Skip to content

Il-Purċissjoni li mxiet b’ordni tajjeb fix-Xatt

August 13, 2011

Dawn l-aħħar snin, fost il-veru devoti u dilettanti ta’ San Pietru nibtet preokupazzjoni serja mmens u dan kien qed jirrigwarda l-andament tal-purċissjoni solenni bil-vara artistika u devota ta’ San Pietru.  Il-vara ta’ San Pietru tibqa’ s-simbolu ewlieni tar-raħal tagħna u hija meqjusa il-mimmi tal-għajnejn ta’ bosta Birżebbuġin.

Il-Purċissjoni ta’ San Pietru minnha nnifisha diġa qed issofri diversi ‘handicaps’ żgħar imma serji fl-istess ħin.  Fost l-affarijiet li waslulna mingħand diversi dilettanti qed insiru nafu li ħafna mill-ilbies sagru waqt il-purċissjoni mhuwiex qed jintlibes.  Persuna intiża f’dan il-qasam qaltilna li s-suttana u l-ispelizza mhumiex qed jintlibsu mill-Kleru.  Dan qed jagħmel il-purċissjoni ta’ San Pietru inqas serja u inqas devota.  Aħna nafu li San Pietru probabilment la jħares u lanqas għandu bżonn il-purċissjoni tagħna, imma bejn purċissjoni bażwija u purċissjoni serja, nagħżel din tal-aħħar.  Imma aktar minn dan ‘il quddiem għax li rrid huwa li niddiskutu l-andament tal-purċissjoni fix-xatt.

Aħna nafu li dan l-aħħar snin il-purċissjoni fix-xatt kienet qed tkun karaterizzata minn diversi problemi.  Kien hemm u għad hemm nuqqas ta’ dawl matul it-triq tax-xatt u sa ċertu punt anke l-pjazza nieqsa mid-dawl.  Pero’ waħda mill-aktar affarijiet li dan l-aħħar kienet qed tkun ta’ inkwiet kien il-chaos u l-paniku li kien jinqala biex tgħaddi l-purċissjoni.  Diversi siġġijiet u mwejjed kienu qed jostakolaw ir-rotta tal-purċissjoni u dan għaliex ċertu nies kienu japprofittaw ruħhom mit-triq magħluqa u joħorġu s-siġġijiet u l-imwejjed sa barra nett.  Ġie nnutat li mhux l-ewwel darba li l-fratelli kienu jitolbu lin-nies biex iqumu u jressqu l-imwejjed tagħhom fil-ġenb biex tgħaddi l-purċissjoni.  Problema oħra kbira u serja kienet dik tas-sound għoli mill-istabbilimenti moderni waqt li tkun għaddejja l-purċissjoni.  Dan kien qed inaqqas mhux ftit id-dekor u s-solennita’ tal-purċissjoni.  Dawn l-affarijiet jirredikolaw mhux ftit il-festa tagħna u dan jimlina b’ċertu għadab, speċjalment meta dan in-nuqqas ta’ rispett ikun ġej min-nies li ma jgħixux Birżebbuġa u jieħdu pjaċir jaraw u jidhħu b’dawn l-assurditajiet f’Birżebbuġa.  Aħseb u ara mela kemm inħossuna mweġġa’ meta l-affarijiet isiru minn persuni mwielda Birżebbuġa stess.

Dinis-sena għall-grazzja t’Alla ttieħdu diversi provvedimenti.  l-ewwel waħda li rċiviet kritika kbira min-naħa ta’ bosta nies anke minn Birżebbuġa, kienet dik li tirrigwarda l-gabbani.  Aħna ta’ dan is-sit insostnu li għalkemm dawn il-gabbani huma parti mill-festa, insostnu li mhu se naċċettaw qatt u l-ebda ħaġa li tista’ tostakola s-sabiħ tradizzjonali tal-festa ma’ elementi moderni u li kważi m’għandhom l-ebda konnessjoni ma’ San Pietru u l-festa tiegħu.  Inħossni mbarazzat bħala ċittadin ta’ dan ir-raħal u nisma’ kummenti li qalu li l-festa din is-sena mhija xejn u ma tiswa xejn għax m’hawnx gabbani.  Il-festa ma tkun tiswa xejn jekk ma tkunx ta’ San Pietru l-ewwel!  Mela l-ewwel San Pietru u mbagħad il-gabbani.  Fil-fehma tiegħi l-uniku ġurnata li l-gabbani jistgħu joħolqu inkonvenjent hija dik tal-Ħadd filgħaxija jum il-festa meta ssir il-purċissjoni, għax l-ispazju jonqos ħafna.  Din is-sena l-istabbilimenti ġew ordnati biex ma joħorġux l-imwejjed ‘il barra.  Biex tiġi osservata din id-direttiva tpenġiet mal-art linja ħadra biex is-siġġijiet u l-imwejjed ma jaqbżuhiex.

Din is-sena l-purċissjoni mxiet b’ordni tajjeb ħafna matul ix-xatt.  Għalkemm inqalgħu xi inċidenti xi siegħa qabel ma għaddiet il-purċissjoni (l-inċidenti li ma kienux relatati mal-festa) l-ordni kbira li kien hemm fil-ħin tal-purċissjoni kienet xi ħaġa li lkoll kemm aħna xtaqna u ridniha.  Ta’ min isemmi wkoll li anke s-Sound tal-istabbilimenti nżamm baxx ħafna kważi ma kien hemm xejn.  Dan juri maturita, responsabillta, u serjeta’. 

Għaldaqstant nirringrazzjaw lil dawk kollha li mexxew il-purċissjoni, u nirringrazzjaw lill-Kunsill li ħareġ xi direttivi u grazzi kbira lill-forzi tal-ordni, jiġifieri l-pulizija li raw li din il-purċissjoni li kulma ddum xi 30 mins jew 45 mins fix-xatt timxi b’mod dekoruż u serju u ma tkun ostakolata minn affarijiet li ma jagħmlulnix ġieħ, la lilna u lanqas lil San Pietru.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: