Skip to content

Il-Ġimgħa l-aħħar Jum tat-Tridu, Festa 2012

August 3, 2012

Il-Ġimgħa. 5 ta’ Awwissu
It-Tielet Jum tat-Tridu.

06.30 pm Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM. Nistiednu b’mod speċjali lill-Koppji li kellhom 10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 sena Anniversarju taż-Żwieġ u Koppji li żżewġu matul is-sena.  Wara kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
07:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tagħmel il-marċ popolari bl-istatwa tas-Soċjeta’.  Dan jibda bil-manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-Baħar, li hija tradizzjoni unika f’pajjiżna, tradizzjoni li l-festa tagħna ta’ Birżebbuġa hija sinonima magħha.  Id-dilettanti kollha tal-bċejjeċ tal-baħar jinġabru fil-Bajja ta’ San Ġorġ fejn hemm il-moll biex nakkumpanjaw l-istatwa ta’ San Pietru sal-Moll tal-Bajja s-Sabiħa.
08:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tilqa’ l-istatwa tagħha stess fil-Bajja s-Sabiħa fost il-ħruq ta’ logħob tan-nar addatta minn fuq ir-ramla ta’ Pretty Bay.  Wara l-Banda takkumpanja l-istatwa ta’ San Pietru fil-Ktajjen billi tgħaddi minn dawn it-toroq: Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa fejn hawnhekk jitkanta l-Innu tradizzjonali ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ mis-Soprana Marthese Grech, mużika ta’ Mro. Ray Sciiberras u Lirika tal-Prof Oliver Friġġieri.  Il-marċ ikompli minn dawn it-toroq: Misraħ il-Knisja, iż-Żurrieq, 13 ta’ Diċembru, San Ġwann, San Edwardu, Misraħ is-Summit, Triq San patrizju, Triq il-Progress, San Filippu għall-Bajja s-Sabiħa fejn hemmhekk l-istatwa tittellgħa fuq il-kolonna artistika maħduma mill-aħwa Cutajar fost il-briju kbir tal-partitarji u ħruq tan-nar minn fuq ir-Ramla ta’ Birżebbuġa.
08.00 pm Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tibda marċ minn quddiem il-każin li jgħaddi minn dawn it-toroq : Santa Katarina, il-Knisja, Bajja is-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja.
09.15pm  Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tagħti bidu għal programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier quddiem il-każin, taħt id-direzzjoni Surmast Direttur tal-Banda Mro. Vincent Bonnici bis-sehem tal Mezzo Sopran Lucienne Cassar, Amber Bondin u Bernard Busuttil.

PROGRAMM TAL-BANDA SAN PIETRU FIL-KTAJJEN AD 1957

March

Marche Lorraine

Louis Ganne

Overture

Martha

Flotow

Spring Song

Felix Mendelssohn-Bartoldy

Waltz

Les Patineurs (Ice Skaters)

E.Waldteufel

Tema

Schindler’s List

Vjolin: Matthew Fenech

J. Williams

Għanja

Nella Fantasia
Tkanta: Thea Garrett

Albert Hammond & John Bettis

Għanja

O Sole Mio
Ikanta: Bernard Busuttil

Eduardo Di Capua

Selection

Il-Maltija Party Mix

Frank Galea

Għanja

I dreamed a dream
Tkanta: Thea Garrett

C.M Shonberg

Aria

Nessun Dorma
Ikanta: Bernard Busuttil

Puccini

Potpourri

Frank Sinatra in Concert

Arr. N Studnitzky

Għanja

The Prayer

Ikantaw: Thea Garret u Bernard Busuttil

Foster / Sager

Overture

Orpheus in the Underworld

Offenbach

Innu

Innu tal-Banda San Pietru

Frank Galea

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: