Skip to content

ĠEJJA FESTA OĦRA F’BIRŻEBBUĠA

September 4, 2013

WASLET IL-FESTA TAL-100 SENA PARROĊĊA.
Il-Programm se jkun hekk:

F’Jum il-Vitorja 8 ta’ Settembru:
> Wirja Grandjuża taċ-Ċentinarju bit-tema: San Pietru u Marija Addolorata.
> Regatta Nazzjonali bis-sehem tal-Klabb Regatta Birżebbuġa

Fl-10am – L-inawgurazzjoni tal-Wirja se tibda b’dimostrazzjoni fl-10am bis-sehem tal-banda tal-Iscouts tax-Xagħjra, kif ukoll bl-iscouts u l-Girl Guides ta’ Birżebbuġa.

Fil-11am – Wara d-dimostrazzjoni tinfetaħ il-Wirja fis-sala tal-iskola.  Dan se tkun għall-ħabta tal-11am u se titbierek mill-kappillan Il-Kan. Rev Anton Galea Scannura.  Din se tkun Wirja kolossali fuq skala Nazzjonali bis-sehem ta’ ħafna għaqdiet tal-armar minn madwar Malta skont l-informazzjoni li għandi.  Kif tistgħu taraw fil-poster il-wirja se tibqa miftuħa sal-15 ta’ Settembru, skont il-ħinijiet li hemm fil-poster.  Bħala nies minn Birżebbuġa, speċjalment jekk għandkom uliedkom żgħar nissuġerulkom biex tiġu għax se tkun wirja edukattiva ħafna.  Titilfuhiex.  Sibu ħin u ejjew.

Wara nofsinhar se jkun hemm ir-Regatta Nazzjonali fil-Port il-Kbir bis-sehem tal-Klabb ta’ Birżebbuġa.

__________________________________________________________________

Fid-9 ta’ Settembru
100 Sena mit-Twaqqif tal-Parroċċa.

> Konċelebrazzjoni Solenni mill-Isqof fil-Parroċċa
> Kxif ta’ Lapida u Attività Soċjali fuq iz-Zuntier.  Jieħdu sehem iż-2 baned ta’ Birżebbuġa.

Filgħodu, Jekk it-temp ikun jippermetti, intom imsejħa ttellgħu l-bnadar li għandkom b’sinjal ta’ ferħ għal din il-ġurnata storika mniżżla b’ittri tad-deheb fl-istorja tar-raħal tagħna.  Hija okkażjoni li fiha nistgħu nerġgħu nuru l-ferħ li għamilna fil-festa Titulari, għalhekk żejnu l-gallariji wkoll.

Fis-6:30pm l-Isqof ta’ Malta jasal Birżebbuġa biex jikkonċelebra Pontifikal Solenni b’ringrazzjament lil Alla f’għeluq il-100 Sena minn mindu Birżebbuġa saret Parroċċa.

Wara l-Pontifikal, se jkun hemm kxif ta’ lapida kommemmorattiva li tfakkar dan l-ewwel ċentinarju tal-Parroċċa.  Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 se jieħdu sehem b’daqq ta’ innijiet u mużika allegruża.  Se jkun hemm forma ta’ attività soċjali fuq iz-zuntier bil-qsim ta’ kejk kbir biex tiġi ċċelebrata l-okkażjoni speċjali.

__________________________________________________________________

Fil-15 ta’ Settembru
>
Pellegrinaġġ bil-Vara Devota tad-Duluri, l-Ewwel Titular ta’ Birżebbuġa.

Filgħodu, Jekk it-temp ikun jippermetti, intom imsejħa ttellgħu l-bnadar jekk jista’ jkun Bnadar tal-Madonna jew jekk m’għandkom xi ħaġa li għandkom b’sinjal ta’ ferħ għal din il-ġurnata sabiħa li fiha se nsellmu lill-ewwel Omm tagħna u l-ewwel Patruna ta’ dan ir-raħal.

Fl-10:00am toħroġ proċessjonalment il-Vara sabiħa u artistika u devota ta’ Marija Addolorata attribwita lill-imgħallem u surmast Karlu Dermanin.  Din il-vara kienet ġiet irregalata lil Birżebbuġa minn qabel ma saret Parroċċa, sewwasew fl-1910.  Din kienet irregalata mill-Kanonku Achille Refalo.  Matul din il-purċissjoni votiva se jakkumpanjaw għall-ewwel darba magħha fl-istorja ż-żewġ baned ta’ Birżebbuġa.

Wara l-pellegrinaġġ, ser ikun hemm quddiesa kantata mmexxija mill-Eċċellenza tiegħu Mons. Isqof Joseph Bonello.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: