Skip to content

Programm Fil-Qosor San Pietru 2013

July 27, 2013

Festa San Pietru fil-Ktajjen Birzebbuga

It-Tnejn 29 ta’ Lulju
Ħruġ min-Niċċa tal-Vara ta’ San Pietru

7pm isir il-ħruġ tal-Vara fuq iz-zuntier.  Tingħad il-kurunella u jitkanta l-Innu.  Wara ż-żewġ għaqdiet mużikali jagħmlu marċi separati mat-toroq tal-parroċċa.

It-Tlieta 30 ta’ Lulju 2013

6pm se jkun hemm quddiesa għat-tfal.  Din is-sena se tkun speċjali ħafna.  Wara l-quddiesa jkun hemm il-purċissjoni tradizzjonali tat-tfal bl-inkwadru ta’ San Pietru.  Din il-purċissjoni tibqa’ sejra sal-mużew tas-subien fejn hemmhekk se jkun hemm riċeviment kbir riservat għat-tfal tal-parroċċa.

9pm ikun hemm Brass Band mistiedna tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957.

L-Erbgħa 31 ta’ Lulju 2013
L-Ewwel Tridu

Fis-6:30pm quddiesa bil-kant tal-għasar votiv.  Fl-aħħar tingħad il-kurunella, titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.  Iċ-ċelebrant se jkun Mons. Patrick Incorvaja.

8:30pm Il-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien, mistiedna tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tibda marċ mill-inħawi tal-Papa.  Il-marċ jintemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990, fost il-briju kbir tal-Partitarji Ljuni.

Il-Ħamis 1 t’Awwissu 2013
Jum il-Festa Liturġika ta’ San Pietru fil-Ktajjen – it-Tieni Jum tat-Tridu

Fis-6:30pm quddiesa bil-kant tal-għasar votiv.  Fl-aħħar tingħad il-kurunella, titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.  Iċ-ċelebrant se jkun l-Isqof George Frendo.

7:00pm Manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-baħar mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990.  Dawk li huma dilettanti tal-bċejjeċ tal-baħar jinġabru fuq il-moll ta’ San Ġorġ dekorati bil-bnadar, bżieżaq u liedna bil-kulur aħdar tas-Soċjetà biex minn hemm jakkumpanjaw il-vara fuq il-baħar sal-moll tal-Bajja s-Sabiħa.

8:30pm il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tilqa’ l-vara fejn il-moll tal-Pitch tal-Waterpolo u takkumpanja l-vara fit-toroq tal-parroċċa.  Għall-ħabta tal-11:30pm il-vara tittellgħa fuq il-pedestall tagħha fi Pretty Bay fost il-briju kbir tal-Partitarji.

8:00pm il-Banda Sliema mistiedna tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 tibda marċ mill-Qajjenza.  Il-marċ jintemm quddiem il-każin tal-Għaqda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957, fost il-briju kbir tal-Partitarji.

Il-Ġimgħa 2 t’Awwissu 2013
It-Tielet Jum tat-Tridu

Fis-6:30pm quddiesa bil-kant tal-għasar votiv.  Fl-aħħar tingħad il-kurunella, titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.  Iċ-ċelebrant se jkun l-Isqof Mario Grech.

7:00pm Manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-baħar mill-Banda San Pietru fil-ktajjen A.D. 1957.  Dawk li huma dilettanti tal-bċejjeċ tal-baħar jinġabru fuq il-moll ta’ San Ġorġ dekorati bil-bnadar, bżieżaq u liedna bil-kulur aħmar tal-Għaqda biex minn hemm jakkumpanjaw il-vara fuq il-baħar sal-moll tal-Bajja s-Sabiħa.

8:30pm il-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 tilqa’ l-vara fejn il-moll tal-Pitch tal-Waterpolo u takkumpanja l-vara fit-toroq tal-parroċċa.  Għall-ħabta tal-11:30pm il-vara tittellgħa fuq il-pedestall tagħha fi Pretty Bay fost il-briju kbir tal-Partitarji.  Wara jkun hemm ħruq spettakolari ta’ Nar tal-Art mid-dilettanti tal-istess għaqda.

8:00pm Programm Mużikali mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 fil-pjazza tal-Knisja.  Il-programm ikun varjat ħafna b’taħlita ta’ mużika moderna u anke klassika akkumpanjata minn kantanti lokali u stabbiliti.  L-ewwel isir marċ qasir li jibda fit-8pm u mbagħad il-programm jibda għall-ħabta tad-9pm.  Ikun hemm is-siġġijiet għall-kumdità tan-nies.  Kulħadd huwa mistieden.

Is-Sibt 3 t’Awwissu 2013
Lejlet il-Festa

Fit-8:30am TE DEUM – jkun hemm quddiesa li fiha jitkanta l-Innu ta’ Rigrazzjament Te Deum.  Imexxi Dun Frans Schembri.

Fis-6:15pm Translazzjoni Sollenni mill-kappella tas-Sagra Familja fi Triq iż-Żurrieq.  Wara t-Translazzjoni ssir quddiesa bil-kant tal-għasar.  Din tkun immexxija mill-Isqof Silvestru Magro.

8:00pm Programm Mużikali mill-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 fil-pjazza tal-Knisja.  Il-programm ikun varjat ħafna b’taħlita ta’ mużika moderna u anke klassika akkumpanjata minn kantanti lokali u stabbiliti.  L-ewwel isir marċ qasir li jibda fit-8pm u mbagħad il-programm jibda għall-ħabta tad-9pm.  Ikun hemm is-siġġijiet għall-kumdità tan-nies.  Kulħadd huwa mistieden.

8:15pm il-Banda Stella Maris ta’ tas-Sliema mistiedna tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tagħmel marċ madwar it-toroq tal-parroċċa.  Għall-ħabta tal-10pm l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar fi ħdan il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tagħti wirja sabiħa ta’ nar tal-ajru li tikkonsisti l-aktar f’xogħol u logħob bil-beraq.  Fl-aħħar tinħaraq kaxxi sabiħa tal-kulur.   Għal-ħabta tal-11:30pm meta l-Għaqda Mużikali Stella Maris ittemm is-servizz tagħha fil-pjazza jingaħta bidu għall-Wirja spettakolari ta’ Nar tal-Art maħdum mill-istess dilettanti tal-Għaqda 22 ta’ Frar.

Il-Ħadd 4 t’Awwissu 2013
Jum il-Festa

Fid-9am ikun hemm il-Konċelebrazzjoni Solleni tal-festa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna li jinseġ ukoll il-Paniġierku.

Fil-11am iż-żewġ Baned ta’ Birżebbuġa jagħmlu l-marċ ta’ filgħodu li jkun segwit u mistenni ħafna mill-partitarji taż-żewġ għaqdiet.

Fis-6pm jkun hemm quddiesa bil-kant tal-Għasar minn Rev. Roderick Camilleri.

Fis-7:15pm toħroġ il-Purċissjoni bl-Istatwa devota u artistika ta’ San Pietru fil-Ktajjen.  Jakkumpanjaw il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safu l-Banda Sagra Familja tal-Kalkara mistiedna tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 u l-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 rispettivament.

Fil-10:45pm fid-dħul tingħata l-Barka Sagramentali.

Fil-11:00pm iż-żewġ għaqdiet Mużikali jagħmlu l-marċ tan-Nar u tar-Reffiegħa.

DAN HUWA BISS IL-PROGRAMM FIL-QOSOR.  NITTAMAW LI NKUNU NISTGĦU NGĦADDULKOM PROGRAMM AKTAR DETTALJAT.

VIVA SAN PIETRU APPOSTLU PATRUN TA’ BIRŻEBBUĠA.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: