Skip to content

X’rajna lejlet il-festa 6 t’Awwissu 2011

August 8, 2011

Lejlet il-festa hija kunsidrata minn dejjem bħala waħda mill-isbaħ ġranet tal-festa fir-raħal tagħna.  Il-kwantita enormi ta’ nies li tiġi u tara l-ispettaklu ta’ baned u nar f’Birżebbuġa hija xi ħaġa li timpresjonak, anke meta mal-festa tagħna jiġu ċċelebrati festi oħra mill-aqwa.

Il-ġurnata ta’ lejlet il-festa tibda bil-quddiesa u l-kant tat-Te Deum.  Mal-intonazzjoni tat-Te Deum il-qniepen sbieħ tal-parroċċa ħabbru kollha f’daqqa u fl-istess mument tmiem it-Tridijiet u l-bidu uffiċjali tal-festa.  Filgħaxija fil-knisja kien hemm quddies fil-5:00pm imbagħad fis-6:30pm kien hemm translazzjoni solenni mill-kappella tas-Sagra Familja sal-parroċċa fejn bdiet il-quddiesa bil-kant tal-għasar.  Wara saret quddiesa oħra filgħaxija.

F’dak li huma festi esterni, il-Banda Birzebbuġa AD 1990 stiednet il-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien biex tagħmel marċ mat-toroq ta’ Birżebbuġa.  Dan beda minn quddiem is-sede tas-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 kombla f’Misraħ il-Knisja, Brolli, Santa Rita, San Ġużepp, Birżebbuġa, San Ġorġ, Dawret il-Qalb Imqaddsa, Santa Marija, Santa Katerina, San Mikiel, San Pawl, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u daħal f’Misraħ il-Knisja għall-ħabta tal-11pm hekk kif intemm il-programm mużikali tal-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957.

Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen AD 1957 għamlet marċ qasir u mbagħad għall-ħabta tad-9:15pm tat bidu għal programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier quddiem il-każin, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tal-Banda Mro. Vincent Bonnici bis-sehem tal-Mezzo Sopran Lucienne Cassar, Amber Bondin u Bernard Busuttil. 

Mat-tmiem tal-programm l-Ghaqda tan-Nar 22 ta’ Frar fi ħdan is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tat bidu għal spettaklu tan-nar tal-art mekkanizzat fil-pjazza għall-ħabta tal-11:30pm

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: