Skip to content

Ħruġ min-Niċċa 2013

July 30, 2013

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7:30pm il-poplu ta’ Birżebbuġa ingħaqad flimkien u ta l-ewwel tislima lill-patrun tiegħu San Pietru.  Mad-dehra tal-vara fl-għatba tal-bieb kulħadd infexx f’ċapċip kbir.  Ħafna jkunu dawk li jkunu qed jistennew dan il-mument.  Preżenti għal dan l-appuntament kien hemm iż-żewġ baned lokali li daqqew l-innu popolari u din is-sena wkoll minħabba li l-parroċċa qed tagħlaq l-ewwel mitt sena tagħha indaqq l-Innu taċ-ċentinarju fuq mużika ta’ Matthew Fenech u lirika ta’ Joe Julian Farrugia.  Wara li ġiet reċitata l-kurunella, saru diversi tpartiti ta’ rigali u saru wkoll id-diskorsi tal-okkażjoni.  Il-vara ta’ San Pietru mxiet tul iz-zuntier kollu waqt id-daqq tal-innu popolari.  Din is-sena kien imiss il-Kummissjoni Nar tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen li ssellem lil San Pietru fil-jum li fih ħareġ għall-ewwel darba biex ibierek lid-devoti Birżebbuġin.  Wara, ż-żewġ baned għamlu marċi separati u brijużi fit-toroq tal-parroċċa.  Il-marċi ġew fi tmiemhom għall-ħabta tal-11pm quddiem il-każini rispettivi tagħhom fost il-briju tal-partitarji.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: