Skip to content

X’rajna f’Jum il-festa 7 t’Awwissu 2011

August 9, 2011

F’Jum il-festa jsiru diversi quddies pero’ l-iktar waħda importanti hija dik li ssir fid-9am il-Konċelebrazzjoni.  Din is-sena din il-Konċelebrazzjoni kienet immexxija minn Mons Louis Camilleri u l-Paniġierku sar minn Fr. Nicholas Cachia.

Fil-11am beda l-marċ tradizzjonali u popolari ta’ filgħodu mis-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birzebbuġa AD 1990, magħrufa bħala ‘Tal-Iljun’.  Il-marċ beda minn quddiem is-Sede tas-Soċjeta stess u baqa’ nieżel fil-Bajja s-Sabiħa.  Il-marċ kompla tul dawn it-toroq: id-Duluri, San Mikiel, San Pietru, Tankijiet, Żaren Dalli, Misraħ il-Knisja, is-Sajjied, Sant’Anġlu, ż-Żurrieq, San Ġwann, iż-Żibra, l-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżrbbuġa fejn intemm quddiem is-Sede tal-istess Soċjeta’ fost briju kbir u spettakolari.

Fil-11:30am il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 tat bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu, bl-eżekuzzjoni  ta’ marċi brijuzi fost il-briju tal-partitarji.  Il-marc beda minn quddiem il-każin u għadda minn dawn it-toroq: il-Brolli,  San Ġużepp, Birżebbuġa, it-Tankijiet, Santa Katarina,  San Mikiel,  San Pawl, Bajja Sabiħa, Misraħ Bush u Gorbachev, San Patrizju, San Frangisk Saverju, San Filippu, Bajja Sabiħa, Profs A.Tabone ,  iż-Żurrieq, Misraħ il-Knisja fejn laħaq il-qofol tieghu quddiem il-Kazin  u ntemm għall-ħabta tas-2.30pm.

Filgħaxija fis-6pm fil-knisja bdiet quddiesa bil-kant tat-Għasar.  Fis-6:15pm il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, bdiet marċ mill-Bajja s-Sabiħa u għadda minn dawn it-toroq: A Tabone, iż-Żurrieq, sa Misraħ il-Knisja fejn hemmhekk laqgħet il-ħruġ tal-vara artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen.  Wara l-ħruġ il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi kompliet takkumpanja l-purċissjoni sal-Bajja s-Sabiħa.

 

Fis-7:00pm ingħata bidu għall-ħruġ tal-purcissjoni, bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa, xogħol mill-isbaħ skolpit fl-injam mill-iskultur Taljan Ferdinando Stufflesser.   Din il-purċissjoni kienet immexxija minn Fr. Joseph Ciappara OFM.  Il-Banda mistiedna tal-Għaqda Mużikali San Pietru AD 1957, l-Għaqda Mużikali Vittorja tan-Naxxar taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Roderick Buġeja, bdiet programm fuq il-planċier.

Għall-ħabta tad-9:15pm il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi esegwixxiet programm Mużikali fuq il-planċier tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990, mentri l-Banda Vittoria tan-Naxxar laqgħet u kompliet takkumpanja l-Vara artistika ta’ San Pietru minn quddiem il-każin tal-Labour.

Għall-ħabta tal-09:45pm hekk kif il-vara feġġet fil-pjazza il-Banda Ħal Safi temmet is-servizz tagħha billi selmet il-Vara bid-daqq tal-Innu Popolari.  Wara l-Banda Vittoria tan-Naxxar kompliet takkumpanja l-Vara artistika ta’ San Pietru sad-dħul fil-knisja.

Fl-10:30pm sar id-dħul tal-vara fil-knisja fost il-ferħ u l-briju tal-parruċċani.  Indaqqet l-antifona u saret iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika kif ukoll il-Bews tar-Relikwija.

Fil-11:00pm ingħata bidu għall-marċ tan-Nar miż-żewġ għaqdiet Mużikali.  Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen esegwiet marċi fuq il-planċier tagħha quddiem il-Każin.  Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa bdiet marċ mix-xatt.  Kif il-marċ wasal fejn il-kolonna, l-vara tniżżlet fuq l-idejn u ġiet akkumpanjata mill-partitarji sa quddiem is-sede tal-istess Soċjeta fost il-ferħ u l-allegrija tal-partitarji.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: