Skip to content

San Pietru fil-Ktajjen 2012: Fil-Bieb taċ-Ċentinarju.

July 31, 2012

Reġgħet waslet il-festa ta’ San Pietru Appostlu. Mhijiex okkażjoni komuni jew inkella attivita’ oħra normali bħal ta’ matul is-sena. Din hija ċelebrazzjoni li qed issir biss f’Birżebbuġa. Din il-ġimgħa jkunu qed jiċċelebraw il-festa tagħhom in-nies ta’ San Ġwann bil-festa ta’ Sidtna Marija Ommna ta’ Lourdes. Lill-Ġwanniżi nawgrawlhom l-isbaħ xewqat. Festa oħra li kważi taħbat ma’ tagħna hija dik tas-Salvatur ta’ Ħal-Lija. Birżebbuġa għandha konnessjoni ma’din il-festa, l-ewwel raġuni hija li l-ġrajja tas-Salvatur hija relata ma’ San Pietru, għax fiha niftakru fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesu fuq il-muntanja Tabor, episodju li fih San Pietru jkun wieħed mill-protagonisti prinċipali. It-tieni raġuni hija dik marbuta mal-Kappillan Dun Anġ Fenech li kellu l-itwal parrokkat fil-parroċċa tagħna ta’ Birżebbuġa. Dun Anġ Fenech kien minn Ħal Lija u għex ħafna snin minn ħajtu f’Birżebbuġa. Kien fi żmienu li nbniet il-Knisja Parrokkjali li għandna ‘llum f’Birżebbuġa.  Fi żmienu kien isir ħafna kuntatt ma’ din il-parroċċa.  Nawguraw lin-ies ta’ Ħal Lija l-awgurju ta’ festa sabiħa.  Il-festa tagħna se tkun nhar Il-Ħadd 5 t’Awwissu mentri dik ta’ Ħal Lija se tkun l-għada t-Tnejn 6 t’Awwissu.

Inkompli dan il-messaġġ ta’ awgurju billi ngħid li din għandha tkun is-sena li għandha tmexxina lejn il-festa kbira tas-sena d-dieħla, dik taċ-Ċentinarju.  Ta’ min hija l-festa taċ-Ċentinarju?  Hija l-festa tan-nies kollha ta’ Birżebbuġa u hija importanti ħafna kemm mil-lat spiritwali u kemm mil-lat soċjali.  Hija l-festa li fiha se niċċelebraw mitt sena ta’ storja, ta’ kultura u ta’ Fidi.  Se nkunu aħna u l-Kommunita tal-Marsa Trinita Qaddisa li se nkunu niċċelebraw dan l-avveniment hekk importanti u prestiġjuż.  Mhuwiex anniversarju li ta’ min jinjorah anzi ħafna kienu dawk il-parroċċi li ċċelebraw dan l-avveniment b’tant importanza.  Ċenitnarju ma jkunx bilfors relata ma’ twaqqif ta’ parroċċa imma wkoll ma’ xi anniversarju ta’ qaddis bħala fis-sena 2006 ġie ċċelebrat anniversarju relatat mal-Qaddisa Santa Katerina sew fiż-Żejtun u sew fiż-Żurrieq.  Għal dan l-anniversarju ġew iċċelebrati festi kbar ħafna fiż-żewġ parroċċi.

Il-festa Ċentinarja m’għandux inessina l-lat reliġjuż u spiritwali, imma dan nafuh u nafuh sew.  Żgur li l-parruċċani m’għandhomx għalfejn jistennew ċentinarju biex jissaħħu fil-fidi.  Jibqa’ l-fatt li ċentinarju huwa relatat dejjem mal-identita’ tar-raħal.  Wieħed isaqsi x’jagħmel lilna veru nies Birżebbuġin.  Kulħadd jaf verament x’jagħmilna veru nies Birżebbuġin.  Wieħed isemmu l-istorja ta’ dan ir-raħal; il-knejjes li hawn fih; il-postijiet storiċi, l-imħabba partikolari lejn il-Madonna tad-Duluri; id-devozzjoni lejn San Pietru, l-unika parroċċa f’Malta  b’dan it-titlu u ħafna ħafna aktar.  Iċ-ċentinarju trid tkun okkażjoni li fih niċċelebraw dan kollu, b’taħlita mal-Fidi tagħna.  Pjuttost ngħid, u din hija realta skarta minn ħafna, li bis-saħħa ta’ dawn l-affarijiet wieħed jiskopri aktar is-sabiħ tal-Fidi.  Ma tistax tagħmel distinzjoni bejn Fidi u l-affarijiet, l-apparat, l-organiku kollu, dak kollu li hu tanġibbli li jfakkarna f’Alla u f’San Pietru.

Minn qalbi nawgura l-festa t-Tajba lil ħuti Birżebbuġin u ngħidilhom li jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi qatt tistħu li tgħidu li intom ulied San Pietru, għax San Pietru huwa qaddis kbir, kbir fost il-kbar.  Żommuh dejjem tarka tagħkom, poġġu lilu quddiem qabel kull preferenza.  Dak kollu li jsir f’dan ir-raħal isir għalih.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: