Skip to content

X’rajna Ilbieraħ il-Ġimgħa l-Aħħar tat-Tridu 2011

August 6, 2011

Ilbieraħ fil-knisja kellna l-aħħar tridu biċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar Votiv, Quddiesa bil-priedka twila fuq il-qaddis Patrun tagħna San Pietru, u Reċita tal-Kurunella, Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.  Dawn bdew fil-knisja fis-6:30pm.  Din is-sena se kellna magħna lil Fr. Martin Micallef O.F.M Cap bħala l-predikatur ta’ dawn it-Tridijiet.  Għat-Tridu tal-Ġimgħa bħas-soltu kienu mistiedna speċjali l-koppji miżżewġin; dawk li għadhom kif iżżewġu dawk li għalqu xi anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Fuq barra kellna ż-żewġ baned li taw sehemhom.  Il-Banda San Pietru AD 1957 ġabet l-istatwa tagħha mill-moll ta’ San Ġorġ sa Pretty Bay.  Telqet mill-moll għall-ħabta tas-7pm u waslet Pretty Bay fit-8pm mnejn imbagħad kompliet b’marċ brijuż mat-toroq ta’ Birżebbuġa.

Sadanittant il-Banda Birżebbuġa AD 1990 bdiet marċ gala bl-unuri kollha tagħha u standardi minn quddiem il-każin fit-8pm.  Il-marċ beda minn quddiem il-każin dar għal Triq Santa Katerina, Triq San Mikiel, Triq Żaren Dalli sa Misraħ il-knisja fejn fid-9pm beda programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli.

Mat-tmiem il-programm għall-ħabta tal-11pm daħlet il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 fil-pjazza u kompliet b’dimostrazzjoni fil-pjazza.  Hawnhekk rajna filmat u kanzunetti ppreparati mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri għall-okkażjoni tal-Ħamsa u Għoxrin Sena mit-twaqqif tal-istess Kummissjoni.  Il-ġurnata għalqet bil-ħruq tan-nar sinkronizatt mal-mużika min fuq il-bejt tal-każin fejn wara segwejna t-tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestal  fost l-entużjażmu tal-folla miġbura.

 

Il-ġurnata waslet fi tmiemha bil-ħruq tan-nar tal-art mid-dilettanti tan-Nar tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen AD 1957 (Tal-ħomor).

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: