Skip to content

Il-Purċissjoni tat-Tfal Festa 2013

July 31, 2013

Ilbieraħ it-Tlieta 30 ta’ Lulju 2013, fost l-attivitajiet li spikkaw aktar mis-soltu kien hemm l-attività speċjali li saret għat-tfal.  Din kienet ukoll parti miċ-ċelebrazzjonijiet taċ-Ċentinarju.  Sa ftit snin ilu din l-attività ma kinitx issir fil-ġimgħa tal-festa imma il-ġimgħa ta’ qabel il-festa.  Fl-aħħar snin l-attività tressqet fit-Tlieta tal-festa u kienet issir filgħodu.  Din is-sena bħala parti mill-programm tal-100 sena parroċċa din l-attività saret filgħaxija.  Din id-darba wkoll saret b’mod differenti.  L-ewwel ġiet iċċelebrata quddiesa animata mmirata għat-tfal u mbagħad wara saret il-purċissjoni għall-mużew tas-Subien.  Ta’ min  jgħid li għall-ewwel darba żżanżnet statwa sabiħa u mdaqqsa minflok l-inkwadru.  Din kienet ix-xewqa ta’ ħafna nies li jaraw li l-purċissjoni tat-tfal issir b’vara u mhux b’inkwadru.  Il-vara hija veru sabiħa u għandha komposizzjoni ta’ ġibs.  Din tmexxiet b’karru tul it-triq kollha lejn il-mużew, waqt li t-tfal kienu għaddejjin ixejru l-bnadar tal-Papa u jkantaw l-innu Popolari lil San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace u Dun Frans Camilleri.

Bħala parti miċ-Ċentinarju, t-tfal kienu mistednin għal party kbir fil-bitħa tal-mużew.  L-attendenza kienet numeruża ħafna aktar mis-soltu u l-attività rnexxiet.  Naħseb li l-fatt li saret il-quddies l-ewwel għenet biex it-tfal ikunu miġbura flimkien mill-ewwel f’post wieħed.  Nittamaw li din l-attività tressaq aktar tfal lejn il-knisja u tinbet fihom devozzjoni u ammirazzjoni lejn il-ħajja qaddisa ta’ San Pietru.  Naħseb tkun idea tajba li fis-snin li ġejjin din l-attività tibqa’ ssir kif saret eżatt din is-sena.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: