Skip to content

Mro. Carlo Diacono f’Birzebbuga sa mis-sena 1897 !!!

July 18, 2011

 

Din l-aħħar skoperta li għadha kif saret mill-kollega tagħna s-Sur Michael Balzia, sirna nafu li Mro. Carlo Diacono kien ilu jiġi jħabbat il-mużika tiegħu sa’ mis-sena 1897 f’Birżebbuġa.  Dan ifisser li Mro. Carlo Diacono kien ilu ħafna jiġi ġewwa Birżebbuġa, anke meta konna għadna ma sirnix parroċċa.  Il-festa in kwistjoni hija dik li kienet issir fil-kappella viċendarja tas-Sagra Famiglia fi Triq iż-Żurrieq.  Il-kappella tad-Duluri kienet lanqas għadha nbniet!  Dan biex nuru x’rabta kellu Mro. Carlo Diacono ma’ Birżebbuġa.

Fost id-dati importanti ta’ din il-kappella nsibu dawn li ġejjin:

  • 1861:   Fis-sena 1861, saret talba minn Michele Albanese flimkien ma’ Luigi O. Doublet sabiex fl-inħawi ta’ Birżebbuġa tinbena kappella.
  • 1865:   Il-kappella ddedikata lis-Sagra Familja nbniet f’Birżebbuġa fl-1865 wara talba li saret lill-Isqof Gaetano Pace Forno mill-istess arkitett Doublet flimkien mas-saċerdot Dottor Antonio Albanese. L-Isqof kien laqa’ t-talba nhar l-20 ta’ Frar parzjalment għaliex ried jinforma lill-kappillan tal-Gudja, Dun Giovanni Battista Zammit.
  • 1865:   L-ewwel ġebla tqiegħdet mill-Perit L.O. Doublet u tbierket minn Dun Antonio fid-29 ta’ Ġunju 1865.
  • 1893:   Fil-25 ta’ Marzu, 1893, inżammet għall-ewwel darba f’Birżebbuġa l-“Via Matris” bis-sehem ta’ Don Saverio Mamo, rettur tal-Knisja ta’ Birżebbuġa, il-Kanonku Don Giovanni Bonnici, is-Sur Luigi Cafiero li dderieġa kor ta’ tfal u l-villeġġjant il-Kanonku Mons. Spir Penza.

Dan l-artiklu li qed inġibu stampa tiegħu ġie meħud mill-ġurnal Malti ta’ dak iż-żmien il-Portafoglio Maltese tat-23 t’Awwissu 1897, barra li jgħid li kien ġie Maestro Carlo Diacono jħabbat għall-festa tas-Sagra Famiglia, jgħid ukoll li għall-istess festa in-nies attendiet bi ħġarha għall-funzjonijiet tal-festa u ħadet pjaċir immens bil-mużika tal-bravu maestro Żejtuni Mro. Carlo Diacono.  Ir-rapport jgħid ukoll li għall-okkażjoni, ix-xatt ta’ Birżebbuġa u t-triqat prinċipali tar-raħal ta’ Birżebbuġa ġew illuminati u fuq ħafna bjut u galleriji, kien hemm min waħħal xi bandiera jew faldrappa mal-gallerija (vessillo).  Interessanti wkoll meta l-ġurnal isemmi li l-baned kienu jiġu flimkien mal-partitarji rispettivi tagħhom fuq xi lanċa u mbagħad jinżlu x-xatt u jdoqqu għan-nies ta’ Birżebbuġa u għall-partitarji tagħhom.  Il-baned imsemmija huma dawk ‘La Vincitrice’ tal-Isla u l-Banda San Ġorġ ta’ Bormla.

Dan kollu juri kemm f’Birżebbuġa minn dejjem kienu jiġu festeġġati festi sbieħ b’karattersitiċi forsi ftit differenti minn festi oħrajn speċjalment minħabba l-baħar.  Dan il-ġurnal jagħti prova oħra tar-rabta li teżisti bejn Mro. Carlo Diacono u l-festi li kienu jsiru ġewwa l-knejjes f’Birżebbuġa.  Għalhekk wieħed ma jistax jagħmel ta’ bir-ruħu li din ir-rabta qatt m’eżistiet jew agħar minn hekk kien hawn min prova jxerred il-gidba faħxija li f’Birżebbuġa mhux vera li xi darba kieniu jsiru festi interni dekorużi.  Mhux talli kienu jsiru festi dekorużi fuq ġewwa, imma għandna provi biżżeejed biex ngħidu li surmastrijiet bħal Carlo Diacono kienu jiġu jħabbtu anke f’festi li kienu jsiru fil-kappelli sbieħ tagħna ta’ Birżebbuġa.  Għandna provi biżżejjed biex ngħidu wkoll li fuq ġewwa f’Birżebbuġa, qabel ma dawn ġew maqtula mill-Kleru, kienu jsiru fost l-isbaħ festi Interni f’pajjiżna.

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: