Skip to content

Iż-Żewġ għaqdiet Mużikali joħorġu l-Programm Tal-festa tagħhom

August 4, 2011

Il-festa ġġib magħha diversi tradizzjonijet.  Fost dawn it-tradizzjonijiet hemm dik tal-fuljett jew tal-programm tal-festa, jew il-kiteb tal-festa.  Għall-festa tagħna joħorġu 3 kotba, wieħed tal-kappillan u l-ieħor taż-2 Għaqdiet Mużikali.  dawn ikunu ferm sbieħ u ferm interesanti.  Wara dawn il-kotba hemm moħbi ħafna xogħol.  Il-ktieb tal-festa li jiġi f’idek jitlob xogħol kbir u imprezzabbli, ħafna ġiri u ħafna xogħol fin u dettaljat li ma jidhirx u jsir kollu minn wara l-kwinti.  Għal min mhux midħla fix-xogħol tal-karti dan ma jistax jifhmu għax hawn min jaħseb li x-xogħol tal-karti huwa xogħol faċli ħafna, meta fil-verita huwa xogħol metikoliż li jitlob paċenzja u ħila kbira.  Ix-xogħol ta’ dawn il-kotba jinqasam primarjament fit-2: il-ġbir tar-riklami u l-kontenut.  Il-ġbir tar-riklami ma jkunx faċli u dan għax illum saret veru diffiċli biex issib riklam.

It-tieni xogħol huwa dak tal-ġbir tal-informazzjoni, artikli u ritratti.  Isir xogħol kbir ta’ editing u proof reading li jitolbu ħafna ħin.  Lill-istampatur trid tgħaddilu x-xogħol minn kmieni għax barra tal-festa tiegħek huwa jkollu diversi xogħlijiet ta’ festi oħra.  Ta’ min jirringrazzja lir-reklamaturi kollha li jirreklamaw u jkunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-Għaqdiet Mużikali.

Il-ktieb tas-Soċjeta Filarmonika San Pietru bl-isem “Minn Qalb L-Iljuni” fil-faċċata ġabu l-istatwa ta’ San Pietru proprjeta’ tal-istess Soċjeta li din is-sena qed tagħlaq l-20 sena tagħha mill-wasla tagħha f’Birżebbuġa.  Fl-istess ktieb barra l-messaġġu u l-awgurji tal-festa nsibu diversi artikli relatati mal-banda u artikli differenti.  Fil-kiteb insibu informazzjoni u artikli dwar il-50 sena mill-miġja tal-vara tra’ San Ġużepp f’Birżebbuġa; dwar il-Kappella tal-Kunċizzjoni li din is-sena qed tagħlaq il-150 sena mir-rikostruzzjoni tagħha; artiklu interessanti u oriġinali kif jaf jagħmel is-Sur Mario Sant bl-isem ‘Gwida Sempliċi biex taqra u tifhem il-Bibbja’; artiklu interessanti dwar ‘Għar Ħasan’ tal-Kav. Mario Coleiro; Bijografija dwar Joseph Mary Jenius miktub minn Joe Julian Farrugia; artiklu interesanti ferm dwar l-Għarqa tal-bastiment Ingliż Breconshire fil-Bajja tagħna matul it-Tieni Gwerra Dinjija miktub minn Conrad Damato f’isem l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa; dettalji dwar Stained Glass ta’ San Piertru fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor tas-Sliema; Bijografija dwar il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II; artiklu ieħor dwar l-istorja ta’ Birżebbuġa St. Peter’s u artiklu ieħor interessanti minn Daniel Vella dwar ir-recordings li għamlet matul is-snin l-istess Soċjeta’.

Il-ktieb tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen mhuwa xejn inqas.  Fil-faċċata naraw il-vara titulari ħierġa mill-knisja bil-bandiera Maġġura tal-każin fl-isfond tperper bejn il-vara u l-Knisja.  Dan il-ktieb li jġib l-isem ‘Leħen il-Banda’ għandu diversi artikli interessanti fosthom; il-Kappella tal-Kunċizzjoni ta’ Bengħajsa li kif għidna din is-sena għalqet 150 sena mir-rikostruzzjoni tagħha; tagħrif dwar kwadru ta’ Mattia Preti ta’ San Pietru li jinsab fil-Mużew tal-Arti l-Belt miktub minn Mario Fenech; pubblikazzjoni ta’ poeżika li nkitbet minn ex-kap tal-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa ħafna snin ilu li tagħmel referenza għall-Birżebbuġa u l-festa ta’ San Pietru; atiklu dwar il-vara tal-patrijarka San Ġużepp li għalqet 50 sena mill-miġja tagħha f’Birżebbuġa, liema artiklu ġie miktub minn Conrad Damato f’isem l-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa; artiklu ieħor dwar Mons. Pietru Pawl Saydon u l-konnessjoni tiegħu ma’ Bengħajsa miktub mill-Avukat Mark Fenech Vella LL.D.; artiklu storiku ieħor dwar is-sede presenti tal-Għaqda Mużikali Sn Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 li din is-sena qed jagħlaq il-35 sena tiegħu; artiklu storiku minn Matthew Balzan B.A dwar Il-Fortifikazzjonijet fil-Port tax-Xlokk u Birżebbuġa minn Żmien il-Bronż sal-Era Ingliża; intervista minn Conrad Damato ma’ Alfred McIntyre u t-traġedja tal-Hasting 498; artiklu minn Amanda Bonnici bit-titlu ‘Falkuni f’Ħal Far’; u artiklu ieħor ta’ żmien il-Gwerra bl-isem ‘Żmien ta’ bejn il-gwerer u l-ewwel airshow f’Ħal Far.

Ringrazzjament lir-reklamaturi, lill-kittieba kollha ta’ dawn l-artikli veru interessanti u ta’ dawk kollha li minn sena għal sena jirfinaw dan ix-xogħol tassew kbir li ftit jiġi apprezzat sfortunatment.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: