Skip to content

Programm Festa San Pietru Birżebbuġa 2012

July 31, 2012
 

Il-Programm ta’ festi Qabel il-ġimgħa tal-Festa

L-Erbgħa 25 ta’ Lulju 2012
06.30pm Sports Rally għat-tfal u ż-żgħażagħ fi Triq il-Kostituzzjoni.
l-Ħamis 26 ta’ Lulju 2012
06.30pm Quddiesa u Adorazzjoni animata mill-Kummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa.
Il-Ġimgħa  27 ta’ Lulju 2012
06.30pm Quddiesa organizzata mis-Support Group għal nies b’diżabilita’.
Is-Sibt 28 ta’ Lulju 2012
05.30pm Quddiesa b’suffraġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn.  Mistiedna b’mod speċjaii l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom.
07.30pm Lejla Sajfija (l-1 Parti) fi Ġnien l-lndipendenza.
Il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2012
08.00am Quddiesa bi Gruppi u Għaqdiet li jieħdu sehem fil-festa.
09.00am Quddiesa li fiha ssir ii-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn.  Tinghata tifkira.
11.00am Quddiesa animata miż-żgħażagħ.
06.30pm Lejla Sajfija (it-2 Parti) fi Ġnien l-lndipendenza.

Il-Programm tal-Festa Titulari ta’ San Pietru Fil-Ktajjen Birżebbuġa 2012

It-Tnejn, 30 ta’ Lulju, 2012
Ħruġ tal-Vara Min-Niċċa

07:15pm Il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 u l-Banda Birżebbuġa AD 1990 jingħaqdu f’Mass band sabiex jilqgħu l-istatwa tal-Vara Titulari ta’ San Pietru Patrun ta’ Birżebbuġa fil-ħruġ tagħha mill-knisja Parrokkjali bid-daqq tal-Innu Popolari, kompozizzjoni ta’ Mro. Carmelo Pace taħt it-tmexxija taż-żewġ surmastrijiet tal-baned.  Jindaqq ukoll il-marċ ‘Fil-Ħruġ tal-Vara’ komposizzjoni ta’ Mro. Ronnie Debattista.
07.30pm Ħruġ tal-Vara. Isir il-ħruġ tal-lstatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-Kurunella u jitkanta l-lnnu. Tfal li rċevew I-Ewwel Tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru. Jieħdu sehem il-baned lokali.
08:00pm Il-Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ brijuż minn Misraħ il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Kurat Fenech, Triq Sant’Anġlu, Triq Santa Rita, Triq il-Qolla, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kostituzzjoni, Misraħ ir-Repubblika, Triq it-13 ta’ Diċembru, Triq San Ġwann, Triq iż-Żibra, il-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżebbuġa sa quddiem il-każin
Il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen tibda marċ madwar it-toroq ta Birżebbuġa li jgħaddi mit-toroq: Santa Katerina, il-Knisja, il-Bajja s-Sabiħa, Profs. Anton Tabone, Żurrieq, 13 ta’ Diċembru, il-Kostituzzjoni, Misraħ ir-Repubblika, il-Qolla, it-Tħabrik, Port Ħieles, Bżulija, Santa Rita, ix-Xogħol, l-Għodda, Sant’Anġlu, Misraħ il-Knisja u nispiċċaw quddiem il-Każin Palazz San Pietru.

It-Tlieta, 31 ta’ Lulju 2012

08.00am It-tfal jiltaqgħu l-Museum tas-Subien minn fejn titlaq purċissjoni bil-kwadru ta’ San Pietru sal-Knisja.
08.30am Quddiesa għat-tfal bi preżentazzjoni fuq il-ħajja ta’ San Pietru u tqassim tal-medalji fil-Knisja Parrokkjali.
09:00pm Is-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990, tistieden lill-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien biex tagħmel marċ li jibda mill-Qajjenza u jdur ma’ dawn it-toroq: Triq Arturo Issel, l-Għerien, Il-Ħajja Ewlenija, Ħerakles, il-Fossili, il-Mandolina, il-Kitarristi, il-Qajjenza, S. Cachia Żammit, idur mal-Bajja ta’ San Ġorġ, Santa Katerina, il-Knisja, id-Duluri, il-Bajja s-Sabiħa sa Triq Birżebbuġa, quddiem is-sede tal-Banda Birżebbuġa.
Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen AD 1957, torganizza Get Together għall-partitarji fil-każin.

L-Erbgħa, 1 ta’ Awwissu
L-Ewwel Jum tat-Tridu.

06.30pm Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM. Nistiednu b’mod speċjali lill-Morda u lill-Anzjani. Wara. Kurunella. Antifona u Barka Sagramentali.
08.30pm L-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 tistieden lill-Big Friends Guggen Musik Band biex tagħmel programm fuq il-planċier tal-istess Għaqda Mużikali.
09:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 torganizza Get Together għall-partitarji tal-istess Għaqda.

Il-Ħamis. 2 ta’ Awwissu
It-Tieni Jum tat-Tridu.

06.30pm Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM. Nistiednu b’mod speċjali l-Għaqdiet tal-Parroċċa.  Wara kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
07:15pm Biex inkomplu nġeddu it-tradizzjoni li kien beda il-mibki Dun Karm Frendo u żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika u bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pietru, jingħata bidu għad-dimostrazzjoni ta’ fuq il-baħar fejn l-istatwa ta’ San Pietru, xogħol l-iskultur Michael Camilleri Cauchi titlaq  mill-moll ta’ San Ġorġ, fejn dawk kollha dilettanti tad-dgħajjes u opri tal-baħar huma mħeġġa biex jakkumpanjaw l-istatwa ta’ San Pietru sa fejn il-moll tal-Bajja s-Sabiħa.
08.00pm Mal-wasla tal-istatwa ħdejn il-pitch tal-waterpolo, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen, idoqq l-Innu Popolari.  Wara l-istess Banda tibda marċ tul dawn it-toroq: il-Bajja  is-Sabiħa, San Patrizju,  Despott , San Filippu, San Frangisk, San Ġwann, Żurrieq, 31 ta’ Marzu, Misraħ ir-Repubblika,  San Tumas, Sant’Anġlu, Santa Rita, il-Brolli.
08:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ minn quddiem il-każin u jgħaddi minn dawn it-toroq:  Santa Katerina, San Mikiel, Żaren Dalli sa Misraħ il-Knisja.
09:15pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tesegwixxi programm vokali u strumentali fuq il-lanċier f’Misraħ il-Knisja taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli bis-sehem tal-Kor Xmun Pietru taħt id-direzzjoni ta’ Felicienne Paris.

 

PROGRAMM MUŻIKALI TAL-BANDA BIRŻEBBUĠA A.D. 1990

Innu Popolari

Lil San Pietru
Jieħu sehem il-Kor Xmun Pietru

Mużika; Mro Carmelo Pace
Versi: Dun Frans Camilleri

Kor

Nabucco
Jieħu sehem il-Kor Xmun Pietru

G.Verdi

Concerto D’Amore

Jacob De Haan

Song

The Greatest Love of All

Kantanta: Marthese Grech

Arr. Reid Thomas

Song

Con Te Partiro
Ikanta: Johan Briffa

Sartori / Quarantotto

Song

Whenever Wherever
(As performed by Shakira)

Shakira
Arr. Frank Barnaerts

Overture

Die Fledermaus

Johan Strauss
Arr. Lucien Cailliet

Soundtrack

‘War’ & ‘Gonna Fly Now’
From film Rocky 4

Vince Dicola Arr. Peter King

Song

One moment in Time
Mistiedna Speċjali: Chiara Siracusa

Whitney Houston

Song

Angel
Mistiedna Speċjali: Chiara Siracusa

Chiara Siracusa Arr. Paul Borg

Soundtrack

Titanic Medley
(An Ocean of Memories, Hymn to the Sea, Hard to Starboard, The sinking, My heart will go on)

Mistiedna Speċjali: Chiara Siracusa

James Horner Arr. Takashi Hoshide

Innu

San Pietru Fil-Glorja
Kor: Xmun Pietru
Soprano: Marthese Grech
Tenur: Johan Briffa

Mużika: Alex Caruana
Arr. Simon Farrugia
Lirika: Alex Caruana

Innu

Lill-Banda Birżebbuġa
Kor: Xmun Pietru

Mużika: Mro. Michael Bugelli
Versi: Joe Julian Farrugia

11.00pm Mat-tmiem tal-Programm tal-Banda Birżebbuġa AD 1990, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tidħol f’Misraħ il-Knisja, fejn nassistu għal filmat u kanzunetti ppreparati mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri u wara jsegwi t-tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestall  fost l-entużjażmu tal-folla miġbura. Jindaqq l-Innu Marċ u l-Innu Popolari.  Ikun hemm ħruq tan-nar sinkronizatt mal-mużika min fuq il-bejt tal-każin u wara nar tal-art f’Misraħ il-Knisja.
11:30pm Nar tal-Art mill-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957

Il-Ġimgħa. 3 ta’ Awwissu
It-Tielet Jum tat-Tridu.

06.30pm Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM. Nistiednu b’mod speċjali lill-Koppji li kellhom 10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 sena Anniversarju taż-Żwieġ u Koppji li żżewġu matul is-sena.  Wara kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.
07:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tagħmel il-marċ popolari bl-istatwa tas-Soċjeta’.  Dan jibda bil-manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-Baħar, li hija tradizzjoni unika f’pajjiżna, tradizzjoni li l-festa tagħna ta’ Birżebbuġa hija sinonima magħha.  Id-dilettanti kollha tal-bċejjeċ tal-baħar jinġabru fil-Bajja ta’ San Ġorġ fejn hemm il-moll biex nakkumpanjaw l-istatwa ta’ San Pietru sal-Moll tal-Bajja s-Sabiħa.
08:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tilqa’ l-istatwa tagħha stess fil-Bajja s-Sabiħa fost il-ħruq ta’ logħob tan-nar addatta minn fuq ir-ramla ta’ Pretty Bay.  Wara l-Banda takkumpanja l-istatwa ta’ San Pietru fil-Ktajjen billi tgħaddi minn dawn it-toroq: Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa fejn hawnhekk jitkanta l-Innu tradizzjonali ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ mis-Soprana Marthese Grech, mużika ta’ Mro. Ray Sciiberras u Lirika tal-Prof Oliver Friġġieri.  Il-marċ ikompli minn dawn it-toroq: Misraħ il-Knisja, iż-Żurrieq, 13 ta’ Diċembru, San Ġwann, San Edwardu, Misraħ is-Summit, Triq San patrizju, Triq il-Progress, San Filippu għall-Bajja s-Sabiħa fejn hemmhekk l-istatwa tittellgħa fuq il-kolonna artistika maħduma mill-aħwa Cutajar fost il-briju kbir tal-partitarji u ħruq tan-nar minn fuq ir-Ramla ta’ Birżebbuġa.
08.00pm Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tibda marċ minn quddiem il-każin li jgħaddi minn dawn it-toroq : Santa Katarina, il-Knisja, Bajja is-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja.
09.15pm  Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tagħti bidu għal programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier quddiem il-każin, taħt id-direzzjoni Surmast Direttur tal-Banda Mro. Vincent Bonnici bis-sehem tal Mezzo Sopran Lucienne Cassar, Amber Bondin u Bernard Busuttil.

 

PROGRAMM TAL-BANDA SAN PIETRU FIL-KTAJJEN AD 1957

March

Marche Lorraine

Louis Ganne

Overture

Martha

Flotow

Spring Song

Felix Mendelssohn-Bartoldy

Waltz

Les Patineurs (Ice Skaters)

E.Waldteufel

Tema

Schindler’s List

Vjolin: Matthew Fenech

J. Williams

Għanja

Nella Fantasia
Tkanta: Thea Garrett

Albert Hammond & John Bettis

Għanja

O Sole Mio
Ikanta: Bernard Busuttil

Eduardo Di Capua

Selection

Il-Maltija Party Mix

Frank Galea

Għanja

I dreamed a dream
Tkanta: Thea Garrett

C.M Shonberg

Aria

Nessun Dorma
Ikanta: Bernard Busuttil

Puccini

Potpourri

Frank Sinatra in Concert

Arr. N Studnitzky

Għanja

The Prayer

Ikantaw: Thea Garret u Bernard Busuttil

Foster / Sager

Overture

Orpheus in the Underworld

Offenbach

Innu

Innu tal-Banda San Pietru

Frank Galea

Is-Sibt, 4 ta’ Awwissu
Lejlet il-Festa.

08.30am Quddiesa li fiha jitkanta l-lnnu ta’ Ringrazzjament (Te Deum). Imexxi Rev. Dun Frans Schembri.
05.00pm  Quddiesa.
06.15pm Translazzjoni Sollenni mill-Kappella tas-Sagra Familja u wara Quddiesa Sollenni li fiha jitkanta l-Għasar bil-Malti, immexxija minn Mons. Joseph Bugeja. Niftakru fil-Benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa.
08.00pm Quddiesa ohra.
08:00pm L-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen tistieden lis-Soċjeta Filarmonika Sliema ta’ Tas-Sliema biex taħt it-tmexxija ta’ Mro. Ronnie Debattista tagħmel marċ li jibda minn quddiem il-Kampanjol Restaurant fl-inħawi tal-Papa li jkompli mit-toroq: Marconi, Nightingale, Mnarja, Robert Baden Powell, Garibaldi, Ghirghien, Ir-Rizza, l-Imħar, il-Borok, iċ-Ċief, il-Port Ħieles, il-Kartaġiniżi, San Ġwann, San Edwardu, l-Bajja s-Sabiħa, Profs A Tabone, Sant’Anġlu, Sajjied, Misraħ il-Knisja, sa quddiem il-Każin.
08.00pm Is-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tistieden lill-Għaqda Mużikali Stella Maris ta’ Tas-Sliema biex tagħmel marċ li jibda minn Triq San Patrizju, il-Progress, San Filippu, Il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, sa Misraħ il-Knisja.
09:15pm Il-Banda Stella Maris tagħmel Programm Mużikali fil-Pjazza, li jintemm fil-11pm.
11:30pm Spettaklu ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat mis-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990.

Il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu Jum il-Festa.
Jum il-Festa

06:00am Quddiesa letta
07:00am Quddiesa letta fil-Knisja Parrokkjali u fil-Kappella ta’ Bengħisa.
07:30am Quddiesa bil-malti fil-Kappella ta’ San Ġorġ.
08:00am Quddiesa letta
09:00am Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija minn Mons Joseph Bugeja. Jinseġ il-Paneġierku Patri Joseph Zahra O.P.
10:00am Quddiesa letta fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb.
10:30am Quddiesa bl-Ingliż fil-Kappella ta’ San Ġorġ.
11:00am Quddiesa letta
11:00am Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda l-marċ popolari u tradizzjonali ta’ filgħodu minn quddiem il-każin tas-Soċjeta u jkompli jgħaddi matul dawn it-toroq: Birżebbuġa, Il-Bajja s-Sabiħa, id-Duluri, San Mikiel, San Pietru, Tankijiet, Żaren Dalli, Misraħ il-Knisja, is-Sajjied, Sant’Anġlu, ż-Żurrieq, San Ġwann, iż-Żibra, l-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżrbbuġa fejn jintemm quddierm is-Sede tal-istess Soċjeta’ fost briju kbir u spettakolari.
11.30am Il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu, bl-eżekuzzjoni  ta’ marċi brijuzi fost il-briju tal-partitarji.  Il-marc jibda minn quddiem il-każin u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Brolli,  San Ġużepp, Birżebbuġa, it-Tankijiet, Santa Katarina,  San Mikiel,  San Pawl, Bajja Sabiħa, Misraħ Bush u Gorbachev, San Patrizju, San Frangisk Saverju, San Filippu, Bajja Sabiħa, Prof’s A.Tabone ,  iż-Żurrieq , Misraħ il-Knisja fejn jilħaq il-qofol tieghu quddiem il-Kazin tas-Għaqda u jintemm ghall-ħabta tas-2.30pm.
06.00pm Quddiesa bil-kant tal-Għasar bil-Malti minn Fr. Rene Cilia.
06:15pm Il-Banda mistiedna tas-Banda San Pietru fil-Ktajjen AD 1957, il-Banda Vittorja tan-Naxxar, tibda marċ mill-Bajja s-Sabiħa u jgħaddi minn dawn it-toroq: A Tabone, iż-Żurrieq, sa Misraħ il-Knisja fejn hemmhekk tilqa’ l-ħruġ tal-vara artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen u tkompli takkumpanjah matul il-purċissjoni sal-Bajja s-Sabiħa.  Wara l-Banda Vittorja tan-Naxxar tesegwixxi programm Mużikali li jintemm fl-10pm.
07.00pm Jingħata bidu għall-ħruġ tal-purcissjoni, bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa, xogħol mill-isbaħ skolpit fl-injam  mill-iskultur Taljan Ferdinando Stufflesser. Il-Banda mistiedna tas-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990, l-Għaqda Mużikali San Pawl ta’ Ħal Safi taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli, tibda programm fuq il-planċier fejn wara takkumpanja l-purċissjoni bil-vara titulari ta’ San Pietru minn ħdejn il każin tal-Labour u tkompli takkumpanjah sad-dħul tal-Istatwa fuq iz-zuntier.
Il-Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa se tkun immexxija minn Fr. Rene Cilia
10.30pm Isir id-dħul tal-vara fil-Knisja fejn tindaqq l-antifona.  Wara l-purċissjoni, il-Festa tagħlaq bl-Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bil-Bews tar-Relikwija.
11.00pm Il-Banda San Pietru ttemm l-impenji mużikali ta’ din is-sena bil-marċ ta’ l-aħħar f’Misrah il-Knisja.
Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda l-marċ tan-nar mill-Bajja s-Sabiħa fejn titniżżel il-vara tas-Soċjeta’ u ssir dimostrazzjoni qasira tul Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjeta fejn tiddaħħal ġewwa fost il-briju u l-ferħ tal-Partitarji.

Il-Ħamis, 9 ta’ Awwissu

06.30pm Quddiesa u ftit ħin ta’ Adorazzjoni b’radd il-ħajr ‘l Alla u nitolbu għal kull min għin fil-Festa.
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: