Skip to content

L-Aħħar Jum tat-Tridu 2013

August 2, 2013

FESTI INTERNI:  Illum fil-knisja jkollna l-aħħar tridu biċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar Votiv, Quddiesa bil-priedka twila fuq il-qaddis Patrun tagħna San Pietru, u Reċita tal-Kurunella, Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.  Dawn jibdew fil-knisja fis-6:30pm.  Din is-sena se jkollna magħna lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech bħala l-predikatur tal-ġurnata.  Dan qed isir fl-okkażjoni speċjali tal-mitt sena parroċċa.  Għat-Tridu tal-Ġimgħa bħas-soltu kienu mistiedna speċjali l-koppji miżżewġin; dawk li għadhom kif iżżewġu dawk li għalqu xi anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

FESTI ESTERNI:  Fuq barra jkollna liż-żewġ baned li jagħtu sehemhom.  Il-Banda San Pietru AD 1957 iġġib l-istatwa tagħha mill-moll ta’ San Ġorġ sa Pretty Bay.  Dan ikun għall-ħabta tas-7pm.  Din titlaq mill-moll għall-ħabta tas-7:15pm u tasal Pretty Bay fit-8pm.  Minn hemmhekk jibda marċ brijuż mat-toroq ta’ Birżebbuġa.

Fit-8pm il-Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ gala bl-unuri kollha tagħha u standardi minn quddiem il-każin.  Il-marċ idur għal Triq Santa Katerina, Triq San Mikiel, Triq Żaren Dalli sa Misraħ il-knisja fejn fid-9pm jibda programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L.

Mat-tmiem il-programm tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990, għall-ħabta tal-11pm tidħol fil-pjazza l-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 fil-pjazza u tkompli l-aħħar mumenti mid-dimostrazzjoni fil-pjazza.  Hawnhekk naraw filmat u kanzunetta ppreparata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri għall-okkażjoni.  Ikun hemm ukoll ħruq tan-nar sinkronizatt mal-mużika min fuq il-bejt tal-każin.  Wara jkun hemm it-tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestal  fost l-entużjażmu tal-folla miġbura.

Il-ġurnata tasal fi tmiemha bil-ħruq tan-nar tal-art mid-dilettanti tan-Nar tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen AD 1957 (Tal-ħomor).

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: