Skip to content

Il-Ħruġ min-Niċċa ::: 1 ta’ Awwissu 2011

August 4, 2011

Nhar l-1 t’Awwissu Jum il-festa Liturġika ta’ San Pietru fil-Ktajjen ħabtet il-ġurnata tal-ħruġ min-niċċa ta’ San Pietru Appostlu.  Fis-7:30pm il-parruċċani kollha intasbu fuq iz-zuntier biex jassistu għall-ħruġ ta’ San Pietru fuq iz-zuntier.  Din kienet okkażjoni sabiħa u ta’ darba f’sena.  Hija okkażjoni emozjonanti ħafna.  Il-ħruġ min-niċċa f’Birżebbuġa hiġa ġurnata mistennija ħafna għal diversi raġunijiet, l-ewwel nett għax hija l-ġurnata li tiftaħ il-festa, hija l-ġurnata li fiha nerġgħu naraw lil San Pietru barra u hija l-ġurnata fejn il-baned jerġgħu isemmgħu leħinhom wara assenza kbira ta’ xhur.  Il-festa f’Birżebbuġa tfisser ħafna affarijeit oħra fosthom l-armar li jintrama mal-faċċata tad-dar, il-marċi li jsiru marul il-ġimgħa, San Pietru fuq il-baħar imdawwar bil-laneċ, in-nar tal-art mekkanizzat fil-pjazza u ma dawn irridu nsemmu wkoll dawk id-dilettanti li jqattgħu ġranet u ljieli sħaħ jarmaw in-nar tal-art imma li tant iferħuna.  Insomma l-Ħruġ min-niċċa hija bħal meta ninawguraw xi wirja jew xi bini, hija ż-żigarella li naqtgħu bl-imqass.

Fis-7:30pm kulħadd beda jħares lejn bieb il-knisja li kien miftuħ beraħ bil-lest.  Forsi mhux l-istess jagħmel ħaddieħor li biex iżid fl-atmosfera jħallih magħluq u jinfetaħ għall-għarrieda u f’daqqa meta l-istatwa tkun diġa qiegħda warajh.  Imma l-atmosfera li jkollna aħna f’Birżebbuġa tkn waħda sabiħa.  Jista’ jkun li tlifna xi elementi tort ta’ mentalita riġida u fundamentalista, li titlob riflessjoni, imma dan il-ħruġ min-niċċa baqa’ dejjem jiġbed folol kbar ta’ nies.  Fis-7:30pm meta n-nies mill-bogħod ta’ fuq iz-zuntier tara dik l-ombra ġejja ta’ ġolf, ta’ bniedem kbir isellem mgħolli ‘l fuq, tibda ċċapċap u kull tifel jew tifla li jkun mal-art itellgħuh fuq l-ispalla biex ikun jista’ jara l-qaddis li tgħammed taħtu.  Imbagħad isemmgħu leħinhom iż-żewġ baned li dan l-ħħar snin rajnihom flimkien maqgħqudin f’banda waħda, waħda b l-uniformi ħadra u l-oħra bl-uniformi ħamra pero banda waħda.  Iż-żewġ baned daqqew l-Innu Popolari lil San Pietru ta’ Carmelo Pace u mbagħad daqqew ukoll Marċ ġdid li żżanżan din is-sena bl-isem ‘Fil-ħruġ min-Niċċa’ ta’ Mro. Ronnie Debattista u li huwa proprjeta’ tal-parroċċa.

L-istatwa ħarġet fuq iz-zuntier bid-daqq tal-Innu Popolari miż-2 baned fost iċ-ċapċip tal-pubbliku u wara li ġiet reċitata l-kurunella saru l-messaġġi miż-2 presidenti tal-għaqdiet Mużikali flimkien mad-diskors tal-kappillan.  Wara dan saret iċ-ċerimonja tal-għotja tal-fjuri mit-tfal li għamlu l-preċett din is-sena.  Eżatt wara l-vara niżlet minn fuq it-taraġ tal-bieb tal-knisja u mxiet fuq iz-zuntier, fejn iż-żewġ baned infetħu biex il-vara tgħaddi min-nofshom.  Hawnhekk indaqq għall-ewwel darba l-marċ “Fil-Ħruġ tal-Vara” ta’ Mro. Ronnie Debattista proprjeta’ tal-knisja parrokkjali.  Kif waslet fit-tarf taz-zuntier il-vara daret lura u hawnhekk iż-żewġ baned daqqew l-Innu Popolari lil San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace.

Malli l-vara daħlet ġewwa, il-baned skjeraw ruħhom quddiem il-knisja.  Hawnhekk beda l-marċ miż-żewġ baned fost il-briju tal-partitarji.  Iż-żewġ baned imbagħad qabdu r-rotot rispettivi tagħhom, bil-Banda Birżebbuġa AD 1990 li rħitilha lejn wara l-knisja u l-Banda San Pietru AD 1957 li marret lejn il-Bajja s-Sabiħa.  Iż-żewġ marċi ġew fil-konklużjoni tagħhom għall-ħabta tal-11:00pm u l-11:15pm fost il-ferħ tal-partitarji quddiem il-każin taż-żewg Għaqdiet Mużikali.

Ta’ min isemmi wkoll in-nar li nħaraq mat-tokki tat-8 ta’ filgħodu u nofsinhar kif ukoll il-ħruq tas-salut u l-kaxxa tal-ħruġ u l-ħruq ta’ murtaletti mal-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier.  Dawn ħarquhom id-dilettanti tan-nar tal-Għaqda Mużikali San Pietru Fil-Ktajjen AD 1957.  Il-Banda Birżebbuġa AD 1990 ħarqet fjammi u prexex tal-kulur u kaxxa infernali tal-kulur mill-Bajja s-Sabiħa waqt li l-marċ kien għaddej mix-xatt.

VIVA SAN PIETRU APPOSTLU, PATRUN U MISSIER ĦANIN TAL-BIRŻEBBUĠIN KOLLHA.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: