Skip to content

Ilbieraħ fit-Tieni Jum tat-Tridu

August 2, 2013

Ilbieraħ il-Ħamis iċċelebrajna t-Tienu Tridu.  ‘Tridu’ tfisser jiem ta’ preparazzjoni.  Mela din tiġi t-tieni ġurnata ta’ preparazzjoni għall-festa.  Bħalma l-knisja tipprepara bl-Avvent fil-Milied u r-Randan fl-Għid il-Kbir, il-Knisja tippreparana għall-festa tal-qaddisin bit-Tridijiet.

FESTI INTERNI:  It-Tridijiet f’Birżebbuġa jiġu ċċelebrati bil-kant tal-Għasar Votiv, Quddiesa bil-priedka twila fuq il-qaddis Patrun tagħna San Pietru, u Reċita tal-Kurunella, Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.  Dawn jibdew fil-knisja fis-6:30pm.  Din is-sena peress li hija sena speċjali qed ikollna diversi nies distinti mistiedna bħal Isqfijiet Maltin.  Ilbieraħ kellna l-ewwel Isqof mistieden li kien l-isqof Ġorġ Frendo O.P.  Għat-Tridu tal-Ħamis jkunu mistiedna speċjali l-Għaqdiet tal-Parroċċa.

L-Isqof Ġorġ Frendo

Ta’ min jgħid ukoll li lbieraħ fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju ingħata b’rigal lill-Parroċċa mudell kopja tal-urna tal-Ktajjen li nsibu fil-Bażilika ta’ San Pietru in Vincoli ta’ Ruma.  Din ġiet imbierka mill-Isqof Ġorġ Frendo O.P. wara l-quddiesa tal-Għasar.

FESTI ESTERNI:  Fuq barra kellna programm mimli daqs bajda.  Is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 għamlet il-Manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-Baħar bl-istatwa tas-Soċjeta’.  Kien għall-ħabta tas-7pm meta d-dilettanti tal-bċejjeċ tal-baħar inġabru fuq il-moll ta’ San Ġorġ biex jakkumpanjaw il-vara fuq il-baħar.  Għall-ħabta tat-8:30pm il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 laqgħet il-vara fejn il-Pitch tal-Waterpolo u bdiet dimostrazzjoni brijuża mat-toroq tal-parroċċa.  Il-marċ wasal fi tmiemu fil-11:30pm fejn il-pedestall li jintrama fix-xatt, fostil-briju l-kbir tal-Partitarji u l-ħruq ta’ kaxxa infernali tal-kulur.

Ta’ min jgħid ukoll li l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar fi ħdan il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 għamlet l-ewwel ħarqa nar fil-programm tagħha kemm filgħodu, kemm f’nofsinhar biex imbagħad filgħaxija ħarqet diversi settijiet ta’ murtali u murtaletti, xogħol il-membri tal-istess Soċjetà.

Min-naħa l-oħra l-Banda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957 stiednet lis-Soċjetà Filarmonika Sliema taħt it-tmexxija ta’ Mro. Ronnie Debattista biex tagħmel marċ brijuż mill-inħawi tal-Qajjenza, liema marċ intemm quddiem il-Każin Tal-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957, Palazz San Pietru.

Sadanittant id-dilettanti tan-nar taż-żewġ Għaqdiet Mużikali komplew l-aħħar tħejjijiet biex jitlesta n-Nar tal-Art fuq iz-zuntier fix-xogħol tan-Nar tal-Art.  Sa tard bil-lejl kemm dawk tal-Banda San Pietru AD 1957 u kemm dawk tal-Banda Birżebbuġa AD 1990 kienu diġa waqqfu diversi rdieden bil-lest.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: