Skip to content

It-8 ta’ Settembru: Ġurnata Storika anke għalina l-Birżebbuġin.

September 7, 2012

 

Festa ta’ Marija Bambina

Bl-Interċessjoni Tiegħek, Irbaħna

 

>  Bl-interċessjoni tal-Madonna li fil-Jum tat-Twelid Tagħha, Malta rebħet fuq l-Imperu Ottoman.
>  Bl-Interċessjoni tal-Madonna li fil-Jum tat-Twelid Tagħha, Malta rebħet il-ġlieda fit-Tieni Gwerra Dinjija.

 

caption

 

Il-festa tat-8 ta’ Settembru għandha sinjifikat kbir għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.  Hija l-festa li fiha niċċelebraw it-twelid tal-Madonna, Ommna u Omma Alla.  Hija l-festa tat-twelid ta’ dik li ġiet ikkponċeputa mingħajr dnub tan-nisel u dik li telgħet is-sema bir-ruħ u bil-ġisem.  Marija hija tassew figura importanti.  Ġesu stess fil-mument tal-mewt tiegħu tahilna bħala ommna.  Omm Alla hija wkoll Omm il-bnedmin.  Sa mill-ibgħad żminijiet Marija intagħżlet bħala protettriċi ta’ dawn il-gżejjer.  Għaliha nbnew diversi kappellel anke meta l-kult ta’ Marija kien għadu ma nferix mal-bqija tal-Ewropa.  Numru kbir ta’ kappellel issibhom ‘l hemm u ‘l hawn fil-kampanja Maltija.  Ħafna minnhom iddedikati lill-Immakulata jew l-Assunzjoni ta’ Marija, 2 dommi tal-Fidi li ġew ipproklamati ħafna wara t-twaqqif ta’ dawn l-istess kappelli.  Ommna Marija hija tassew fil-qalb tal-Maltin.  L-istorja ta’ Malta b’interċessjoni divina, taf mill-inqas 3 episodji kbar li huma marbutin mal-Madonna.  Kien il-15 t’Awwissu tal-1942 meta f’qagħda tassew kritika, Malta ġiet merfugħa ‘l fuq mill-possibbilta li ċċedi ruħha lill-għedewwa Faxxisti u Nazzisti, hekk kif fil-Port il-Kbir fost il-ferħ ta’ dawk preżenti, raw konvoj mimli provvisti li reġa’ ta t-tama lill-Maltin.  Il-ġurnata tat-8 ta’ Settembru hija ġurnata speċjali ħafna wkoll mhux biss għad-devozzjoni li l-Maltin għandhom lejn it-twelid ta’ Marija imma għax oħroġ il-għaġeb din il-ġurnata rabtet magħha episodji storiċi Maltin ta’ ferħ kbir.  F’Malta seħħew diversi battalji u gwerer matul iż-żminijiet.  L-ikbar tnejn huma bla dubju ta’ xejn l-Assedju l-Kbir tal-1565 kontra l-Imperu Ottoman kif ikoll it-Tieni Gwerra dinjija fejn Malta batiet ħafna.  B’interċessjoni divina u b’imħabba liema bħalha, dawn il-gwerer qerrieda ta’ dmugħ u niket kbir, ġew mitmuma fil-ġurnata tagħha, fil-ġurnata li fiha d-dinja rat il-kewkba tiddi tat-tama, il-ġurnata li fiha twieldet l-Omm u verġni, dik li kellha tiled is-Salvatur tad-Dinja.  Bħallikieku f’din il-ġurnata l-imbierka Omma riedet tgħidilna, li għalkemm għandna ngħaddu mit-tbatijiet, hija qiegħda hemm lesta biex ittemmilna l-jasar li l-bniedem ibati kawża tad-dnubiet tiegħu stess.

Viva Marija Bambina – Viva Ommna Marija u Omm Alla.

 

 

 

Birżebbuġa, l-Ewwel Post f’Malta li ra l-bidu ta’ L-Assedju l-Kbir.

 

caption

 

“Il-flotta enormi Torka telqet minn Kostantinopli fid-29 ta’ Marzu iżda ħaditha bil-mod u waqfet f’diversi postijiet.  Dehret lil hinn minn Malta fit-18 ta’ Mejju.  Ingħata l-allarm u n-nies tal-kampanja ġabru kulma kellhom u daħlu għall-kenn tas-swar, kulħadd imgeddes u mbeżża’ għal dak li se jiġri.  Il-Flotta resqet lejn il-Bajja ta’ Marsaxlokk u l-armat bdiet nieżla l-art.”

Josephine Degabriele (1997) Aktar Mill-Istorja. Media Centre, Malta.

 

“Il-Jum tal-biża’ mistenni mill-Maltin u mill-Ordni ta’ San Ġwann wasal.  Fit-18 ta’ Mejju dehret flotta ta’ ftit inqas min mitejn biċċa tal-baħar riesqa lejn Marsaxlokk.  Ir-riħ ma ħallihomx jidħlu fil-port u tefagħhom lejn ix-xaqliba tal-Ġnejna ta’ l-Imġarr.  Hawn irnexxielhom jinżlu u jieħdu l-ilma.  Meta l-għada filgħodu bnazza, reġgħu lura f’Marsaxlokk fejn tefgħu l-ankri u niżżlu tlitt elef suldat.”

Dipartiment al-Edukazzjoni (1978) Ġrajjiet Malta: It-2 Ktieb. Interprint Ltd, Malta.

 

“The Turkish armada arrived at dawn on Friday, 18 May, but did not at once make land. Rather, the fleet sailed up the southern coast of the island, turned around and finally anchored at Marsaxlokk (Marsa Sirocco) harbour, nearly 10 kilometers from the Great Port, as the Grand Harbour was then known.”

Source:  http://en.wikipedia.org/wiki/Siege_of_Malta_(1565)

 

Dokumentarju:  Knights of St. John

 

Dokumentarju Knights of St. John (Part 1/6) Dokumentarju Knights of St. John (Part 2/6)

   
Dokumentarju Knights of St. John (Part 3/6) Dokumentarju Knights of St. John (Part 4/6)

   
Dokumentarju Knights of St. John (Part 5/6) Dokumentarju Knights of St. John (Part 6/6)

   

 

 

 

 

Birżebbuġa, l-1 Post f’Malta li ra l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija.

 

caption

 

“The first raid on Malta came a day after Italy declared war on Britain. Little after 0430 on 11 Jun 1940 55 Italian SM79 aircraft were launched from Sicily to attack the three airfields at Malta: Hal Far, Valetta, and Kalafrana.”

Source:  http://ww2db.com/battle_spec.php?battle_id=94

 

“Ħal Far had been the first Maltese airfield to be bombed on 11 June 1940.”

Source: http://en.wikipedia.org/wiki/RAF_Hal_Far

 

“By June, two of the Gladiators had crashed and an additional two were assembled.[6] On June 10, Italy entered the war. That same day 10 Cant Z.1007 bombers belonging to the Regia Aeronautica attacked Grand Harbour and Hal Far.”

Source: http://en.wikipedia.org/wiki/Hal_Far_Fighter_Flight

 

 

Video Clips dwar it-Tieni Gwerra Dinjija u Malta

 

Il-flotta Taljana Iċċedi u tiġi skortata Malta. Documentary: BATTLE FOR MALTA (Part 1/3)

   
Attakk mil-Luftwaffe u Regia Aeronautica f’Malta. Documentary: BATTLE FOR MALTA (Part 2/3)

   
Air-Raids fuq Malta. Documentary: BATTLE FOR MALTA (Part 3/3)

   

 

 

 

 

Birżebbuġa tiċċelebra it-8 ta’ Settembru bir-Regatta

 

caption

 

Il-bidu tas-seklu 20,  kien karraterizzat minn żvillupp qawwi  fl-inħawi ta’ Birżebbuġa (Kalafrana, il-mitjar ta’ Ħal Far etc) mis-servizzi Ingliżi. Dan wassal biex il-popolazzjoni ta’ Birżebbuġa żdiedet konsiderevolment u fost dawk li ġew residenti f’dan ir-raħal kien hemm ħafna mill-Kottonera. Barra minn hekk, Birżebbuġa kienet ferm popolari ma tal-Kottonera biex jiġu għall-villeġġatura matul ix-xhur tas-sajf. B’din l-influwenza kollha mit-tlett ibliet tal-Kottonera, ma setax jonqos illi tnissel interess fir-regatta fost il-poplu ta Birżebbuġa. Ma dan wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh li l-Birżebbuġin  kienu magħrufin sew għall-isport tal-baħar, speċjalment għat-tiġrijiet tad-dgħajjes bil-qlugħ.

 

Titwaqqaf l-Għaqda 8 ta’ Settembru Regatta

L-ewwel Għaqda tar-Regatta f’Birżebbuġa bdiet fuq idea ta’ ċertu Mabbli Vella.  L-ewwel laqgħa saret fis-Sajf tal-1971 u nżammet  fis-sede ta’ l-Azzjoni Kattolika u semmewa Għaqda 8 ta’ Settembru Regatta. Nistgħu inqisu d-data tad-19 ta’ Settembru 1971 bħala l-fondazzjoni ta’ l-ewwel Klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa. Il-Laqgħat tal-kumitat kienu jsiru fil-ħanut, li missier Mabbli kellhu fi Pretty Bay, bl-isem ta’ Bay View Bar. Id-Distrett ta Birżebbuġa ġie affiljat fl-8th September Regatta Association f’Laqgħa tal-Kunsill li saret nhar il-Ġimgħa l-1 t’Ottubru 1971.  It-training kien isir mill-moll ta’ Pretty Bay sa Delimara u lura. Intgħażlu wkoll il-kuluri tad-Distrett, l-blu ċar, l-aħmar u l-abjad – kuluri li kienu sinonimi ma’ Birżebbuġa. L-ewwel parteċipazzjoni fir-regatta seħħet fit-8 ta’ Settembru 1972.  Fis-sena 1972 il-fundatur Mabbli Vella ħalla din id-dinja.  Fl-1976 beda jberraq fuq id-distrett ta’ Birżebbuġa. L-Orizzont tas-7 ta’ Settembru 1976 ħareġ bit-titlu “Birżebbuġa – kien għoddom irtiraw”. Skond Anthony Muscat (membru fil-kumitat) kien hemm nuqqas kbir ta’ interess fost il-qaddiefa, pero’ l-qofol tal-problema kienet in-nuqqas ta’ post adekwat fejn jinżammu l-opri u fejn jiltaqgħu il-qaddiefa. Il-gvern kien offra waħda mit-tined li kien hemm  Kalafrana iżda din kienet ‘il bogħod wisq minn fejn kien isir it-training.  Birżebbuġa spiċċat biex ma pparteċipax fir-regatta ta’ l-1977 u lanqas fis-snin ta’ wara.  Fl-1981 Simon Vella, in-neputi ta’ Mabbli Vella, kien ipprova jerġa’ jqajjem l-interess fir-regatta fost iż-żgħażagħ ta’ Birżebbuġa. Fil-fatt hu u sħabu irranġaw xi opri li kienu miżmumin fit-tinda ta’ Kalafrana u beda jsir xi taħriġ fuq dawn l-opri, imma sabu xi ntoppi u irtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom. Minħabba l-iżvillup li sar fil-Port Ħieles, ġiet meqruda t-tinda ta’ Kalafrana u magħha spiċċaw l-opri ta’ l-Għaqda 8 ta’ Settembru Regatta.

 

Jerġa’ jiġi organizzat id-Distrett ta’ Birżebbuġa

Pero’ l-affarjiet ma kienux mietu iżda raqdu. Il-ġibda lejn ir-regatta baqgħet tnemnem fi qlub ta xi  Birżebbuġin. Kollox reġa’ beda nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Settembru 2004, meta Alex Azzopardi, Lawrence Borg,  Robert Camilleri, Justin Ebejer, u Ian Polidano, ilkoll minn Birżebbuġa, kienu il-ponta ta l-Isla isegwu ir-regatta. Nhar il-Ħamis, 16 ta Settembru 2004 saret laqgħa fis-Seaside Bar & Restaurant.  Il-Kumitat beda jaħseb għal sett ta’ opri ġodda. Dan il-kumitat provizorju wiret ukoll problema kbira, dik tal-maħżen għad-dgħajjes.  Bħala soluzzjoni temporanja ġie mikri garaxx fil-Qajjenza.  Nhar il-Ħadd, 7 ta’ Novembru 2004 inżammet il-Laqgħa Ġenerali fis-Sala tal-Kunsill Lokali, f’Dawret il-Qalb Imqaddsa fl-10.00am.  Fl-20 ta’ Jannar 2005 il-Klabb Regatta Birżebbuġa ġie affiljat fl-Għaqda Regatta Nazzjonali.  Nhar il-Ħadd, 30 ta’ Jannar 2005 fejn  bdew jitħarrġu l-ewwel qaddiefa minn Birżebbuġa fl-inħawi tal-Qajjenza. L-ewwel parteċipazzjoni kienet dik tar-Regatta tal-31 ta’ Marzu 2005.  Matul is-snin il-klabb rebaħ diversi unuri, speċjalment l-aktar waħda msemmija dik ta’ nhar il-Vitorja tal-2008 meta b’punteġġ ta’ 84 punti Birżebbuġa rebħet is-Shield tal-Kategorija B.  Dakinhar f’Birżebbuġa saru ċelebrazzjonijiet kbar fix-Xatt.  Ta’ min isemmi wkoll li l-Klabb ta’ Birżebbuġa fis-sena 2006 rawwem xi qaddiefa żgħar u ħa sehem fil-Kompetizzjoni tar-Regatta tat-tfal (Under 18), kompetizzjoni li saret fit-2 ta’ Lulju 2006 u 9 ta’ Lulju 2006 u fejn Birżebbuġa spiċċat fit-Tieni post globalment.  Fis-sena 2007, il-klabb reġa’ ħa sehem fl-istess kompetizzjoni u reġa’ kiseb it-Tieni post.

 

Video Clips dwar il-Klabb Regatta Birżebbuġa u ċelebrazzjonijet oħra tal-Vitorja

 

Regatta Birżebbuġa Champions Kat B (Sep 2008). Intervista wara r-Rebħ tas-Shield Kat B (Sep 2008)
 

 

   
Il-Port Il-Kbir: Il-Post tar-Regatta u ż-Żewġ Assedji Attivitajiet f’Jum il-Vitorja 2010.

 

   
Grand Harbour Valletta. The Great Siege Bell, Valletta.

   

 

 

 

Links Relatati:

  • Ara l-Paġna ‘Birżebbuġa” f’dan l-istess sit għal aktar informazzjoni dwar ir-Regatta f’Birżebbuġa.

  • Ara l-website uffiċjali tal-Klabb Regatta ta’ Birżebbuġa.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: