Skip to content

Is-Sit tagħna matul il-festa …

August 8, 2011

Matul il-jiem ta’ festa ta’ San Pietru mijiet daħlu f’dan is-sit eletroniku tagħna biex isegwu l-aktar ċelebrazzjoni popolari f’dan ir-raħal pittoresk u sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa.  Dan jimlina b’pjaċir kbir għax l-għan tagħna huwa li nxerrdu l-ferħ lilkom li intom minn Birżebbuġa; lil dawk li jħobbu l-festi u lil ħutna l-emigranti Birżebbuġin li jkunu jixtiequ jaraw il-festa minn tant ‘il bogħod.  Dan nagħmluh senza interessi mingħajr l-ebda skop ta’ lukru u finanzjarju.

Is-sit li nħoloq ftit snin ilu (www.sanpietru.webs.com) imma li kellu jiġi rivedut u spustat għal web-space differenti b’domain differenti (www.sanpietru.wordpress.com) ftit jiem biss qabel il-festa, irċieva ‘937 unique hits‘ jiġifieri 937 viżitaturi differenti u mhux viżitaturi li jkunu rritornaw lura.  Se nagħmlu ħilitna kollha biex matul is-sena nżommu dan l-ispazju aġġornat.

Għamilna minn kollox biex żammejna lil kulħadd aġġornat b’diversi ritratti u clips tal-festa ta’ San Pietru Appostlu.  Madankollu, sibna xi diffikultajiet li ġiegħluna nikkunsidraw l-affarijiet biex tiġi protetta l-persuna u l-inkolumita tagħna.  Żġur li m’aħniex lesti li nissugraw il-persuna tagħna, l-integrita tagħna  u l-istess saħħitna f’perikli minħabba tensjoni u isteriżmu ta’ xi nies u li minħabba f’hekk qed jispiċċaw jeħlu nies bla bżonn, inkluż aħna li qed nagħmlu minn kollox biex niftħu tieqa fuq il-ħidma kbira taż-żewġ Għaqdiet Mużikali u nferrħu lil ħutna l-emigranti barra minn Malta.  Dan mhux lesti li nagħmluh b’riskju għalina stess.  Nistieden lil kulħadd jirrifletti.

2 Comments leave one →
  1. Brian Debono permalink
    August 8, 2011 11:33 am

    Prosit ta’ din il-website. Hadt pjacir immens nara l-clips tal-vidjos tal-festa ta’ matul il-gimgha tal-festa.

  2. Catherine Falzon permalink
    August 8, 2011 5:17 pm

    Qed naqra dan il-messaġġ u veru jiddispjaċini meta nisma b’dawn l-affarijiet. Jekk qed nifhem sew jiġifieri xi ħadd qalilkom xi ħaġa jew weġġgħawkom? Nispera li mhux hekk għax veru taċ-ċajt. Grazzi lilkom qed nara l-festa kollha għax ftit issib clips fuq il-festa tagħna. Kollox isir bil-ftit nies li hawn anke sempliċiment vidjo. Prosit u nispera li ħaddieħor jifhem ukoll kemm hu sabiħ li tara dawn l-affarijiet fuq l-internet. Grazzi u Prosit.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: