Skip to content

Il-Ġimgħa 5 t’Awwissu ::: L-Aħħar Tridu

August 5, 2011

Illum il-Ġimgħa niċċelebraw it-Tielet u l-aħħar Tridu.  ‘Tridu’ tfisser jiem ta’ preparazzjoni.  Mela din tiġi t-tielet u l-aħħar ġurnata ta’ preparazzjoni għall-festa.  Bħalma l-knisja tipprepara bl-Avvent fil-Milied u r-Randan fl-Għid il-Kbir, il-Knisja tippreparana għall-festa tal-qaddisin bit-Tridijiet.

It-Tridijiet f’Birżebbuġa jiġu ċċelebrati bil-kant tal-Għasar Votiv, Quddiesa bil-priedka twila fuq il-qaddis Patrun tagħna San Pietru, u Reċita tal-Kurunella, Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.  Dawn jibdew fil-knisja fis-6:30pm.  Din is-sena se jkollna magħna lil Fr. Martin Micallef O.F.M Cap bħala l-predikatur ta’ dawn it-Tridijiet.  Għat-Tridu tal-Ġimgħa jkunu mistiedna speċjali il-koppji miżżewġin, dawk li għadhom kif iżżewġu dawk li għalqu xi anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Fuq barra jkollna ż-żewġ baned li jagħtu sehemhom.  Il-Banda San Pietru AD 1957 se ġġib l-istatwa tagħha mill-moll ta’ San Ġorġ sa Pretty Bay.  Titlaq mill-moll għall-ħabta tas-7pm u tasal Pretty bay fit-8pm mnejn imbagħad tkompli b’marċ brijuż mat-toroq ta’ Birżebbuġa.

Sadanittant il-Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ gala bl-unuri kollha tagħha u standardi minn quddiem il-każin fit-8pm.  Il-marċ jibda minn quddiem il-każin idur għal Triq Santa Katerina, Triq San Mikiel, Triq Żaren Dalli sa Misraħ il-knisja fejn fid-9pm jibda programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli.

Mat-tmiemil-programm għall-ħabta tal-11pm tidħol il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 fil-pjazza u tkompli d-dimostrazzjoni fil-pjazza.  Hawnhekk se naraw filmat u kanzunetti ppreparati mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri għall-okkażjoni tal-Ħamsa u Għoxrin Sena mit-twaqqif tal-istess Kummissjoni.  Ikun hemm ukoll ħruq tan-nar sinkronizatt mal-mużika min fuq il-bejt tal-każin.  Wara jsegwi t-tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestal  fost l-entużjażmu tal-folla miġbura.  Jindaqq l-Innu Marċ u l-Innu Popolari. 

Il-programm dettaljat kollu tal-lum se jkun hekk dan li gej:

  Il-Ġimgħa. 5 ta’ Awwissu
It-Tielet Jum tat-Tridu.

L-Aħħar tat-Tridu

 
  06.30 p.m. Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Fr. Martin Micallef O.F.M. Cap. Nistiednu b’mod speċjali lill-Koppji li kellhom 10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 sena Anniversarju taż-Żwieġ u Koppji li żżewġu matul is-sena.  Wara kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.  
  07:15pm Biex inkomplu nġeddu it-tradizzjoni li kien beda il-mibki Dun Karm Frendo u żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika u bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pietru, jingħata bidu għad-dimostrazzjoni ta’ fuq il-baħar fejn l-istatwa ta’ San Pietru, xogħol l-iskultur Michael Camilleri Cauchi titlaq  mill-moll ta’ San Ġorġ, fejn dawk kollha dilettanti tad-dgħajjes u opri tal-baħar huma mħeġġa biex jakkumpanjaw l-istatwa ta’ San Pietru sa fejn il-moll tal-Bajja s-Sabiħa.  
  8.00p.m.   Mal-wasla tal-istatwa ħdejn il-pitch tal-waterpolo, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen, idoqq l-Innu Popolari.  Wara l-istess Banda tibda marċ tul dawn it-toroq: il-Bajja  is-Sabiħa, San Patrizju,  Despott , San Filippu, San Frangisk, San Ġwann, Żurrieq, 31 ta’ Marzu, Misraħ ir-Repubblika,  San Tumas, Sant’Anġlu, Santa Rita, il-Brolli.  
  08:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ minn quddiem il-każinu jgħaddi minn dawn it-toroq:  Santya katerina, San Mikiel, Żaren Dalli sa Misraħ il-Knisja.  
  09:15pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tesegwixxi programm vokali u strumentali fuq il-lanċier f’Misraħ il-Knisja taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli bis-sehem tal-Kor Xmun Pietru taħt id-direzzjoni ta’ Felicienne Paris. 

PROGRAMM MUŻIKALI TAL-BANDA BIRŻEBBUĠA A.D. 1990

Innu Popolari

Lil San Pietru
Jieħu sehem il-Kor Xmun Pietru

Mużika; Mro Carmelo Pace
Versi: Dun Frans Camilleri

Overture Free Spirit Overture

Jerry Williams

  Virginia Jacob De Haan
Soundtrack The Chronicles of Narnia
The Lion, the Witch and the Wardrobe
Arr. Paul Murtha
Medley Italian Oldies
Azzuro, Mamma mia, l’Italiano, Volare
Arr. Stefan Schwalgin
Medley Country Music for Brass
Rose Garden, On The Road Again, Ring of fire, Take me home.
Tkanta: Marthese Grech
Compile & Arr. Paul Moro
Latin Mambo No.5
(A little bit of …)
Arr. Jay Bocook
Musical Love Story
Ikanta: Johan Briffa
Arr. Francis Lai & Carl Sigman
Medley Santana a Portrait
Fior di Luna, Oyo Come Va, Europa, Smooth
Arr. Giancarlo Gazzani
Solo Feature Under Spanish Skies
Accordian: Simon Farrugia
Arr. Anthony Chircop
Solo Feature Dark Eyes
Accordian: Simon Farrugia
Arr. Anthony Chircop
Musical Selection I will Follow Him from ‘Sister Act’
Kor: Xmun Pietru
Stole/Del Roma/ Plante
Innu San Pietru Fil-Glorja
Kor: Xmun Pietru
Soprano: Marthese Grech
Tenur: Johan Briffa
Mużika: Alex Caruana
Arr. Simon Farrugia
Lirika: Alex Caruana
Innu Lill-Banda Birżebbuġa
Kor: Xmun Pietru
Mużika: Mro. Michael Bugelli
Versi: Joe Julian Farrugia
     

 

 
  11.00p.m. Mat-tmiem tal-Programm tal-Banda Birżebbuġa AD 1990, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tidħol f’Misraħ il-Knisja, fejn nassistu għal filmat u kanzunetti ppreparati mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri għall-okkażjoni tal-Hamsa u Għoxrin Sena mit-twaqqif tal-istess Kummissjoni u wara jsegwi t-tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestal  fost l-entużjażmu tal-folla miġbura. Jindaqq l-Innu Marċ u l-Innu Popolari.  Ikun hemm ħruq tan-nar sinkronizatt mal-mużika min fuq il-bejt tal-każin u wara nar tal-art f’Misraħ il-Knisja.  
  11:30pm Nar tal-Art mill-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957  
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: