Skip to content

Illum il-Katedra ta’ San Pietru

February 22, 2014

L-Antifona ‘Solve’ iddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen (Birżebbuġa) – Mro. Carlo Diacono

Hymnus {ex Proprio Sanctorum}

Quodcumque in orbe nexibus revinxeris,
Erit revinctum, Petre, in arce siderum:
Et quod resolvit hic potestas tradita,
Erit solutum caeli in alto vertice;
In fine mundi iudicabis saeculum.

Patri perenne sit per aevum gloria,
Tibique laudes concinamus inclytas,
Aeterne Nate, sit superne Spiritus,
Honor tibi, decusque: sancta iugiter
Laudetur omne Trinitas per saeculum.
Amen.

L-Ewwel Lezzjoni:
1 Pietru 5, 1-4
Salm 22, 1-6

Evanġelju: Mattew 16, 13-19

[Mt:16:13] Fdak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”

[Mt:16:14] U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”

[Mt:16:15] Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom.

[Mt:16:16] U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.”

[Mt:16:17] U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.

[Mt:16:18] U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat ta’ l-infern ma jegħlbuhiex.

[Mt:16:19] Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.”

Uploaded on Feb 22, 2011

O God, the Shepherd and Ruler of all Your faithful people, mercifully look upon Your servant Pope Benedict XVI, whom You have chosen as the chief Shepherd to preside over Your Church. We beg You to help him edify, both by word and example, those over whom he has charge, that he may reach everlasting life together with the flock entrusted to him. Through Christ our Lord. Amen. Ave Maria! Mass: Chair of St. Peter, Commemoration of St. Paul – Second Class – Form: EF, Statuit Ei DominusReadings: 1st: 1pe 1:1-7Gsp: mat 16:13-19

Published on Feb 22, 2013

Fr. Elias preaches on the feast of the Chair of St. Peter and how it relates to Pope Benedict’s abdication to take place next week. The chair is a symbol of the pope’s temporal power as well as his spiritual, pointing to the fact that the Church is established in the world as the teaching authority in order to point the way for the Lord’s flock to get to heaven.  Mass: Chair of St. Peter – Feast – Form: OF – Readings: 1st: 1pe 5:1-4 – Resp: psa 23:1-3, 3-4, 5, 6 – Gsp: mat 16:13-19

Ant. Tu est Pastor ovium, Princeps Apostolorum: * Tibi tradidit Deus claves regni caelorum.

 

Festa Katedra ta’ San Pietru Appostlu

 

Is-Sibt 22 ta’ Frar 2014

 
6:30pm Kant tas-Salmi
6:45pm Konċelebrazzjoni Solenni
7:30pm Barka Sagramentali
   
Ċelebrant Mistieden Isqof Ġużeppi Mercieca
   
   

Silta mill-film San Pietro, produzzjoni RAI li turi dan il-Passaġġ ta’ L-Evanġelu.

   
(15) Cum ergo prandissent, dicit Simoni Petro Jesus: Simon Joannis, diligis me plus his? Dicit ei: Etiam Domine, tu scis quia amo te. Dicit ei: Pasce agnos meos. (16) Dicit ei iterum: Simon Joannis, diligis me? Ait illi: Etiam Domine, tu scis quia amo te. Dicit ei: Pasce agnos meos. (17) Dicit ei tertio: Simon Joannis, amas me? Contristatus est Petrus, quia dixit ei tertio: Amas me? et dixit ei: Domine, tu omnia nosti, tu scis quia amo te. Dixit ei: Pasce oves meas. (18) Amen, amen dico tibi: cum esses junior, cingebas te, et ambulabas ubi volebas: cum autem senueris, extendes manus tuas, et alius te cinget, et ducet quo tu non vis. (19) Hoc autem dixit significans qua morte clarificaturus esset Deum. Et cum hoc dixisset, dicit ei: Sequere me.

 

(15) Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?””Iva, Mulej?” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” (16) Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?””Iva, Mulej?” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” (17) Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi. (18) Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid?” (19) Dan qalu biex ifisser b’liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil Alla. Mbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: “Ejja warajja.”

   

_________________________________

Illum niċċelebraw il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu f’Birżebbuġa.  

Din il-festa għandha għeruq fondi fil-kommunità parrokkjali ta’ Birżebbuġa.  Nafu fiċ-ċert li meta l-kappillan Dun Frendo kien qabbad lil Dun Ġorġ Deguara ta’ Raħal Ġdid biex jagħmel statwa ġdida għall-marċ tal-ġimgħa tal-festa, din kienet iżżanżnet waqt il-funzjoni tal-festa tal-Katedra tal-1980 billi tpoġġiet fuq bankun taħt in-nava.  Minn dakinhar ‘l hawn il-festa tal-Katedra kompliet dejjem tikber.

Għal din il-festa jieħdu sehem b’mod speċjali l-Għaqdiet tal-mużika li għandhom konnessjoni kbira ma’ San Pietru u l-festa li tiġi ċċelebrata f’Birżebbuġa.  Iż-żewġ għaqdiet filfatt huma t-tnejn li huma msemmija għal San Pietru.  Jagħtu sehemhom ukoll l-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar li appuntu hija msemmija għal din il-ġurnata speċjali, kif ukoll l-Għaqda tal-Armar li minn kmieni filgħodu jekk it-temp ikun jippermetti tarma l-pjazza bil-bandalori.

Sinjifikat

Din il-festa tant speċjali għan-nies ta’ Birżebbuġa, tissimbolizza l-primat u s-setgħa li Ġesu ta lil San Pietru biex ikun hu l-ewwel wieħed li jieħu ħsieb il-poplu ta’ Alla. Fil-Bibbja nsibu diversi okkażjonijiet fejn Ġesu juri lil Pietru li kellu jkun il-magħżul tiegħu biex imexxi lill-knisja tiegħu. Fis-silta li qrajna hawn fuq mill-Evanġelu ta’ San Ġwann, naraw dak il-mument fejn Ġesu saqsa lil San Pietru, jekk veru jħobbux jew le. Tliet darbiet isaqsih, l-istess numru ta’ kemm dik id-darba ċaħda fil-bitħa tal-palazz meta Ġesu kien għaddej mill-passjoni tiegħu. San Pietru jgħidlu li jħobbu u qabditu għafsa ta’ qalb meta Ġesu staqsieh l-istess mistoqsija għat-tielet darba. San Pietru, ta’ bniedem xi kultant dgħajjef, beżżiegħ imma mbagħad tassew sempliċi u ġenwin jirrispondih “Mulej int taf kollox, int taf li nħobbok.” Ġesu imbagħad jafdalu l-poplu u l-knisja tiegħu mal-kelmiet “Irgħa n-nagħaġ tiegħi”. Dan il-kliem, l-istess bħal dak li naraw fl-Evanġelu ta’ San Mattew Kapitlu 16 versi 18 u 19, jġorru magħhom piż kbir, tant li l-missjoni Appostolika tal-Papa hija bbażata u msejsa fuq dawn il-kelmiet. Hija frażi li qajmet tant kontroversji bejn reliġjonijiet differenti u għadha sal-lum waħda mid-differenzi prinċipali bejn ir-reliġjon Kattolika, dik Protestanta u Ortodossa.

Żewġ Festi Tal-Katedra

Fil-Bażilika ta’ San Pietru tal-Vatikan, f’Ruma naraw fuq wara nett abside b’skultura sabiħa tal-Bernini. Ninnutaw li f’din l-iskultura naraw ħafna anġli qiegħdin iżommu tron. Fil-verita` dak it-tron huwa wkoll relikwarju ta’ siġġu ieħor li hemm issiġillat ġo fih, siġġu li s-sultan Karlu ta’ l-Imperu Qaddis Ruman kien ta lill-Papa bħala rigal fis-sena 875. Tajjeb li ngħidu imma li ż-żewġ festi tal-Katedra jmorru lura għal ħafna snin, ħafna qabel ma’ dan l-imperatur ta dak is-siġġu lill-Papa ta’ dak iż-żmien. Nafu li ż-żewġ festi kienu jsiru f’Ruma u waħda mit-tradizzjonijiet tgħid li kienu jeżistu żewġ Katedri (siġġijiet) differenti ta’ San Pietru: siġġu minnhom fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma u siġġu ieħor fil-Katakombi ta’ Priscilla, f’Ruma wkoll. Il-festi kienu jiġu ċċelebrati waħda fit-18 ta’ Jannar u l-oħra fit-22 ta’ Frar. Għalkemm nafu fiċ-ċert li ż-żewġ festi kienu jirreferu għall-appostolat ta’ San Pietru f’Ruma, skond Martyrologium Hieronymianum (Martiroloġija ta’ San Jerome), li ġie kkompilat fid-disa’ seklu, jirreferi għall-festa tat-18 ta’ Jannar bħala l-Katedra ta’ San Pietru f’Ruma u dik tat-22 ta’ Frar bħala l-Katedra ta’ San Pietru f’Antijokja.

Il-Festa Tal-Katedra ta’ San Pietru matul is-snin

  • Matul iż-żmien iż-żewġ Festi tal-Katedra ta’ San Pietru raw diversi tibdiliet, l-ikbar waħda dik li minn 2 festi spiċċat festa waħda biss.
  • Fis-sena 1570 il-Papa Pio V, daħħal iż-żewġ festi fil-Kalendarju Tridentin fir-rank ta’ Double, skond xewqa tiegħu stess fil-Konċilju ta’ Trentu.
  • Fis-sena 1604 il-Papa Klement VIII, għolla ż-żewġ festi għar-rank ta’ Greater Double.
  • Fis-sena 1960 il-Papa Ġwanni XXIII, neħħa mill-Kalendarju Ruman il-Festa tat-18 ta’ Jannar u biddel dik tat-22 ta’ Frar fir-rank ta’ second-class Feast. Meta l-festa tat-22 ta’ Frar ġiet inkorporata fil-Missal Ruman tal-1969 mill-Papa Ġwanni XXIII il-festa tat-22 ta’ Frar ġiet mibdula għar-rank ta’ Festa.

VIVA 22 TA’ FRAR

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: