Skip to content

L-Erbgħa 3 t’Awwissu ::: L-Ewwel Tridu

August 4, 2011

Fl-Erbgħa tal-festa jibdew it-Tridijiet.  Dawn ikunu 3 u jsiru l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa.  ‘Tridu’ tfisser jiem ta’ preparazzjoni.  Bħalma l-knisja tipprepara bl-Avvent fil-Milied u r-Randan fl-Għid il-Kbir, il-Knisja tippreparana għall-festa tal-qaddisin bit-Tridijiet.

It-Tridijiet f’Birżebbuġa jiġu ċċelebrati bil-kant tal-Għasar Votiv, Quddiesa bil-priedka twila fuq il-qaddis Patrun tagħna San Pietru, u Reċita tal-Kurunella, Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.

Dawn jibdew fil-knisja fis-6:30pm.  Din is-sena se jkollna magħna lil Fr. Martin Micallef O.F.M Cap bħala l-predikatur ta’ dawn it-Tridijiet.  Għat-Tridu tal-Erbgħa jkunu mistiedna speċjali l-morda u l-anzjani tal-parroċċa.

Fuq Barra kellna programm simili ħafna għal dak tat-Tlieta.  Illum kien imissha tagħti sehma l-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 billi stiednet lis-Soċjeta’ Filarmonika Stella Maris ta’ tas-Sliema tagħmel marċ li beda min-naħa tal-Papa u li spiċċa quddiem il-każin fost il-briju u l-entużjażmu tal-partitarji Ljuni.  Min-naħa l-oħra l-Banda San Pietru Fil-Ktajjen A.D. 1957 għamlet attivita’ ġewwa l-Każin tagħha.

 

Sadanittant id-dilettanti tan-nar taż-żewġ Għaqdiet Mużikali bdew il-preparazzjonijiet tagħhom fuq iz-zuntier fix-xogħol tan-Nar tal-Art.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: