Skip to content

Jum il-Festa Solenni ta’ San Pietru in Vinculis f’Birżebbuġa, Festa 2013

August 4, 2013

Il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu Jum il-Festa.
Jum il-Festa

06:00am Quddiesa letta
07:00am Quddiesa letta fil-Knisja Parrokkjali u fil-Kappella ta’ Bengħisa.
07:30am Quddiesa bil-malti fil-Kappella ta’ San Ġorġ.
08:00am Quddiesa letta
09:00am Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna. Il-Paniġierku jiġi minsuġ mill-istess Isqof Awżiljarju Charles Scicluna.

L-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna li se jmexxi l-Konċelebrazzjoni ta’ Jum il-festa fil-knisja Parrokkjali fid-9am.

10:00am Quddiesa letta fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb.
10:30am Quddiesa bl-Ingliż fil-Kappella ta’ San Ġorġ.
11:00am Quddiesa letta
11:00am Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda l-marċ popolari u tradizzjonali ta’ filgħodu minn quddiem il-każin tas-Soċjeta u jkompli jgħaddi matul dawn it-toroq: Birżebbuġa, Il-Bajja s-Sabiħa, id-Duluri, San Mikiel, San Pietru, Tankijiet, Żaren Dalli, Misraħ il-Knisja, is-Sajjied, Sant’Anġlu, ż-Żurrieq, San Ġwann, iż-Żibra, l-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżrbbuġa fejn jintemm quddierm is-Sede tal-istess Soċjeta’ fost briju kbir u spettakolari.
11.30am Il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu, bl-eżekuzzjoni  ta’ marċi brijuzi fost il-briju tal-partitarji.  Il-marc jibda minn quddiem il-każin u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Brolli,  San Ġużepp, Birżebbuġa, it-Tankijiet, Santa Katarina,  San Mikiel,  San Pawl, Bajja Sabiħa, Misraħ Bush u Gorbachev, San Patrizju, San Frangisk Saverju, San Filippu, Bajja Sabiħa, Prof’s A.Tabone ,  iż-Żurrieq , Misraħ il-Knisja fejn jilħaq il-qofol tieghu quddiem il-Kazin tas-Għaqda u jintemm ghall-ħabta tas-2.30pm.
06.00 pm Quddiesa bil-kant tal-Għasar bil-Malti minn Fr. Roderick Camilleri li se jkun il-viċi parroku ġdid ta’ din il-parroċċa.
06:15pm Il-Banda mistiedna tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990, il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi , tibda marċ mill-Bajja s-Sabiħa u jgħaddi minn dawn it-toroq: A Tabone, iż-Żurrieq, sa Misraħ il-Knisja fejn hemmhekk tilqa’ l-ħruġ tal-vara artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen u tkompli takkumpanjah matul il-purċissjoni sal-Bajja s-Sabiħa.  Wara l-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tesegwixxi programm Mużikali f’Misraħ il-Knisja u hemmhekk tilqa’ d-dħul tal-vara titulari ta’ San Pietru fil-Pjazza.  Dan ikun għall-ħabta tal-10pm.
7.00pm Jingħata bidu għall-ħruġ tal-purcissjoni, bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa, xogħol mill-isbaħ skolpit fl-injam  mill-iskultur Taljan Ferdinando Stufflesser. Il-Banda mistiedna tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957, ic-Circolo San Giuseppe, Filarmonica Sagra Famiglia tal-Kalkara, tibda programm fuq il-planċier taħt it-tmexxija tas-surmast tagħha Mro. Twanny Borg, fejn imbagħad wara takkumpanja l-purċissjoni bil-vara titulari ta’ San Pietru minn ħdejn il-każin tal-Labour u tkompli takkumpanjah sad-dħul tal-Istatwa fuq iz-zuntier.
Il-Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa se tkun immexxija minn Fr. Roderick Camilleri li se jkun il-Viċi-Parroku ta’ din il-parroċċa għas-snin li ġejjin.
10.30pm Isir id-dħul tal-vara fil-Knisja fejn tindaqq l-antifona.  Wara l-purċissjoni, il-Festa tagħlaq bl-Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bil-Bews tar-Relikwija.
11.00pm Il-Banda San Pietru ttemm l-impenji mużikali ta’ din is-sena bil-marċ ta’ l-aħħar f’Misraħ il-Knisja.
Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda l-marċ tan-nar mill-Bajja s-Sabiħa fejn titniżżel il-vara tas-Soċjeta’ u ssir dimostrazzjoni qasira tul Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjeta fejn tiddaħħal ġewwa fost il-briju u l-ferħ tal-Partitarji.
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: