Skip to content

Guestbook

Tul dawn is-snin kollha, dan il-guestbook ħallejtu miftuħ anke jekk sfortunatament ftit li xejn kelli ħin biex nimmonitorjah.  Dan l-aħħar kif kont qed nagħmel l-aħħar updates fil-festa dehru messaġġi strambi, li riedu jagħmlu ċertu insinwazzjonijiet anke jekk a loro volta inkitbu mingħajr firma ta’ isem imma b’titlu biss.  Ma jfissirx li ma nafx min hu jew min hi.  F’dan il-guestbook deher ukoll kliem ħażin għall-aħħar fil-ġranet tal-festa, dagħa kbir.  Mhux hekk biss imma saħansitra xi ħadd aplowdja ritratti personali ta’ nies li skont hu dawn qed jiffurmaw parti mill-Grupp Ċentinarju tal-Parroċċa, li hija stramba ħafna peress li l-Amministrazzjoni Parrokkjali għadha ma ħabbritx min huma n-nies ta’ dan il-grupp.  Allura wieħed jistaqsi min kien dan jew din li kienu fil-pussess ta’ din l-informazzjoni?  L-informazzjoni mad-daqqa t’għajn ma kinitx każwali imma kienet tidher attendibbli ħafna.  U wieħed jistaqsi kif u minn fejn ġew akkwistati dawn ir-ritratti personali tan-nies?  Għamiltha ċara mill-bidu nett li waħda min-normi ta’ dan l-ispazju kien li ma jkunx hawn dagħa u ritratti personali ta’ nies, iktar u iktar jekk mhumiex nies pubbliċi.

Evalwazzjoni ta’ malajr dwar dak li qed jiġri madwarna, tinnota li spazji simili ta’ dan addottaw sistema li fiha timmaġinak li qed tgħix f’Utopia.  Li kieku ridna ngħidu li għandna kollox perfett, ma konnix naraw raġuni li niftħu spazju fejn in-nies tkun tista’ tagħti l-veduti tagħha.  Dan il-proċess pero’ ġie mhedded taħt punti di vista differenti, bi statements ekwivoċi u ambigwi.  Dan l-ispazju ma joqgħodx għal dan it-theddid u għalhekk filwaqt li dan is-sit se jibqa’ jiġi aġġornat b’aħbarijiet (ħin jippermetti), l-ispazju għall-kelma tal-viżitaturi qed jingħalaq għal perjodu indefinit, sakemm nagħrfu eżatt nieħdu l-posizzjoni tagħna.

Webmaster
23/9/2012

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: