Skip to content

Dalwaqt Translazzjoni 2013

August 3, 2013

Minn hawn u ftit ieħor tibda t-Translazzjoni Sollenni bir-relikwija ta’ San Pietru Appostlu.  Bit-Translazzjoni niftħu uffiċjalment il-festa ta’ San Pietru fil-Ktajjen bil-vġili u l-Għid tal-festa.  It-translazzjoni se tibda fis-6:15pm.  Din se toħroġ mill-Knisja Viċendarja tas-Sagra Famiglia fi Triq iż-Żurrieq.  Din se tkun immexxija mill-Isqof Silvestru Magro.

L-Isqof Silvestru Magro

Illum fit-Translazzjoni nagħtu ġieħ u qima lil San Pietru Appostlu.  Meta ngħidu ġieħ u qima ma jfissirx li aħna naduraw il-fdalijiet ta’ San Pietru imma nivveneraw it-tifkira tiegħu.  Bis-saħħa tal-insinji relikwija ta’ San Pietru Appostlu, aħna nħossuh qrib aktar tagħna.  Fl-antik il-purċissjonijiet ma kienux isiru bl-istatwi iżda bir-relikwija.  Din ir-relikwija hija għażiża ħafna għalina.  Sa ftit snin ilu l-parroċċa ma kellhiex relikwarju iżda fis-sebgħinijiet, Monsinjur Kappillan Minuti kien irregala ostensorju sabiħ ħafna lill-parroċċa.  Ftit snin ilu l-familja tiegħu irregalat il-bażi għall-istess Ostensorju.  Tassew li l-familja Minuti kkontribwiet bil-qabda għall-kult Petrin fil-parroċċa tagħna.  Għad li fl-antik il-parroċċa kienet tissellef l-ostensorju tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk, it-Translazzjoni kienet issir bil-qabda iktar serja milli qed issir issa.  Kien hemm xi żmien ukoll fejn saħansitra t-translazzjoni kienet issir fil-knisja ġewwa stess sakemm fl-aħħar ittieħdet id-deċiżjoni għaqlija li t-translazzjoni toħroġ mill-knisja tad-Duluri.  Dawn l-aħħar snin issa qed toħroġ mill-knisja tas-Sagra Familja.

Hymnus (Vespers)

Miris modis repénte liber, férrea,
Christo jubénte, vincla Petrus éxuit:
Ovílis ille Pastor et Rector gregis,
Vitæ reclúdit páscua et fontes sacros,
Ovésque servat créditas, arcet lupos.

Patri perénne sit per ævum glória;
Tibique laudes concinámus ínclytas,
Ætérne Nate ; sit, supérne Spíritus,
Honor tibi decúsque : sancta júgiter
Laudétur omne Trínitas per sæculum.
Amen.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: