Skip to content

Il-Programm tal-Festa ta’ San Pietru Birżebbuġa 2011

August 4, 2011
 

Il-Programm ta’ festi Qabel il-ġimgħa tal-Festa

 
  L-Erbgħa 27ta’ Lulju    
  06.30 p.m. Sports Rally għat-tfal u ż-żgħażagħ fi Triq il-Kostituzzjoni.  
       
       
       
  l-Ħamis 28 ta’ Lulju    
  06.30 p.m. Quddiesa u Adorazzjoni animata mill-Kummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa.  
       
       
       
  s-Sibt. 30 ta’ Lulju    
  05.30 p.m.  Quddiesa b’suffraġju għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-ohra ‘l hawn. Mistiedna b’mod speċjaii l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom.  
  07.30 p.m. Lejla Sajfija (l-1 Parti) fi Ġnien l-lndipendenza.  
       
       
       
  Il-Ħadd. 31 ta’ Lulju    
  08.00 a.m. Quddiesa bi Gruppi u Għaqoiet li jieħdu sehem fil-festa.  
  09.00 a.m. Quddiesa li fiha ssir ii-preżentazzjoni tat-trabi li twieldu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn.  Tinghata tifkira.  
  11.00 a.m. Quddiesa animata miż-żgħażagħ.  
  06.30 p.m. Lejla Sajfija (it-2 Parti) fi Ġnien l-lndipendenza.  
       
       
       

Il-Programm tal-Festa Titulari ta’ San Pietru Fil-Ktajjen Birżebbuġa 2011

       
  It-Tnejn, 1 ta’ Awwissu
Ħruġ tal-Vara min-Niċċa.

Ħruġ tal-Vara Min-Niċċa

 
  07:15pm Il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 u l-Banda Birżebbuġa AD 1990 jingħaqdu f’Mass band sabiex jilqgħu l-istatwa tal-Vara Titulari ta’ San Pietru Patrun ta’ Birżebbuġa fil-ħruġ tagħha mill-knisja Parrokkjali bid-daqq tal-Innu Popolari, kompozizzjoni ta’ Mro. Carmelo Pace taħt it-tmexxija taż-żewġ surmastrijiet tal-baned.  
  07.30 p.m. Ħruġ tal-Vara. Isir il-ħruġ tal-lstatwa ta’ San Pietru fuq iz-zuntier. Tingħad il-Kurunella u jitkanta l-lnnu. Tfal li rċevew I-Ewwel Tqarbina ser jippreżentaw fjura lil San Pietru. Jieħdu sehem il-baned lokali.  
  08:00pm Il-Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ brijuż minn Misraħ il-Knisja u jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Kurat Fenech, Triq Sant’Anġlu, Triq Santa Rita, Triq il-Qolla, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kostituzzjoni, Misraħ ir-Repubblika, Triq it-13 ta’ Diċembru, Triq San Ġwann, Triq iż-Żibra, il-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżebbuġa sa quddiem il-każin  
    Il-Banda San Pietru Fil-Ktajjen tibda marċ madwar it-toroq ta Birżebbuġa li jgħaddi mit-toroq: Santa Katerina, il-Knisja, il-Bajja s-Sabiħa, Profs. Anton Tabone, Żurrieq, 13 ta’ Diċembru, il-Kostituzzjoni, Misraħ ir-Repubblika, il-Qolla, it-Tħabrik, Port Ħieles, Bżulija, Santa Rita, ix-Xogħol, l-Għodda, Sant’Anġlu, Misraħ il-Knisja u nispiċċaw quddiem il-Każin Palazz San Pietru.  
       
       
       
  t-Tlieta, 2 ta’ Awwissu    
  08.00 a.m. It-tfal jiltaqgħu l-Museum tas-Subien minn fejn titlaq purċissjoni bil-kwadru ta’ San Pietru sal-Knisja.  
  08.30 a.m. Quddiesa għat-tfal bi preżentazzjoni fuq il-ħajja ta’ San Pietru u tqassim tal-medalji fil-Knisja Parrokkjali.  
  09:00pm L-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 tistieden lill- Big Friends Guggen Musik Band biex tagħmel programm fuq il-planċier tal-istess Għaqda Mużikali.  
    Is-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990, torganizza Get Together għall-partitarji fil-każin.  
       
       
       
  L-Erbgħa, 3 ta’ Awwissu
L-Ewwel Jum tat-Tridu.

 L-Ewwel Tridu tal-Festa

 
  06.30 p.m. Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Fr. Martin Micallef O.F.M. Cap. Nistiednu b’mod speċjali lill-Morda u lill-Anzjani. Wara. Kurunella. Antifona u Barka Sagramentali.  
  08.30 p.m. Is-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990, tistieden lis-Soċjeta’ Filarmonika Stella Maris ta’ tas-Sliema biex tagħmel marċ li jibda minn Triq Tal-Papa u jgħaddi minn dawn it-toroq: Trunċieri, L-Imnarja, Florence Nightingale, Rizza, Il-Kanġu, il-Qroll, il-Gawwi, iċ-Ċief, Port Ħieles, is-Sebħ, il-Ġurġier, San Ġwann, San Franġisk Saverju, Port Ħieles, il-Kartaġiniżi, Alessandru, San Edwardu, il-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżebbuġa fejn jintemm il-marċ quddiem is-Sede tas-Soċjeta’.  
  09:00pm Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen AD 1957 torganizza Get Together għall-partitarji tal-istess Għaqda.  
       
       
       
  Il-Ħamis. 4 ta’ Awwissu
It-Tieni Jum tat-Tridu.

It-Tieni Tridu tal-Festa

 
  06.30 p.m. Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Fr. Martin Micallef O.F.M. Cap  Mistiedna speċjaii l-Ghaqdiet ta’ Birżebbuġa.  Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.  
  07:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tagħmel il-marċ popolari bl-istatwa tas-Soċjeta’.  Dan jibda bil-manifestazzjoni ta’ San Pietru fuq il-Baħar, li hija tradizzjoni unika f’pajjiżna, tradizzjoni li l-festa tagħna ta’ Birżebbuġa hija sinonima magħha.  Fl-okkażjoni tal-20 Sena Anniversarju mill-miġja tal-istatwa preżenti tas-Soċjeta’ (1991-2011), id-dilettanti kollha tal-bċejjeċ tal-baħar jinġabru fil-Port ta’ Marsaxlokk biex nakkumpanjaw l-istatwa ta’ San Pietru sal-Moll tal-Bajja s-Sabiħa.  
  08:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tilqa’ l-istatwa tagħha stess fil-Bajja s-Sabiħa fost il-ħruq ta’ logħob tan-nar addatta minn fuq ir-ramla ta’ Pretty Bay.  Wara l-Banda takkumpanja l-istatwa ta’ San Pietru fil-Ktajjen billi tgħaddi minn dawn it-toroq: Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa fejn hawnhekk jitkanta l-Innu tradizzjonali ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ mis-Soprana Marthese Grech, mużika ta’ Mro. Ray Sciiberras u Lirika tal-Prof Oliver Friġġieri.  Il-marċ ikompli minn daw n it-toroq: Misraħ il-Knisja, iż-Żurrieq, 13 ta’ Diċembru, San Ġwann, San Edwardu, Misraħ is-Summit, Triq San patrizju, Triq il-Progress, San Filippu għall-Bajja s-Sabiħa fejn hemmhekk l-istatwa tittellgħa fuq il-kolonna artistika maħduma mill-aħwa Cutajar fost il-briju kbir tal-partitarji u ħruq tan-nar minn fuq ir-Ramla ta’ Birżebbuġa.  
  08:00pm L-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen tistieden lis-Soċjeta Filarmonika Sliema ta’ Tas-Sliema biex taħt it-tmexxija ta’ Mro. Ronnie Debattista tagħmel marċ li jibda minn quddiem il-Kampanjol Restaurant fl-inħawi fl inħawi tal- Qajjenza li jkompli mit-toroq: l-Għanneja, Daqqaqa, L-Iżbark tat-Torok, Fossili, Batterija, FM Ferretti, Għasar, S.Cachia Zammit, Għar Dalam, Birżebbuġa, San Pietru, Tankijiet, il-Bieqja, Santa Katerina, il-Bandli u tispiċċa f’Misraħ il-Knisja sa quddiem il-Każin.  
       
       
       
  Il-Ġimgħa. 5 ta’ Awwissu
It-Tielet Jum tat-Tridu.

L-Aħħar tat-Tridu

 
  06.30 p.m. Quddiesa bl-Għasar bil-Malti mmexxija minn Fr. Martin Micallef O.F.M. Cap. Nistiednu b’mod speċjali lill-Koppji li kellhom 10, 25, 30, 35, 40, 45, 50 sena Anniversarju taż-Żwieġ u Koppji li żżewġu matul is-sena.  Wara kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.  
  07:15pm Biex inkomplu nġeddu it-tradizzjoni li kien beda il-mibki Dun Karm Frendo u żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika u bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Pietru, jingħata bidu għad-dimostrazzjoni ta’ fuq il-baħar fejn l-istatwa ta’ San Pietru, xogħol l-iskultur Michael Camilleri Cauchi titlaq  mill-moll ta’ San Ġorġ, fejn dawk kollha dilettanti tad-dgħajjes u opri tal-baħar huma mħeġġa biex jakkumpanjaw l-istatwa ta’ San Pietru sa fejn il-moll tal-Bajja s-Sabiħa.  
  8.00p.m.   Mal-wasla tal-istatwa ħdejn il-pitch tal-waterpolo, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen, idoqq l-Innu Popolari.  Wara l-istess Banda tibda marċ tul dawn it-toroq: il-Bajja  is-Sabiħa, San Patrizju,  Despott , San Filippu, San Frangisk, San Ġwann, Żurrieq, 31 ta’ Marzu, Misraħ ir-Repubblika,  San Tumas, Sant’Anġlu, Santa Rita, il-Brolli.  
  08:00pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda marċ minn quddiem il-każinu jgħaddi minn dawn it-toroq:  Santya katerina, San Mikiel, Żaren Dalli sa Misraħ il-Knisja.  
  09:15pm Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tesegwixxi programm vokali u strumentali fuq il-lanċier f’Misraħ il-Knisja taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli bis-sehem tal-Kor Xmun Pietru taħt id-direzzjoni ta’ Felicienne Paris. 

PROGRAMM MUŻIKALI TAL-BANDA BIRŻEBBUĠA A.D. 1990

Innu Popolari

Lil San Pietru
Jieħu sehem il-Kor Xmun Pietru

Mużika; Mro Carmelo Pace
Versi: Dun Frans Camilleri

Overture Free Spirit Overture

Jerry Williams

  Virginia Jacob De Haan
Soundtrack The Chronicles of Narnia
The Lion, the Witch and the Wardrobe
Arr. Paul Murtha
Medley Italian Oldies
Azzuro, Mamma mia, l’Italiano, Volare
Arr. Stefan Schwalgin
Medley Country Music for Brass
Rose Garden, On The Road Again, Ring of fire, Take me home.
Tkanta: Marthese Grech
Compile & Arr. Paul Moro
Latin Mambo No.5
(A little bit of …)
Arr. Jay Bocook
Musical Love Story
Ikanta: Johan Briffa
Arr. Francis Lai & Carl Sigman
Medley Santana a Portrait
Fior di Luna, Oyo Come Va, Europa, Smooth
Arr. Giancarlo Gazzani
Solo Feature Under Spanish Skies
Accordian: Simon Farrugia
Arr. Anthony Chircop
Solo Feature Dark Eyes
Accordian: Simon Farrugia
Arr. Anthony Chircop
Musical Selection I will Follow Him from ‘Sister Act’
Kor: Xmun Pietru
Stole/Del Roma/ Plante
Innu San Pietru Fil-Glorja
Kor: Xmun Pietru
Soprano: Marthese Grech
Tenur: Johan Briffa
Mużika: Alex Caruana
Arr. Simon Farrugia
Lirika: Alex Caruana
Innu Lill-Banda Birżebbuġa
Kor: Xmun Pietru
Mużika: Mro. Michael Bugelli
Versi: Joe Julian Farrugia
     

 

 
  11.00p.m. Mat-tmiem tal-Programm tal-Banda Birżebbuġa AD 1990, il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tidħol f’Misraħ il-Knisja, fejn nassistu għal filmat u kanzunetti ppreparati mill-Kummissjoni Żgħażagħ Ajklieri għall-okkażjoni tal-Hamsa u Għoxrin Sena mit-twaqqif tal-istess Kummissjoni u wara jsegwi t-tlugħ tal-istatwa  fuq il-pedestal  fost l-entużjażmu tal-folla miġbura. Jindaqq l-Innu Marċ u l-Innu Popolari.  Ikun hemm ħruq tan-nar sinkronizatt mal-mużika min fuq il-bejt tal-każin u wara nar tal-art f’Misraħ il-Knisja.  
  11:30pm Nar tal-Art mill-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957  
       
       
       
  Is-Sibt, 6 ta’ Awwissu
Lejlet il-Festa.

Lejlet il-Festa

 
  08.30 a.m. Quddiesa li fiha jitkanta l-lnnu ta’ Ringrazzjament (Te Deum). Imexxi Rev. Dun Frans Schembri.  
  05.00 p.m.  Quddiesa.  
  06.15 p.m. Translazzjoni Sollenni mill-Kappella tas-Sagra Familja u wara Quddiesa Sollenni li fiha jitkanta I-Għasar bil-Malti, immexxija minn Mons. Louis Camilleri. Niftakru fil-Benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa.  
  08.00 p.m. Quddiesa ohra.  
  08.00 p.m. Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tibda marċ minn quddiem il-każin li jgħaddi minn dawn it-toroq : Santa Katarina, il-Knisja, Bajja is-Sabiħa, Triq Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja.  
  08.15 p.m. Is-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tistieden lill-Għaqda Mużikali Marija annunzjata ta’ Ħal Tarxien biex tagħmel marċ mat-toroq ta’ Birżebbuġa li se jkun dawn:Misraħ il-Knisja, Brolli, Santa Rita, San Ġużepp, Birżebbuġa, San Ġorġ, Dawret il-Qalb Imqaddsa, Santa Marija, Santa Katerina, San Mikiel, San Pawl, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa sa Misraħ il-Knisja.  
  09.15p.m  Il-Banda San Pietru fil-Ktajjen tagħti bidu għal programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier quddiem il-każin, taħt id-direzzjoni Surmast Direttur tal-Banda Mro. Vincent Bonnici bis-sehem tal Mezzo Sopran Lucienne Cassar, Amber Bondin u Bernard Busuttil. 

PROGRAMM MUŻIKALI TAL-BANDA SAN PIETRU FIL-KTAJJEN AD 1957

Allegro

Eine Kleine Nachtmusik

W.A. Mozart

March Coronation March (1849)

Giacomo Mayebeer

Waltz Estudiantina Emil Waldteufel
Mattinata Mattinata
L’Aurora di Bianco Vestita
Tkanta: Lucienne Cassar
Ruggiero Leoncavallo
Song Granada
Ikanta: Bernard Busuttil
 
Song One Moment in Time
Tkanta: Amber Bondin
Albert Hammond & John Bettis
Overture Egmont Beethoven
Song Vivo Per Lei
Ikantaw: Bernard Busuttil u Amber Bondin
Gatto Panceri & Valerio Zelli
Soundtrack Pearl harbour – War
Jidderieġi Matthew Fenech
Hans Zimmer
Arr: Erik Debs
Song Due canzoni – Surdato Innamorato
Tkanta: Lucienne Cassar
Luigi Denza
Arr. Frank Galea.
Song Mambo Sway
Tkanta; Amber Bondin
Pablo Bertran Ruiz
Overture Light Cavalry Franz Von Suppe

 

 
  11:30pm Spettaklu ta’ Nar tal-Art Mekkanizzat mis-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990.  
       
       
       
  Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu Jum il-Festa.

Jum il-Festa

 
  06:00am Quddiesa letta  
  07:00am Quddiesa letta fil-Knisja Parrokkjali u fil-Kappella ta’ Bengħisa.  
  07:30am Quddiesa bil-malti fil-Kappella ta’ San Ġorġ.  
  08:00am Quddiesa letta  
  09:00am Konċelebrazzjoni Sollenni mmexxija minn Mons Louis Camilleri. Jinseġ il-Paneġierku Fr. Nicholas Cachia.  
  10:00am Quddiesa letta fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb.  
  10:30am Quddiesa bl-Ingliż fil-Kappella ta’ San Ġorġ.  
  11:00am Quddiesa letta  
  11:00am Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda l-marċ popolari u tradizzjonali ta’ filgħodu minn quddiem il-każin tas-Soċjeta u jkompli jgħaddi matul dawn it-toroq: Birżebbuġa, Il-Bajja s-Sabiħa, id-Duluri, San Mikiel, San Pietru, Tankijiet, Żaren Dalli, Misraħ il-Knisja, is-Sajjied, Sant’Anġlu, ż-Żurrieq, San Ġwann, iż-Żibra, l-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżrbbuġa fejn jintemm quddierm is-Sede tal-istess Soċjeta’ fost briju kbir u spettakolari.  
  11.30a.m Il-Banda tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957 tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu, bl-eżekuzzjoni  ta’ marċi brijuzi fost il-briju tal-partitarji.  Il-marc jibda minn quddiem il-każin u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Brolli,  San Ġużepp, Birżebbuġa, it-Tankijiet, Santa Katarina,  San Mikiel,  San Pawl, Bajja Sabiħa, Misraħ Bush u Gorbachev, San Patrizju, San Frangisk Saverju, San Filippu, Bajja Sabiħa, Prof’s A.Tabone ,  iż-Żurrieq , Misraħ il-Knisja fejn jilħaq il-qofol tieghu quddiem il-Kazin tas-Għaqda u jintemm ghall-ħabta tas-2.30pm.  
  06.00 p.m. Quddiesa bil-kant tal-Għasar bil-Malti minn Fr. Joseph Ciappara OFM.  
  06:15p.m. Il-Banda mistiedna tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1957, il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, tibda marċ mill-Bajja s-Sabiħa u jgħaddi minn dawn it-toroq: A Tabone, iż-Żurrieq, sa Misraħ il-Knisja fejn hemmhekk tilqa’ l-ħruġ tal-vara artistika u devota ta’ san Pietru fil-Ktajjen u tkompli takkumpanjah matul il-purċissjoni sal-Bajja s-Sabiħa.  Wara l-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tesegwixxi programm Mużikali fuq il-planċier tas-Soċjeta’ Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa AD 1990, u ttemm is-servizz tagħha billi tilqa’ l-istatwa ta’ San Pietru fid-dħul tal-Pjazza.  
  07.00 p.m.     Jingħata bidu għall-ħruġ tal-purcissjoni, bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa, xogħol mill-isbaħ skolpit fl-injam  mill-iskultur Taljan Ferdinando Stufflesser. Il-Banda mistiedna tal-Għaqda Muikali San Pietru AD 1957, l-Għaqda Mużikali Vittorja tan-Naxxar taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Roderick Buġeja, tibda programm fuq il-planċier fejn wara takkumpanja l-purċissjoni bil-vara titulari ta’ San Pietru minn ħdejn il każin tal-Labour u jassistu għad-dħul tal-Istatwa fuq iz-zuntier.  
    Il-Purċissjoni bl-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Patrun ta’ Birżebbuġa se tkun immexxija minn Fr. Joseph Ciappara OFM.  
  10.30 p.m. Isir id-dħul tal-vara fil-Knisja fejn tindaqq l-antifona.  Wara l-purċissjoni, il-Festa tagħlaq bl-Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u bil-Bews tar-Relikwija.  
  11.00 p.m. Il-Banda San Pietru ttemm l-impenji mużikali ta’ din is-sena bil-marċ ta’ l-aħħar f’Misrah il-Knisja.  
    Is-Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa AD 1990 tibda l-marċ tan-nar mill-Bajja s-Sabiħa fejn titniżżel il-vara tas-Soċjeta’ u ssir dimostrazzjoni qasira tul Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjeta fejn tiddaħħal ġewwa fost il-briju u l-ferħ tal-Partitarji.  
       
       
  Il-Ħamis, 11 ta’ Awwissu    
  06.30 p.m. Quddiesa u ftit ħin ta’ Adorazzjoni b’radd il-ħajr ‘l Alla u nitolbu għal kull min għin fil-Festa.  
       
No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: