Skip to content

It-3 pubblikazzjonijiet għall-Festa 2012

August 2, 2012

Fil-jiem li għaddew ħarġu 3 pubblikazzjonijiet fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru: wieħed mill-Knisja u t-tnejn l-oħra mill-każini.  Dawn il-kotba sbieħ jieħdu ħafna xogħol li mhux dejjem jiġi apprezzat.  Il-ġbir tar-reklami u artikli huwa xogħol delikat ħafna li wħud jaħsbu li hu xogħol ħafif, xogħol ta’ mal-iskrivanija biss.  Fil-verita l-kotba tal-festi jieħdu ħafna xogħol anzi ammont kbir ta’ xogħol.  Dawn il-programmi huma interessanti għax barra li juru liema ħajja għaddejja minnu l-parroċċa u l-għaqdiet tagħna, huma wkoll minjiera ta’ informazzjoni dwar il-lokal tagħna li tista’ tiġi utilizzata f’xi proġetti tal-iskola ta’ uliedna.  L-appell tiegħu huwa li ma tqattgħux dawn il-kotba u żżommuhom bħala tifkira u bħala ktieb ta’ informazzjoni fuq ir-raħal sabiħ tagħna.

Fil-Programm tal-Knisja nsibu dawn l-artikli interessanti li ta’ min jagħtihom daqqa t’għajn:

  1. Diskors tal-Papa Benedittu XVI fl-Udjenza Ġenerali li huwa artiklu miktub minn Mons. Mikelang Camilleri fil-ħarġa ta’ Leħen is-Sewwa tas-Sibt 19 ta’ Mejju 2012.  Dan huwa diskors li fih il-Papa preżenti għamel referenza ċara għall-ġrajja ta’ meta San Pietru nħeles mill-Anġlu tal-Mulej. (p13)
  2. Ritratt mill-Imgħoddi ta’ Arthur Grima (p15)
  3. It-Tużell u l-Ġirandola miktub mill-Perit Michael Schembri (p66)

Il-Programm tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 li jġib l-isem ‘Minn Qalb L-Iljuni’ wkoll jinkludi fih ammont sabiħ ta’ artikli interessanti.  Fost dawn insibu:

  1. Mill-Qasam tal-MUSEUM ġewwa Birżebbuġa … Żewġ Anniversarji miktub mis-Superjur Simon Camilleri, fejn tkellem dwar il-50 sena mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca u kif ukoll l-75 sena mit-twaqqif tal-Qasam tal-MUSEUM f’Birżebbuġa. (p124)
  2. Villa Puniko-Romana miktub minn Conrad D’Amato f’isem l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa. (p126)
  3. Il-kompożitur Malti tal-banda Philip Gatt (1927-1995), artiklu miktub minn Joe Julian Farrugia. (p132)
  4. Tnax, artiklu dwar in0numru 12 fil-Bibbja u f’affarijiet aktar profani, miktub minn Mario Sant. (p137)
  5. Porto Ercole, artiklu miktub mill-Kav. Mario Coleiro OSJ. (p140)
  6. Il-Lunetta ta’ San Pietru , fil-knisja tal-Ħamrun, artiklu miktub minn Hose Borg. (p142)
  7. Żewġ kwadri bi xbieha ta’ San Pietru fil-Knisja Ta’ Lapsi, San Ġiljan, artiklu miktub minn Mario Fenech. (p143)
  8. Ġużeppi Schembri: eks-sagristan tal-Kappella tal-Kunċizzjoni f’Bengħisa, kitba ta’ Arthur Grima. (p152)
  9. Tifkiriet tiegħi tal-Festa u tal-Bini tal-Ġawhra San Pietru, kitba ta’ Victor Schembri. (p160)

Il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957 ħarġet ukoll il-ktieb Annwali tagħha bl-isem ‘Leħen il-Banda’.  Anke hawn insibu diversi artiklu interessanti fosthom dawn li ġejjin:

  1. Kwadru tal-Martirju ta’ San Pietru fil-Bażilika tan-Nadur Għawdex, kotba ta’ Mario Fenech. (p82)
  2. 50 Sena Anniversarju mill-Innu Popolari, kitba ta’ Conrad D’Amato. (p86)
  3. Il-Kult Petrin fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi, kitba ta’ Christopher Bonnici B.A. (Hons); M.A. (p90)
  4. Il-Katidral ta’ San Pietru f’Ales Sardinja, informazzjoni meħuda mill-Wikipedia – l-Enċiklopedija Libera. (p93)
  5. Għar Dalam: Dawl fuq Malta fil-qedem, kitba ta’ Matthew Balzan B.A. (Gen) (p105)
  6. Ir-Regala u l-Insinja Papali, informazzjoni miġbura minnWikipedia . (p111)
  7. Deċiż f’Malta t-tmiem tal-Ewwel Gwerra Bierda, kitba ta’ Amanda Bonnici B.A (Hons); P.G.C.E (History) (p121)
  8. Il-Festa fl-imgħoddi, ritratt minn Stanley Morgan. (p134)

Wieħed jirringrazzja minn qalb lil dawk kollha li ikkontribwixxu b’dawn l-artikli.  Aħna l-amministraturi ta’ dan is-sit appena jkollna ċans fit-tul se nkomlpu ntellgħu dawn l-artikli sbieħ u interessanti on-line sabiex jitgawdew minn kulħadd b’aktar faċilita u x-xogħol tal-awturi jkun rikonoxxut aktar.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: