Skip to content

Ċelebrazzjonijiet fil-Jum taċ-Ċentinarju ::::: 9 ta’ Settembru 2013

September 14, 2013

L-iktar ġurnata importanti f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet waslet proprju fid-9 ta’ Settembru 2013, mitt sena eżatti minn meta l-Isqof Pietru Pace għolla għad-dinjità ta’ parroċċa r-raħal sabiħ ta’ Birżebbuġa.  Filgħaxija għall-ħabta tas-6pm bdew jintlaqgħu l-ewwel dinjitarji mill-Kappillan tal-parroċċa il-Kan. Anton Scannura.  L-ewwel ma’ wasal kien l-Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca.  Ftit wara wasal ukoll l-Isqof attwali l-Eċċ. Isqof Pawlu Cremona.  Dan intlaqa’ bid-daqq ta’ fanfarra minn grupp ta’ kurunettisti lokali.

Fis-6:30pm beda pontifikal solenni ċċelebrat mill-Isqof Pawlu Cremona.  Mat-tmiem il-pontifikal inkixfet lapida li tfakkar il-mitt sena mit-twaqqif tal-parroċċa.  Din tpoġġiet mal-faċċata ġewwa l-portiku wara l-kolonni n-naħa tax-xellug.  L-attendenza kiene tajba mmens sew għall-pontifikal u anke  għall-attività li saret wara fuq iz-zuntier fejn inġieb kejk kbir u ftit xampanja li tqassmet lil dawk preżenti.  Kien l-Isqof Cremona li ġie mistieden biex jaqsam il-kejk.  Ingħataw ukoll xi tifkiriet miż-żewġ għaqdiet lokali lill-kappillan il-ġdid Kan. Anton Scannura.  La semmejna l-għaqdiet tajjeb ngħidu li l-baned tal-lokal ingħaqdu f’banda waħda u daqqew marċi brijużi fuq iz-zuntier.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: