Skip to content

9 ta’ Settembru ::: Birżebbuġa Ssir Parroċċa

September 9, 2011
 

9 ta’ Settembru ::::: Il-Jum li fih Birżebbuġa ġiet dikjarata Parroċċa fl-1913

 

Id-9 ta’ Settembru li għandha tkun ġurnata ferm għażiż għall-Birżebbuġin, għax fiha twaqqafna Parroċċa.
Fir-ritratt jidhru l-Knisja tad-Duluri, li kienet l-ewwel Parroċċa u l-Ittra pastorali li kien ħareġ l-Isqof ftit jiem wara.

 

Fil-bidu tas-seklu għoxrin, r-raħal marittimu ta’ Birżebbuġa kien jifforma parti minn erba’ parroċċi: Gudja, Żurrieq, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk. Bis-saħħa ta’ Mons. Spiru Penza, li kien Bormliż villeġjant f’Birżebbuġa, l-Isqof Pietro Pace waqqaf lil Birżebbuġa parroċċa, nhar id-9 ta’ Settembru tal-1913. Dakinhar l-Isqof ħareġ id-digriet mill-palazz Arċiveskovili, li permezz tiegħu ħall lil dan ir-raħal mill-parroċċi l-oħra, u għolla lill-knisja ċkejkna tad-Duluri għad-dinjità ta’ parroċċa indipendenti.    Sabiex jikkonferma t-twaqqif tal-parroċċa l-ġdida, l-Isqof Pietro Pace ħareġ ittra pastorali nhar is-16 ta’ Settembru u li nqrat fil-knejjes kollha tad-djoċesi Maltija. F’din l-ittra nsibu d-drittijiet kif ukoll id-dmirijiet tal-parroċċa l-ġdida, kif ukoll insibu l-konfini tal-parroċċa skond kif inhuma fil-pjanta mħażża minn Antonio Emilio Calleja.  Barra minn hekk insibu li kienu twaqqfu żewġ benefiċċji sabiex jgħinu fl-ispejjeż tal-parroċċa, wieħed magħruf bħala tal-“Burix” li kien jirrendi s-somma ta’ £18-13s-8d fis-sena u l-ieħor ta’ 300 lira Taljana, li kienu mposti fil-prebenda tad-dinjità tal-Kantur tal-Katidral.  Il-kappella tad-Duluri kienet inbniet bis-saħħa ta’ Mons. Penza stess u nfetħet fl-14 ta’ Awissu tal-1907. Oriġinarjament din il-kappella kienet remissa tas-Sur Paolo Attard Montalto mill-Isla.  Fl-1 ta’ Ottubru 1907 kien sar konvenju quddiem in-nutar Francesco Camilleri, fejn Mons. Penza kien intrabat li jħallas £4 u 10 soldi fis-sena bħala ċens. Pero’ ġara, li din il-kappella kienet żgħira wisq, u għalhekk fl-1 ta’ Settembru tal-1909 kien sar konvenju ieħor quddiem in-nutar Francesco Giorgio Schembri, sabiex jiġu okkupati żewg remissi oħra maġenb il-kappella.  Imbagħad Mons. Penza ried li jagħti lil din il-kappella dehra ta’ knisja billi jibnilha faċċata li tkun tixirqilha. II-faċċata li naraw illum inbniet fuq pjanta ta’ Salvu Sacco minn Bormla u x-xogħol fuqha beda fil-11 ta’ Ottubru tal-1909 u ġie fi tmiemu f’Jannar tas-sena ta’ wara. Il-bennejja kienu Giuseppe Vassallo u Francesco Cassar minn Ħal Luqa, u nbniet bi flus it-tabib Tommaso Demajo Pisani.  Fi żmien qasir din il-kappella għamlet progress kbir. Hekk insibu li f’Awissu tal-1909 tbierket qanpiena li kienet miġbura mill-Imħallef Zaccaria Roncali, u fis-17 ta’ Awissu tal-1910 inġiebet il-vara titulari tad-Duluri li kienet ġiet irregalata mill-Kanonku Dun Achille Refalo. Fl-14 ta’ Ottubru tal-1912 kien sar kuntratt ieħor, fejn fih it-tliet remissi oriġinali (li minnhom ma kien fadal kważi xejn) inxtraw għas-somma globali ta’ £332. Din il-kappella ġiet imbierka mill-Isqof Pietru Pace. L-ewwel kappillan tagħha kien il-Kanonku Bormliż Dun Karm Bugelli. Wara li rritorna minn missjoni ta’ sentejn fil-Gżira ta’ Korfu, l-Isqof Pace nhar il-31 ta’ Ottubru tal-1910, ħatru ekonomu tal-kappella. Hekk kif Birżebbuġa saret parroċċa huwa ġie maħtur bħala l-ewwel kappillan tagħha, u l-pussess tiegħu kien sar fil-21 ta’ Settembru tal-1913. Il-Festa titulari tad-Duluri kienet tiġi ċċelebrata Ħadd fuq il-15 ta’ Settembru. Barra minn hekk f’din il-knisja kienet tiġi ċċelebrata b’devozzjoni kbira l-festa tal-Qalb ta’ Gesu.

 
 
 L-Innu ta’ Ringrazzjament “Te Deum” li s-soltu jitkanta f’okkażjonijiet importanti bħal din.
 

 

TE DEVM

   

Te Deum laudamus:
te Dominum confitemur.
Te aeternum Patrem
omnis terra veneratur.
Tibi omnes Angeli;
tibi caeli et universae Potestates;
Tibi Cherubim et Seraphim
incessabili voce proclamant:
Sanctus, Sanctus, Sanctus, Dominus
Deus Sabaoth.
Pleni sunt caeli et terra
maiestatis gloriae tuae.

Te gloriosus Apostolorum chorus,
Te Prophetarum laudabilis numerus,
Te Martyrum candidatus laudat exercitus.

Te per orbem terrarum
sancta confitetur Ecclesia,
Patrem immensae maiestatis:
Venerandum tuum verum et unicum Filium;
Sanctum quoque Paraclitum Spiritum.

Tu Rex gloriae, Christe.
Tu Patris sempiternus es Filius.
Tu ad liberandum suscepturus hominem,
non horruisti Virginis uterum.
Tu, devicto mortis aculeo, aperuisti
credentibus regna caelorum.

Tu ad dexteram Dei sedes, in gloria Patris.
Iudex crederis esse venturus.
Te ergo quaesumus, tuis famulis subveni:
quos pretioso sanguine redemisti.
Aeterna fac cum sanctis tuis in gloria numerari.

Salvum fac populum tuum,
Domine, et benedic hereditati tuae.
Et rege eos, et extolle illos usque in aeternum.
Per singulos dies benedicimus te;
Et laudamus Nomen tuum in saeculum, et in saeculum saeculi.

Dignare, Domine, die isto sine peccato nos custodire.
Miserere nostri domine, miserere nostri.
Fiat misericordia tua,
Domine, super nos, quemadmodum speravimus in te.
In te, Domine, speravi:
non confundar in aeternum.

 

Lilek, o Alla, infaħħru; *
lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta’ dejjem *
id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġi kollha, *
lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini *
ixandruk bla heda;
Qaddis, Qaddis, Qaddis *
il-Mulej Alla ta¹ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
bil-kobor tas-sebħ tiegħek.

Lilek tfaħħar *
il-ġemgħa glorjuza ta’ l-Appostli.
Lilek ifaħħar *
il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru l-qtajja tal-Martri *
rebbieħa kollhom bjuda.

Mad-dinja kollha *
il-Knisja mqaddsa tistqarr fik:
Il-Missier ta’ kobor bla qjies; *
L-Iben tiegħek miqjum,
veru u waħdieni;
U l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, inti s-Sultan glorjuż. *
Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.

Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, *
fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu li int għad *
terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,*
li inti fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
fil-glorja ta’ dejjem.

Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
bierek il-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, *
erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-ieħor *
aħna nberkuk:
U nfaħħru ismek għal dejjem, *
u għal dejjem ta’ dejjem.

Agħmel, Mulej, li llum *
inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, *
ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
ma jkolli qatt għax ninfixel.

 
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: