Skip to content

Ċerimonja tal-Pussess f’Birżebbuġa wara 13-il sena

November 10, 2013

Introduzzjoni

L-aħħar Ċerimonja tal-Pussess li rat Birżebbuġa qabel din li se ssir illejla saret 13- il sena ilu meta fid-9 t’April tas-sena 2000, Dun Nikola Pace inħatar bħala t-8 kappillan ta’ Birżebbuġa.  Il-kappillan ta’ qablu kien Dun Ġużepp Maria Farrugia li dam f’din il-kariga għal 9 snin.

Bidla fil-kappillan tħabbret f’Mejju li għadda.  Wara l-mewt għall-għarrieda tal-Arċipriet taż-Żejtun Dun Eric Overend, l-Arċisqof ta’ Malta għażel lil Dun Nikola Pace biex ikun l-Arċipriet il-ġdid taż-Żejtun.  B’hekk il-post ta’ kappillan ta’ Birżebbuġa spiċċa vakanti.  Fit-28 ta’ Ġunju, lejlet il-festa tal-Martirju ta’ San Pietru Appostlu, Patrun ta’ Birżebbuġa, l-Arċisqof ta’ Malta ħabbar lill-Kanonku Dun Anton Galea Scannura bħala l-kappillan il-ġdid ta’ Birżebbuġa li llum tgħodd mal-10,532 persuna f’3,200 familja, it-tieni l-akbar belt fir-reġjun South-East ta’ Malta wara l-belt taż-Żejtun.

Programm

Fl-4.15pm iż-żewġ baned jibdew marċ li jgħaddi minn Triq Santa Katerina, Tankijiet, Bieqja, Knisja u Birżebbuġa biex jakkumpanjaw il-Korteo tal-Kappillan għall-Knisja. Il-membri kollha tal-parroċċa mistiedna u mħeġġa jattendu.

Il-Komunita Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen ser tiċċelebra l-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Anton Galea Scannura bħala Kapillan waqt quddiesa immexxija minn Mons Charles J Scicluna Isqof Awżiljarju ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2013 fil-5:30pm. F’din il-quddiesa l-Kappillan jibda uffiċċjalment il-ministeru tiegħu.

Il-Kanonku Dun Anton Galea Scannura

Kan. Anton Galea Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju, 1973. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Stella Maris ta’ Ħal Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.  Kan. Anton Galea Scannura ġie ordnat saċerdot fis-26 ta’ Ġunju, 1998 u fl-istess sena nħatar u serva fil-parroċċi tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, f’San Ġiljan u f’Bormla. Mill-2007 u kien jokkupa l-kariga ta’ Kappillan tal-Kalkara.  Dun Anton Galea Scannura għandu relazzjoni kbira mal-parroċċa ta’ Birżebbuġa.  Għal żmien twil għex flimkien mal-familja tiegħu fir-raħal sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa.

Iċ-ċerimonja tal-Pussess tal-Kappillan

Fir-ritratt ta’ isfel ġibt artiklu li kien ippubblikat fl-annal tal-knisja tal-Festa 1990.  Naħseb li huwa importanti li lill-poplu nispjegawlu x’tip ta’ ċerimonjar liturġiku importanti isir u li jagħmel parti mill-ħajja liturġika Kattolika tal-knisja tagħna.  Ikolli ngħid li neqsin minn dan it-tagħlim.  Ma nafx għaliex il-poplu nħalluh fl-għama fuq ċertu affarijiet?  Tgħid biex fin-nuqqas ta’ dan l-għarfien ħadd ma jiġih f’moħħu jsaqsi x’suppost isir jew le?

Fiċ-ċerimonja tal-pussess se naraw fost l-oħrajn:

  1. Il-kappillan viċin it-tabernaklu – bħala l-bniedem li għandu d-dmir iwassal l-Ewkaristija għand il-komunità afdata f’idu.
  2. Il-kappillan viċin il-fonti tal-Magħmudija – bħala l-bniedem li jrid idaħħal fil-familja t’Alla nies ġodda.
  3. Il-kappillan fil-Konfessjonarju – bħala l-bniedem li jrid jirrikonċilja ma’ Alla mill-ġdid, membri fil-Komunità tiegħu.
  4. Il-kappillan idoqq il-qanpiena – bħala l-bniedem li jrid jagħmel ħiltu kollha biex iressaq u jsejjaħ lin-nies lejn Alla u t-tempju parrokkjali.

Qabel il-Konċelbrazzjoni Solenni jinqara d-digriet tal-Isqof li bih iħabbar il-Kappillan il-ġdid.  Ikun hemm ukoll żewġ xhieda.  Fl-aħħar delegat mill-Isqof jgħaddi ċ-ċwievet tal-Knisja lill-Kappillan b’sinjal li issa l-Komunità parrokkjali ġiet fdata f’idu.

Awguri ta’ Ħidma Fejjieda

Minn dawn il-paġni nawgura lill-kappillan il-ġdid ħidma fejjieda f’Birżebbuġa.  Żgur li sal-lum il-ġurnata ltaqa’ ma’ ħafna nies u rrealizza diġà kemm in-nies ta’ Birżebbuġa huma nies li jilqgħu b’idejhom miftuħa lil dawk li jridulu ħafna ġid.  Ma nistax ninsa wkoll lil Rev. Roderick Camilleri, li flimkien mal-kappillan il-ġdid diġà serqu s-simpatija tan-nies.  Sa mill-bidu nett dawn iż-2 saċerdoti kienu viċin in-nies jisimgħu bit-tbatijiet li ħafna mill-parruċċani jkunu għaddejjin minnu.  Huwa dan sewwasew il-bidu ta’ kull ħidma, ikun x’ikun il-qasam li wieħed jaħdem fih: li wieħed jisma’.  Xi kultant inkunu mehdijin wisq ngħidu l-affarijiet tagħna mingħajr ma nisimgħu dak li jrid jgħidilna ħaddieħor.  Kemm hu sabiħ u tajjeb li wieħed jisma’ lil ħaddieħor mingħajr preġudizzju.  Tassew valur importanti.  GRAZZI U AWGURI REV. KAPPILLAN SCANNURA U REV. RODERICK CAMILLERI.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: