Skip to content

Translazzjoni San Pietru 2013

August 6, 2013

Din is-sena għall-okkażjoni tal-mitt sena parroċċa, xi fratelli Birżebbuġin, ħadu inizzjattiva biex il-purċissjoni tat-Translazzjoni ta’ Lejliet il-festa Titulari ta’ San Pietru tkun isbaħ mis-soltu.  Għal din il-purċissjoni stiednu u attendew diversi fratelli minn madwar Malta, insemmi fost dawk li naf bihom jien, tal-Kolleġġjata Bażilikali ta’ Birkirkara li attendew bi ħġarhom għal din il-purċissjoni f’ġieħ l-insinji relikwija ta’ San Pietru Appostlu, Patrun ta’ Birżebbuġa.  Din il-purċissjoni ħarġet mill-knisja Parrokkjali fis-6:15pm u kompliet għall-knisja tas-Sagra Famiglia fi Triq iż-Żurrieq.  Wara li ntlaqgħet bil-kant u t-talb tas-saċerdoti, ir-relikwija ttieħdet fil-knisja Parrokkjali mill-Isqof Silvestru Magro.  Din is-sena kien imiss l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar biex issellem ir-relikwija ta’ San Pietru Appostlu bix-xogħol pirotekniku tagħha.  Dan għamlitu b’salut, kaxxa infernali u settijiet sbieħ ta’ murtali u murtaletti li akkumpanjaw tul it-triq kollha.  Grazzi lil dawk il-fratelli li ħadmu għal din it-translazzjoni.  Grazzi tmur ukoll lil dawk it-tfal u żgħażagħ li ġabru u xeħtu ward, ħxejjex ifuħu u rand fit-triq biex ir-relikwija ta’ San Pietru tingħata r-rispett li jixirqilha.  Grazzi lil kulħadd.  Tajjeb li din titkompla fis-snin li ġejjin u mhux tieqaf hawn.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: