Skip to content

Settembru tal-Vitorji

September 7, 2012
 3 Dati Importanti għalina l-Birżebbuġin fix-xahar ta’ Settembru:

> 8 ta’ Settembru   ::::: Festa ta’ Marija Bambina – Birżebbuġa tieħu sehem fir-Regatta.
> 9 ta’ Settembru   ::::: Il-Jum li fih Birżebbuġa saret Parroċċa u ġiet iddedikata lil Marija Addolorata.
> 15 ta’ Settembru ::::: Niċċelebraw il-festa tal-Addolorata, l-ewwel Titular u Kon-Patruna Tagħna.

F’din l-istampa jidhru 4 elementi prinċipali. 

Fuq nett tiddomina nsibu pittura li għamel l-artist Għawdxi Paul Falzon fuq bandalora li żżanżnet f’Awwissu 2010 mis-Soċjeta’ Santa Marija ta’ Ħal-Għaxaq, li turi l-intervent divin tal-Madonna waqt l-Assedju l-Kbir, intervent li ġab rebħa nhar it-8 ta’ Settembru, il-Jum tat-Twelid tal-Verġni Mbierka.   

Naraw ukoll il-Knisja u l-Vara tad-Duluri ta’ Birżebbuġa.  Settembru jġib miegħu 2 avvenimenti importanti: id-9 ta’ Settembru, il-Jum li fih twaqqafna Parroċċa u l-15 ta’ Settembru, il-Jum li fih konna niċċelebraw il-Festa Titulari tad-Duluri.

Isfel nett, jidher il-grupp u l-Għaqda Regatta Birżebbuġa li tipparteċipa fir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja tat-8 ta’ Settembru.  Nitolbu lill-Madonna Ommna Protettriċi biex flimkien ma’ San Pietru jħarsu lil dan il-poplu Birżebbuġi minn kull tiġrib.
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: