċċelebrawx festa u ngħid bejni u bejn ruħi:  Imma dawn kif jgħixu?  Kif jirnexxielhom jingħaqdu flimkien?  Kif jiġu f’Komunità waħda?  Tgħidlix kif.  Imma forsi l-iktar ħaġa li tiskantani, kif ħadd minn dawn il-parroċċi ma jagħmel xejn biex jingħaqdu flimkien?  Lanqas minn huwa l-kap jew il-mexxej.  Imma issa mhux il-mument li nħarsu lejn il-qagħda ta’ ħaddieħor.  Issa huwa l-mument li nġeddu dak li b’xorti tajba missirijietna rnexxielhom jibdew tant snin ilu.

Għandek tgħid li b’paragun ma’ dawn il-parroċċi li għadni kif semmejt, Birżebbuġa hija tassew b’xortija li għandha festa imħawra b’armar, nar, statwa titulari mprezzabbli u żewġ għaqdiet mużikali li jallegraw lil kulħadd.  Imma kemm napprezzawh dan?  Ejja nammettu li xi kultant dan kollu ħadnieh for granted!  San Pietru huwa bla dubju ta’ xejn wieħed mill-akbar qaddisin li għandha l-knisja.  Saħansitra l-Papa nnifsu jirrapreżenta lil San Pietru.  Il-Vatikan stess huwa ddedikat lil dan l-Appostlu.  Forsi wieħed lanqas jaf x’xorti għandna li bħala Patrun għandna lil San Pietru u bħala Protettriċi għandna wkoll lil Marija Addolorata.  Għal min huwa devot ta’ San Ġużepp imbagħad għandna naħseb waħda mill-isbaħ statwi ta’ San Ġużepp f’Malta.  U mbagħad fuq kollox għandna wkoll il-preżenza ta’ Ġesù fl-Ewkaristija, il-Patt il-Ġdid li għamel Alla mal-bniedem.  Għandna kollox.  Jonqos biss lilek li tiġi u tieħu sehem.  Il-festa ssir għal din ir-raġuni biex int tiġi u tiltaqa’ ma’ sħabek u ħbiebek f’għaqda sħiħa bil-barka u bis-saħħa ta’ San Pietru.

Int li int minn Birżebbuġa nistednuk mhux biss biex tiġi magħna u tiltaqa’ magħna, iżda li tieħu din l-opportunità biex turi li int kburi li int minn Birżebbuġa u li int devot ta’ San Pietru u dan int tista’ tagħmlu billi tiddekora l-gallarija tiegħek imqar b’pezza drapp bajda u safra.  Għal min irid iwaħħal inkwadru ta’ San Pietru, mingħajr ma nisforza lil ħadd (l-ebda skop ta’ bejgħ jew qliegħ) infakkarkom li fis-sagristija hemm għall-bejgħ diversi santi, stampi kbar, arazzi u domni tal-Vara ta’ San Pietru.  L-aħħar kelma hija biex nagħmlu minn din il-festa okkażjoni qaddisa billi nattendu l-knisja.  Lit-tfal infakkarhom li nhar it-Tlieta se jkun hemm il-purċissjoni b’San Pietru mill-MUSEUM tas-Subien sal-Knisja Parrokkjali.  Din toħroġ fit-8am jiġifieri tqumux tard u aħsbu kmieni.  Magħkom tistgħu ġġibu bnadar u mkatar lewn il-Papa abjad u isfar.

Nawguralkom Festa Sabiħa.

Viva San Pietru Appostlu
Patrun ta’ Birżebbuġa.

EDITUR

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: