Skip to content

Il-Ħamis 4 t’Awwissu ::: It-Tieni Tridu

August 5, 2011

Illum il-Ħamis niċċelebraw it-Tienu Tridu.  ‘Tridu’ tfisser jiem ta’ preparazzjoni.  Mela din tiġi t-tiei ġurnata ta’ preparazzjoni għall-festa.  Bħalma l-knisja tipprepara bl-Avvent fil-Milied u r-Randan fl-Għid il-Kbir, il-Knisja tippreparana għall-festa tal-qaddisin bit-Tridijiet.

It-Tridijiet f’Birżebbuġa jiġu ċċelebrati bil-kant tal-Għasar Votiv, Quddiesa bil-priedka twila fuq il-qaddis Patrun tagħna San Pietru, u Reċita tal-Kurunella, Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.  Dawn jibdew fil-knisja fis-6:30pm.  Din is-sena se jkollna magħna lil Fr. Martin Micallef O.F.M Cap bħala l-predikatur ta’ dawn it-Tridijiet.  Għat-Tridu tal-Ħamis jkunu mistiedna speċjali l-Għaqdiet tal-Parroċċa.

Fuq barra kellna programm mimli daqs bajda.  L-attenzjoni prinċipali kienet il-Manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-Baħar.  Din is-sena l-vara ta’ San Pietru tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 (Tal-Iljun u tal-Ħodor) qed tagħlaq 20 sena mill-miġja tagħha f’Birżebbuġa.  Għal dan il-għan il-Kumitat ħaseb li biex iġedded il-memorja ta’ dawk li ħadmu għal din l-istatwa għoxrin sena ilu, jagħmel l-istess traġitt fuq il-baħar kif kienet ġiet l-ewwel darba f’Birżebbuġa.  Dan kien ifisser li minflok tiġi bħas-soltu mill-moll ta’ San Ġorġ, din tiġi minn Marsaxlokk, kif kienet ġiet l-ewwel darba u l-aħħar darba li ġiet restawrata mill-ġdid.  Jekk minix sejjer żbaljat din kienet it-tielet darba li din l-istatwa ġiet minn Marsaxlokk jekk tieħu in konsiderazzjoni l-ewwel miġja tagħha f’Birżebbuġa f’Awwissu tas-sena 1991.

Min kien preżenti seta’ jara n-numru kbir ta’ laneċ li akkumanjaw il-vara tul it-traġitt kollu.  Folla kbira reġgħet kienet preżenti tul ix-xatt kollu min-naħa tal-Pitch tal-Waterpolo sa Wied Il-Buni.  Bla dubju li din hija manifestazzjoni li tant nies minn Malta jkunu qegħdin jistennew.  Il-Banda Birżebbuġa mbagħad laqgħet il-vara sabiħa ta’ San Pietru fejn il-Pitch tal-Waterpolo bid-daqq tal-Innu Popolari lil San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace.  Il-marċ kompla tul Triq Birżebbuġa, fejn l-istatwa ddawret quddiem is-Sede tal-istess Soċjeta’.  Hemmhekk indaqq l-Innu “Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk”, komposizzjoni tas-surmast Mro. Ray Sciberass u versi tal-Prof Oliver Friġġieri.  Il-marċ imbagħad kompla tul it-toroq tal-parroċċa sakemm l-istatwa waslet fil-Bajja s-Sabiħa u ġiet impoġġija fuq il-pedestall sabiħ tagħha xogħol l-aħwa Cutajar.  Hemmhekk beda briju sabiħ min-naħa tal-Partitarji Ljuni.  Inħarqu diversi prexex u fjammi tan-nar minn fuq il-Bajja s-Sabiħa.  Kien hemm kant ta’ marċi u innijiet u l-vara ttellgħet fost iċ-ċapċip u sparklers mgħollijin ‘l fuq.  Wara t-tlugħ tal-Vara fuq il-kolonna assisstejna għall-spettaklu ta’ mużika u kant  min-naħa ta’ Renato u Shirley Galea, fosthom is-song li ħarġet din is-sena ‘Għajta Waħda’ u ‘Birżebbuġa Ssellem Lilek’, din tal-aħħar ħarġet xi snin ilu.

 

Min-naħa l-oħra l-Banda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957 stiednet lis-Soċjeta Filarmonika Sliema taħt it-tmexxija ta’ Mro. Ronnie Debattista biex tagħmel marċ brijuż mill-inħawi tal-Qajjenza, liema marċ intemm quddiem il-Każin Tal-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957, Palazz San Pietru.

Sadanittant id-dilettanti tan-nar taż-żewġ Għaqdiet Mużikali komplew l-aħħar tħejjijiet biex jitlesta n-Nar tal-Art fuq iz-zuntier fix-xogħol tan-Nar tal-Art.  Sa tard bil-lejl kemm dawk tal-Banda San Pietru AD 1957 u kemm dawk tal-Banda Birżebbuġa AD 1990 kienu diġa waqqfu diversi rdieden bil-lest.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: