Skip to content

X’rajna t-Tnejn li għadda fil-Ħruġ min-Niċċa 2012

August 2, 2012

Il-ġurnata tal-ħruġ min-niċċa tal-festa li jsir it-Tnejn, minn dejjem kienet ġurnata speċjali.  Wieħed mill-artikli li għandna fuq dan is-sit jagħti dettalji sena b’sena kif kien isir u kif qiegħed isir bħalissa l-Ħruġ min-Niċċa ta’ San Pietru.  Dan l-artiklu tistgħu ssibuh hawnhekk https://sanpietru.wordpress.com/festi-interni/659-2/ Din is-sena l-Ħruġ min-Niċċa reġa kien mistenni ħafna.  Mas-7:15pm ħafna kienu dawk li marru jilqgħu l-vara fuq iz-zuntier bis-sehem taż-żewġ baned.  Żewġ partikularitajiet li kkaraterizzaw dan il-Ħruġ min-Niċċa kienet il-bradella tal-vara li issa ġiet b’5 u mhux iktar b’4.  B’hekk il-piż se jkompli jinqasam u jtaffi t-tbatija tar-reffiegħa.  Il-vara ta’ San Pietru tagħna ta’ Birżebbuġa barra li hija magħrufa għas-sbuħija tagħha hija wkoll magħrufa għat-toqol kbir tagħha.  Reġa wkoll spikka l-marċ ta’ Mro. Ronnie Debattista ‘Fil-Ħruġ tal-Vara’ li ġie mżanżan is-sena li għaddiet.  Iż-żewġ baned imbagħad għamlu l-marċi rispettivi tagħhom mat-toroq ta’ Birżebbuġa.  Ta’ min isemmi wkoll li l-Għaqda tan-nar 22 ta’ Frar tat tislima kif jixraq lil San Pietru bil-ħruq ta’ Salut, kaxxa nfernali sabiħa u settijiet ta’ murtali bil-logħob, nar maħdum mill-istess membri ta’ din l-Għaqda u li ġie mfaħħar minn kulħadd.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: