Skip to content

Te Deum Lejlet il-festa 2013

August 3, 2013

Dalgħodu saret il-quddiesa tat-Te Deum u din bdiet fit-8am fil-knisja parrokkjali.  Fl-aħħar tal-Quddiesa tkanta l-Innu tat-Te Deum, fost id-daqq ferrieħi tal-qniepen kollha f’daqqa u l-ħruq tan-nar mill-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar.  Dan hu l-mument fejn it-tridijiet u ż-żmien ta’ preparazzjoni jispiċċaw u tibda uffiċjalment il-festa ta’ San Pietru.

It-Te Deum huwa l-innu ta’ ringrazzjament, għall-jiem ta’ preparazzjoni għal din il-festa li huma l-Jiem tat-Tridu.  Il-Jiem tat-Tridu huma jiem ta’ preparazzjoni għall-festa.  Il-knisja tibda tiċċelebra l-festa proprja mil-lum hekk kif idoqq it-Te Deum.  Malli jindaqq it-Te Deum wieħed jista’ jikkunsidra li Birżebbuġa tkun daħlet uffiċjalment fil-Jiem tal-festa li appuntu jibda minn lejlet il-festa sa Jum il-Festa.  Fil-quddiesa ta’ Te Deum, il-qassis jitla’ u jkanta dan l-innu li ġej.  Il-qniepen tal-knisja jindaqqu kollha f’daqqa hekk malli l-qassis jibda jkanta l-Innu tat-Te Deum.

 L-Innu ta’ Ringrazzjament “Te Deum” li jitkanta Lejlet il-festa Titulari filgħodu kmieni.

TE DEVM

Te Deum laudamus:
te Dominum confitemur.
Te aeternum Patrem
omnis terra veneratur.
Tibi omnes Angeli;
tibi caeli et universae Potestates;
Tibi Cherubim et Seraphim
incessabili voce proclamant:
Sanctus, Sanctus, Sanctus, Dominus
Deus Sabaoth.
Pleni sunt caeli et terra
maiestatis gloriae tuae.

Te gloriosus Apostolorum chorus,
Te Prophetarum laudabilis numerus,
Te Martyrum candidatus laudat exercitus.

Te per orbem terrarum
sancta confitetur Ecclesia,
Patrem immensae maiestatis:
Venerandum tuum verum et unicum Filium;
Sanctum quoque Paraclitum Spiritum.

Tu Rex gloriae, Christe.
Tu Patris sempiternus es Filius.
Tu ad liberandum suscepturus hominem,
non horruisti Virginis uterum.
Tu, devicto mortis aculeo, aperuisti
credentibus regna caelorum.

Tu ad dexteram Dei sedes, in gloria Patris.
Iudex crederis esse venturus.
Te ergo quaesumus, tuis famulis subveni:
quos pretioso sanguine redemisti.
Aeterna fac cum sanctis tuis in gloria numerari.

Salvum fac populum tuum,
Domine, et benedic hereditati tuae.
Et rege eos, et extolle illos usque in aeternum.
Per singulos dies benedicimus te;
Et laudamus Nomen tuum in saeculum, et in saeculum saeculi.

Dignare, Domine, die isto sine peccato nos custodire.
Miserere nostri domine, miserere nostri.
Fiat misericordia tua,
Domine, super nos, quemadmodum speravimus in te.
In te, Domine, speravi:
non confundar in aeternum.

Lilek, o Alla, infaħħru; *
lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta’ dejjem *
id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġi kollha, *
lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini *
ixandruk bla heda;
Qaddis, Qaddis, Qaddis *
il-Mulej Alla ta¹ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
bil-kobor tas-sebħ tiegħek.

Lilek tfaħħar *
il-ġemgħa glorjuza ta’ l-Appostli.
Lilek ifaħħar *
il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru l-qtajja tal-Martri *
rebbieħa kollhom bjuda.

Mad-dinja kollha *
il-Knisja mqaddsa tistqarr fik:
Il-Missier ta’ kobor bla qjies; *
L-Iben tiegħek miqjum,
veru u waħdieni;
U l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, inti s-Sultan glorjuż. *
Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.

Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, *
fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu li int għad *
terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,*
li inti fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
fil-glorja ta’ dejjem.

Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
bierek il-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, *
erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-ieħor *
aħna nberkuk:
U nfaħħru ismek għal dejjem, *
u għal dejjem ta’ dejjem.

Agħmel, Mulej, li llum *
inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, *
ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
ma jkolli qatt għax ninfixel.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: