Skip to content

Editorjal 2014: Tħobbha l-festa ta’ San Pietru?

July 25, 2014

DSCF1680

Il-festa tagħna ta’ Birżebbuġa waslet.

Nhar it-Tnen il-Patrun narawh ħiereġ mill-Bieb tal-Knisja.  Għal ħafna minnha dan ikun mument straordinarju.  Ħafna jkunu ilhom jistennew dan il-mument sena sħiħa.  Xi jfisser għalik San Pietru?  Int li tgħix Birżebbuġa, tħobbha l-festa ta’ San Pietru?

Il-festa ta’ San Pietru baqgħet l-unika ħaġa li n-nies ta’ dan ir-raħal jorganizzaw flimkien.  M’għandna xejn iktar.  Il-festa għandha tkun is-simbolu ta’ dan ir-raħal li biha rridu nuru x’kapaċitajiet għandna mal-bqija ta’ Malta.  Int kemm tħossok marbut u kburi li tgħammidt u għixt f’Birżebbuġa?  Għandek sense of belonging?  Kburi li int tifforma parti minn din il-belt ħdejn il-baħar fejn rat il-bidu tagħha l-ewwel ċiviltà ta’ Malta b’Għar Dalam?  Jingħad ħafna diskors fuq il-festi Maltin.  Rari jingħad imma li l-festi huma riżultat ta’ sense of belonging!  Ġieli nħares lejn irħula u parroċċi mwaqqfa fejn ma jiċċelebrawx festa u ngħid bejni u bejn ruħi:  Imma dawn kif jgħixu?  Kif jirnexxielhom jingħaqdu flimkien?  Kif jiġu f’Komunità waħda?  Tgħidlix kif.  Imma forsi l-iktar ħaġa li tiskantani, kif ħadd minn dawn il-parroċċi ma jagħmel xejn biex jingħaqdu flimkien?  Lanqas minn huwa l-kap jew il-mexxej.  Imma issa mhux il-mument li nħarsu lejn il-qagħda ta’ ħaddieħor.  Issa huwa l-mument li nġeddu dak li b’xorti tajba missirijietna rnexxielhom jibdew tant snin ilu.

Għandek tgħid li b’paragun ma’ dawn il-parroċċi li għadni kif semmejt, Birżebbuġa hija tassew b’xortija li għandha festa imħawra b’armar, nar, statwa titulari mprezzabbli u żewġ għaqdiet mużikali li jallegraw lil kulħadd.  Imma kemm napprezzawh dan?  Ejja nammettu li xi kultant dan kollu ħadnieh for granted!  San Pietru huwa bla dubju ta’ xejn wieħed mill-akbar qaddisin li għandha l-knisja.  Saħansitra l-Papa nnifsu jirrapreżenta lil San Pietru.  Il-Vatikan stess huwa ddedikat lil dan l-Appostlu.  Forsi wieħed lanqas jaf x’xorti għandna li bħala Patrun għandna lil San Pietru u bħala Protettriċi għandna wkoll lil Marija Addolorata.  Għal min huwa devot ta’ San Ġużepp imbagħad għandna naħseb waħda mill-isbaħ statwi ta’ San Ġużepp f’Malta.  U mbagħad fuq kollox għandna wkoll il-preżenza ta’ Ġesù fl-Ewkaristija, il-Patt il-Ġdid li għamel Alla mal-bniedem.  Għandna kollox.  Jonqos biss lilek li tiġi u tieħu sehem.  Il-festa ssir għal din ir-raġuni biex int tiġi u tiltaqa’ ma’ sħabek u ħbiebek f’għaqda sħiħa bil-barka u bis-saħħa ta’ San Pietru.

Int li int minn Birżebbuġa nistednuk mhux biss biex tiġi magħna u tiltaqa’ magħna, iżda li tieħu din l-opportunità biex turi li int kburi li int minn Birżebbuġa u li int devot ta’ San Pietru u dan int tista’ tagħmlu billi tiddekora l-gallarija tiegħek imqar b’pezza drapp bajda u safra.  Għal min irid iwaħħal inkwadru ta’ San Pietru, mingħajr ma nisforza lil ħadd (l-ebda skop ta’ bejgħ jew qliegħ) infakkarkom li fis-sagristija hemm għall-bejgħ diversi santi, stampi kbar, arazzi u domni tal-Vara ta’ San Pietru.  L-aħħar kelma hija biex nagħmlu minn din il-festa okkażjoni qaddisa billi nattendu l-knisja.  Lit-tfal infakkarhom li nhar it-Tlieta se jkun hemm il-purċissjoni b’San Pietru mill-MUSEUM tas-Subien sal-Knisja Parrokkjali.  Din toħroġ fit-8am jiġifieri tqumux tard u aħsbu kmieni.  Magħkom tistgħu ġġibu bnadar u mkatar lewn il-Papa abjad u isfar.

Nawguralkom Festa Sabiħa.

Viva San Pietru Appostlu
Patrun ta’ Birżebbuġa.

EDITUR

Illum il-Katedra ta’ San Pietru

February 22, 2014

L-Antifona ‘Solve’ iddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen (Birżebbuġa) – Mro. Carlo Diacono

Hymnus {ex Proprio Sanctorum}

Quodcumque in orbe nexibus revinxeris,
Erit revinctum, Petre, in arce siderum:
Et quod resolvit hic potestas tradita,
Erit solutum caeli in alto vertice;
In fine mundi iudicabis saeculum.

Patri perenne sit per aevum gloria,
Tibique laudes concinamus inclytas,
Aeterne Nate, sit superne Spiritus,
Honor tibi, decusque: sancta iugiter
Laudetur omne Trinitas per saeculum.
Amen.

L-Ewwel Lezzjoni:
1 Pietru 5, 1-4
Salm 22, 1-6

Evanġelju: Mattew 16, 13-19

[Mt:16:13] Fdak iż-żmien, meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”

[Mt:16:14] U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”

[Mt:16:15] Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom.

[Mt:16:16] U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.”

[Mt:16:17] U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.

[Mt:16:18] U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat ta’ l-infern ma jegħlbuhiex.

[Mt:16:19] Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.”

Uploaded on Feb 22, 2011

O God, the Shepherd and Ruler of all Your faithful people, mercifully look upon Your servant Pope Benedict XVI, whom You have chosen as the chief Shepherd to preside over Your Church. We beg You to help him edify, both by word and example, those over whom he has charge, that he may reach everlasting life together with the flock entrusted to him. Through Christ our Lord. Amen. Ave Maria! Mass: Chair of St. Peter, Commemoration of St. Paul – Second Class – Form: EF, Statuit Ei DominusReadings: 1st: 1pe 1:1-7Gsp: mat 16:13-19

Published on Feb 22, 2013

Fr. Elias preaches on the feast of the Chair of St. Peter and how it relates to Pope Benedict’s abdication to take place next week. The chair is a symbol of the pope’s temporal power as well as his spiritual, pointing to the fact that the Church is established in the world as the teaching authority in order to point the way for the Lord’s flock to get to heaven.  Mass: Chair of St. Peter – Feast – Form: OF – Readings: 1st: 1pe 5:1-4 – Resp: psa 23:1-3, 3-4, 5, 6 – Gsp: mat 16:13-19

Ant. Tu est Pastor ovium, Princeps Apostolorum: * Tibi tradidit Deus claves regni caelorum.

Festa Katedra ta’ San Pietru Appostlu

Is-Sibt 22 ta’ Frar 2014

6:30pm Kant tas-Salmi
6:45pm Konċelebrazzjoni Solenni
7:30pm Barka Sagramentali
   
Ċelebrant Mistieden Isqof Ġużeppi Mercieca
   
Silta mill-film San Pietro, produzzjoni RAI li turi dan il-Passaġġ ta’ L-Evanġelu.

(15) Cum ergo prandissent, dicit Simoni Petro Jesus: Simon Joannis, diligis me plus his? Dicit ei: Etiam Domine, tu scis quia amo te. Dicit ei: Pasce agnos meos. (16) Dicit ei iterum: Simon Joannis, diligis me? Ait illi: Etiam Domine, tu scis quia amo te. Dicit ei: Pasce agnos meos. (17) Dicit ei tertio: Simon Joannis, amas me? Contristatus est Petrus, quia dixit ei tertio: Amas me? et dixit ei: Domine, tu omnia nosti, tu scis quia amo te. Dixit ei: Pasce oves meas. (18) Amen, amen dico tibi: cum esses junior, cingebas te, et ambulabas ubi volebas: cum autem senueris, extendes manus tuas, et alius te cinget, et ducet quo tu non vis. (19) Hoc autem dixit significans qua morte clarificaturus esset Deum. Et cum hoc dixisset, dicit ei: Sequere me.

(15) Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?””Iva, Mulej?” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” (16) Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?””Iva, Mulej?” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” (17) Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi. (18) Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid?” (19) Dan qalu biex ifisser b’liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil Alla. Mbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: “Ejja warajja.”

_________________________________

Illum niċċelebraw il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu f’Birżebbuġa.  

Din il-festa għandha għeruq fondi fil-kommunità parrokkjali ta’ Birżebbuġa.  Nafu fiċ-ċert li meta l-kappillan Dun Frendo kien qabbad lil Dun Ġorġ Deguara ta’ Raħal Ġdid biex jagħmel statwa ġdida għall-marċ tal-ġimgħa tal-festa, din kienet iżżanżnet waqt il-funzjoni tal-festa tal-Katedra tal-1980 billi tpoġġiet fuq bankun taħt in-nava.  Minn dakinhar ‘l hawn il-festa tal-Katedra kompliet dejjem tikber.

Għal din il-festa jieħdu sehem b’mod speċjali l-Għaqdiet tal-mużika li għandhom konnessjoni kbira ma’ San Pietru u l-festa li tiġi ċċelebrata f’Birżebbuġa.  Iż-żewġ għaqdiet filfatt huma t-tnejn li huma msemmija għal San Pietru.  Jagħtu sehemhom ukoll l-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar li appuntu hija msemmija għal din il-ġurnata speċjali, kif ukoll l-Għaqda tal-Armar li minn kmieni filgħodu jekk it-temp ikun jippermetti tarma l-pjazza bil-bandalori.

Sinjifikat

Din il-festa tant speċjali għan-nies ta’ Birżebbuġa, tissimbolizza l-primat u s-setgħa li Ġesu ta lil San Pietru biex ikun hu l-ewwel wieħed li jieħu ħsieb il-poplu ta’ Alla. Fil-Bibbja nsibu diversi okkażjonijiet fejn Ġesu juri lil Pietru li kellu jkun il-magħżul tiegħu biex imexxi lill-knisja tiegħu. Fis-silta li qrajna hawn fuq mill-Evanġelu ta’ San Ġwann, naraw dak il-mument fejn Ġesu saqsa lil San Pietru, jekk veru jħobbux jew le. Tliet darbiet isaqsih, l-istess numru ta’ kemm dik id-darba ċaħda fil-bitħa tal-palazz meta Ġesu kien għaddej mill-passjoni tiegħu. San Pietru jgħidlu li jħobbu u qabditu għafsa ta’ qalb meta Ġesu staqsieh l-istess mistoqsija għat-tielet darba. San Pietru, ta’ bniedem xi kultant dgħajjef, beżżiegħ imma mbagħad tassew sempliċi u ġenwin jirrispondih “Mulej int taf kollox, int taf li nħobbok.” Ġesu imbagħad jafdalu l-poplu u l-knisja tiegħu mal-kelmiet “Irgħa n-nagħaġ tiegħi”. Dan il-kliem, l-istess bħal dak li naraw fl-Evanġelu ta’ San Mattew Kapitlu 16 versi 18 u 19, jġorru magħhom piż kbir, tant li l-missjoni Appostolika tal-Papa hija bbażata u msejsa fuq dawn il-kelmiet. Hija frażi li qajmet tant kontroversji bejn reliġjonijiet differenti u għadha sal-lum waħda mid-differenzi prinċipali bejn ir-reliġjon Kattolika, dik Protestanta u Ortodossa.

Żewġ Festi Tal-Katedra

Fil-Bażilika ta’ San Pietru tal-Vatikan, f’Ruma naraw fuq wara nett abside b’skultura sabiħa tal-Bernini. Ninnutaw li f’din l-iskultura naraw ħafna anġli qiegħdin iżommu tron. Fil-verita` dak it-tron huwa wkoll relikwarju ta’ siġġu ieħor li hemm issiġillat ġo fih, siġġu li s-sultan Karlu ta’ l-Imperu Qaddis Ruman kien ta lill-Papa bħala rigal fis-sena 875. Tajjeb li ngħidu imma li ż-żewġ festi tal-Katedra jmorru lura għal ħafna snin, ħafna qabel ma’ dan l-imperatur ta dak is-siġġu lill-Papa ta’ dak iż-żmien. Nafu li ż-żewġ festi kienu jsiru f’Ruma u waħda mit-tradizzjonijiet tgħid li kienu jeżistu żewġ Katedri (siġġijiet) differenti ta’ San Pietru: siġġu minnhom fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma u siġġu ieħor fil-Katakombi ta’ Priscilla, f’Ruma wkoll. Il-festi kienu jiġu ċċelebrati waħda fit-18 ta’ Jannar u l-oħra fit-22 ta’ Frar. Għalkemm nafu fiċ-ċert li ż-żewġ festi kienu jirreferu għall-appostolat ta’ San Pietru f’Ruma, skond Martyrologium Hieronymianum (Martiroloġija ta’ San Jerome), li ġie kkompilat fid-disa’ seklu, jirreferi għall-festa tat-18 ta’ Jannar bħala l-Katedra ta’ San Pietru f’Ruma u dik tat-22 ta’ Frar bħala l-Katedra ta’ San Pietru f’Antijokja.

Il-Festa Tal-Katedra ta’ San Pietru matul is-snin

  • Matul iż-żmien iż-żewġ Festi tal-Katedra ta’ San Pietru raw diversi tibdiliet, l-ikbar waħda dik li minn 2 festi spiċċat festa waħda biss.
  • Fis-sena 1570 il-Papa Pio V, daħħal iż-żewġ festi fil-Kalendarju Tridentin fir-rank ta’ Double, skond xewqa tiegħu stess fil-Konċilju ta’ Trentu.
  • Fis-sena 1604 il-Papa Klement VIII, għolla ż-żewġ festi għar-rank ta’ Greater Double.
  • Fis-sena 1960 il-Papa Ġwanni XXIII, neħħa mill-Kalendarju Ruman il-Festa tat-18 ta’ Jannar u biddel dik tat-22 ta’ Frar fir-rank ta’ second-class Feast. Meta l-festa tat-22 ta’ Frar ġiet inkorporata fil-Missal Ruman tal-1969 mill-Papa Ġwanni XXIII il-festa tat-22 ta’ Frar ġiet mibdula għar-rank ta’ Festa.

VIVA 22 TA’ FRAR

LEJN … Il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru ::: It-22 ta’ Frar 2014

February 19, 2014

Is-Sibt li ġej niċċelebraw il-festa tal-Katedra ta’ San Pietru Appostlu f’Birżebbuġa.  

ESKLUSSIVA !!! ::::: Relikwiji ta’ San Pietru App. Esposti għall-Ewwel Darba fil-Pubbliku fl-24 ta’ Novembru 2013

November 17, 2013

Nhar Il-Ħadd li ġej l-24 tax-xahar ta’ Novembru, apparti li tkun Lejlet il-festa ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra li bħal kull sena tiġi ċelebrata fil-parroċċi ġirien tagħna taż-Żurrieq u taż-Żejtun, se tkun ukoll il-festa Liturġika ta’ Kristu Re.  Dakinhar se tiġi fi tmiemha s-sena ddedikata għall-Fidi.  Sabiex tibqa’ tifkira ta’ din is-sena hekk importanti, il-Kurja Rumana tal-Vatikan mmexxija mill-Papa Franġisku ħejjew avveniment straordinarju li żgur se jisraq ix-xena u l-attenzjoni tal-ġurnata, b’avveniment li fl-istorja tal-Knisja Kattolika Rumana qatt ma ġrat qabel.  Huwa bla dubju mument li għandu jimla lilna d-devoti Birżebbuġin ta’ San Pietru b’ferħ kbir liema bħalu.

B’mod esklussiv għall-ewwel darba fl-istorja, Papa Franġisku ta l-permess biex ir-relikwiji sagri u awtentiċi (Awtentiċi bil-Provi) tal-Appostlu Missierna San Pietru Appostlu jiġu esposti għall-ewwel darba fil-pubbliku ‘l barra mis-Sepulkru tiegħu li hemm taħt it-tribuna tal-Artal.  Din hija xi ħaġa straordinarja u unika għal dawk li se jkollhom ix-xorti jmorru jimmeditaw u jitolbu quddiemhom.  Wara sekli sħaħ fis-Sepukru tiegħu, ir-relikwiji ta’ San Pietru bħal qishom se jerġgħu jieħdu r-ruħ u joħorġu għar-raġġi tad-dawl.

Konferma ta’ dan l-avveniment tah il-President tal-Kunsill Pontifiċju, il-Monsinjur Rino Fisichella meta fuq L’Osservatore Romano qal «Così vogliamo concludere l’anno della Fede, esponendo per la prima volta le reliquie attribuite al pescatore di Cafarnao martirizzato a Roma, secondo la tradizione, nel 67 d.C.»

Is-sepulkru fejn instabu dawn il-fdalijiet kienu nstabu b’mod aċċidentali meta fl-1939 kienu qed isiru xi skavi biex titkabbar il-kripta għad-dfin ta’ Papiet ġodda.  Għal xi żmien, anke minħabba t-taqlib li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Dinjija, l-iskavi waqfu u k0mplew fil-ħamsinijiet.  Strumentali għal dawn l-iskavi kienet il-brava Arkeologa Margherita Guarducci.  Din irnexxiela tiddeċifra kliem li nstabu fil-kamra sepulkrali, fosthom talb u invokazzjonijiet kollha għal San Pietru.  Dawn l-iskrizzjonijiet kienu jmorru lura sas-sena 150 W.K.  Waħda minn dawn l-iskrizzjonijiet kienet ‘Pietru jinsab hawn’ (Petros Eni).  Din l-iskrizzjoni kienet sejba kbira u fundamentali għall-identifikazzjoni tar-relikwiji awtentiċi tal-Appostlu San Pietru.

F’affarijiet bħal dawn il-knisja dejjem żammet prudenza kbira.  Madankollu għall-iskantament tal-poplu Kattoliku nhar is-26 ta’ Ġunju tal-1968, il-Papa Pawlu VI waqt l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa kien ħabbar li wara studji kbar u twal kien hemm evidenza biżżejjed biex dik li qabel kienet sempliċiment tradizzjoni jew leġġenda, kienet xejn ħlief il-verità.  Il-Vatikan kien tassew mibni fuq il-post fejn ġie martirizzat u midfun il-magħżul ta’ Ġesu Kristu Alla.  Il-Papa Montini ħabbar li kien hemm evidenza biżżejjed biex wieħed jgħid li nstabu l-fdalijiet awtentiċi ta’ San Pietru: «Nuove indagini pazientissime e accuratissime furono in seguito eseguite con risultato che noi, confortati dal giudizio di valenti e prudenti persone competenti, crediamo positivo: anche le reliquie di San Pietro sono state identificate in modo che possiamo ritenere convincente».

_____________________

Per la prima volta saranno esposte le reliquie attribuite all’apostolo

Davanti a Pietro
la chiusura dell’Anno della fede 

di RINO FISICHELLA

«Si parla poco di adorazione!». Questa esclamazione, improvvisata da Papa Francesco con un tono misto di tristezza e preoccupazione, potrebbe far cogliere il senso di uno dei segni finali dell’Anno della fede. A conferma si può aggiungere un altro pensiero del Papa rivolto ai seminaristi e alle novizie a conclusione delle giornate del loro pellegrinaggio. Allontanandosi anche in questo caso dal testo scritto disse: «Uno dei vostri formatori, mi diceva l’altro giorno: évangéliser on le fait à genoux, l’evangelizzazione si fa in ginocchio. Sentite bene: l’evangelizzazione si fa in ginocchio. Siate sempre uomini e donne di preghiera. Senza il rapporto costante con Dio la missione diventa mestiere» .

Parole che sono musica per le orecchie di chi, come chi scrive, è cresciuto alla scuola di von Balthasar. Il grande teologo del secolo scorso criticava il movimento di alcune scuole che erano passate da una teologia “fatta in ginocchio” a una teologia “scritta a tavolino”, e provocava al recupero della spiritualità e della santità come forma coerente della vita cristiana.

L’unione tra azione e contemplazione è uno dei punti cardini che la fede esprime e ha sempre bisogno di essere ribadita. È in forza di questo che andando verso l’epilogo dell’Anno della Fede, Papa Francesco ha scelto di recarsi il prossimo 21 novembre in un monastero di clausura per un momento di preghiera. La fede vive principalmente di adorazione. L’incontro con Cristo, infatti, richiede che la risposta del credente scaturisca dalla contemplazione del suo volto. La giornata pro orantibus si erge così a segno di come la fede aiuta nella ricerca dell’essenziale.

Dinanzi al mistero che si crede, d’altronde, la preghiera è il primo e più realistico atteggiamento che si dovrebbe assumere. La contemplazione comunque non allontana dagli impegni e dalle preoccupazioni quotidiane, al contrario. Essa permette di dare senso e di sostenere la fatica di ogni giorno. La gioia che proviene da quell’incontro non è artefatta né limitata a un momento emotivo, ma condizione per guardare in profondità e cogliere ciò che vale la pena vivere.

Solo una distratta visione teologica ha potuto creare lo strabismo tra l’amore verso Dio, tipico di chi prega, e l’amore verso il prossimo, proprio di chi agisce. Non era forse per Gesù stesso la contemplazione del Padre momento preparatorio della sua azione evangelizzatrice? Ridare vigore alla fede, quindi, equivale a verificare la reciprocità tra la contemplazione e l’azione cristiana. La prima è il presupposto per una coerente azione evangelica, mentre questa è condizione necessaria perché la contemplazione sia ge- nuina.

La vita contemplativa ha saputo coniugare i due momenti. Ora et labora permane nella Chiesa come la sintesi più felice a cui la fede conduce. Il monastero delle monache camaldolesi sull’Aventino, che Papa Francesco visiterà, presenta questa dimensione in modo peculiare. La sua apertura alla città, nel servizio della lectio divina e della mensa per i poveri, fa emergere l’obiettivo ver- so cui conduce la contemplazione: la condivisione di ciò che si possiede. Non è possibile infatti contem- plare il volto di Cristo senza riconoscerlo poi nella sua “carne” più bisognosa perché più sofferente.

Anche con questo gesto ci si prepara dunque a celebrare l’epilogo di un anno ricco di grazia. Esso è stato segnato in particolare dalla professione di fede che milioni di pellegrini hanno compiuto sulla tomba di Pietro.

In questo contesto, un ultimo segno culminante consisterà nell’esposizione per la prima volta delle reliquie che la tradizione riconosce come quelle dell’apostolo che qui ha dato la sua vita per il Signore. La fede di Pietro, pertanto, confermerà ancora una volta che la porta per l’incontro con Cristo è sempre aperta e attende di essere varcata con lo stesso entusiasmo e convinzione dei primi credenti. Un cammino che i cristiani di oggi sanno di dover perseguire senza stanchezza, perché forti e rassicurati dalla contemplazione del volto di Cristo.

_____________________

Biex tara tour virtwali tal-kripta ta’ San Pietru Appostlu Patrun ta’ Birżebbuġa u missier ulied dan ir-raħal tagħna agħfsu hawnhekk.

Ċerimonja tal-Pussess f’Birżebbuġa wara 13-il sena

November 10, 2013

Introduzzjoni

L-aħħar Ċerimonja tal-Pussess li rat Birżebbuġa qabel din li se ssir illejla saret 13- il sena ilu meta fid-9 t’April tas-sena 2000, Dun Nikola Pace inħatar bħala t-8 kappillan ta’ Birżebbuġa.  Il-kappillan ta’ qablu kien Dun Ġużepp Maria Farrugia li dam f’din il-kariga għal 9 snin.

Bidla fil-kappillan tħabbret f’Mejju li għadda.  Wara l-mewt għall-għarrieda tal-Arċipriet taż-Żejtun Dun Eric Overend, l-Arċisqof ta’ Malta għażel lil Dun Nikola Pace biex ikun l-Arċipriet il-ġdid taż-Żejtun.  B’hekk il-post ta’ kappillan ta’ Birżebbuġa spiċċa vakanti.  Fit-28 ta’ Ġunju, lejlet il-festa tal-Martirju ta’ San Pietru Appostlu, Patrun ta’ Birżebbuġa, l-Arċisqof ta’ Malta ħabbar lill-Kanonku Dun Anton Galea Scannura bħala l-kappillan il-ġdid ta’ Birżebbuġa li llum tgħodd mal-10,532 persuna f’3,200 familja, it-tieni l-akbar belt fir-reġjun South-East ta’ Malta wara l-belt taż-Żejtun.

Programm

Fl-4.15pm iż-żewġ baned jibdew marċ li jgħaddi minn Triq Santa Katerina, Tankijiet, Bieqja, Knisja u Birżebbuġa biex jakkumpanjaw il-Korteo tal-Kappillan għall-Knisja. Il-membri kollha tal-parroċċa mistiedna u mħeġġa jattendu.

Il-Komunita Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen ser tiċċelebra l-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Anton Galea Scannura bħala Kapillan waqt quddiesa immexxija minn Mons Charles J Scicluna Isqof Awżiljarju ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2013 fil-5:30pm. F’din il-quddiesa l-Kappillan jibda uffiċċjalment il-ministeru tiegħu.

Il-Kanonku Dun Anton Galea Scannura

Kan. Anton Galea Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju, 1973. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Stella Maris ta’ Ħal Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.  Kan. Anton Galea Scannura ġie ordnat saċerdot fis-26 ta’ Ġunju, 1998 u fl-istess sena nħatar u serva fil-parroċċi tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, f’San Ġiljan u f’Bormla. Mill-2007 u kien jokkupa l-kariga ta’ Kappillan tal-Kalkara.  Dun Anton Galea Scannura għandu relazzjoni kbira mal-parroċċa ta’ Birżebbuġa.  Għal żmien twil għex flimkien mal-familja tiegħu fir-raħal sabiħ tagħna ta’ Birżebbuġa.

Iċ-ċerimonja tal-Pussess tal-Kappillan

Fir-ritratt ta’ isfel ġibt artiklu li kien ippubblikat fl-annal tal-knisja tal-Festa 1990.  Naħseb li huwa importanti li lill-poplu nispjegawlu x’tip ta’ ċerimonjar liturġiku importanti isir u li jagħmel parti mill-ħajja liturġika Kattolika tal-knisja tagħna.  Ikolli ngħid li neqsin minn dan it-tagħlim.  Ma nafx għaliex il-poplu nħalluh fl-għama fuq ċertu affarijiet?  Tgħid biex fin-nuqqas ta’ dan l-għarfien ħadd ma jiġih f’moħħu jsaqsi x’suppost isir jew le?

Fiċ-ċerimonja tal-pussess se naraw fost l-oħrajn:

  1. Il-kappillan viċin it-tabernaklu – bħala l-bniedem li għandu d-dmir iwassal l-Ewkaristija għand il-komunità afdata f’idu.
  2. Il-kappillan viċin il-fonti tal-Magħmudija – bħala l-bniedem li jrid idaħħal fil-familja t’Alla nies ġodda.
  3. Il-kappillan fil-Konfessjonarju – bħala l-bniedem li jrid jirrikonċilja ma’ Alla mill-ġdid, membri fil-Komunità tiegħu.
  4. Il-kappillan idoqq il-qanpiena – bħala l-bniedem li jrid jagħmel ħiltu kollha biex iressaq u jsejjaħ lin-nies lejn Alla u t-tempju parrokkjali.

Qabel il-Konċelbrazzjoni Solenni jinqara d-digriet tal-Isqof li bih iħabbar il-Kappillan il-ġdid.  Ikun hemm ukoll żewġ xhieda.  Fl-aħħar delegat mill-Isqof jgħaddi ċ-ċwievet tal-Knisja lill-Kappillan b’sinjal li issa l-Komunità parrokkjali ġiet fdata f’idu.

Awguri ta’ Ħidma Fejjieda

Minn dawn il-paġni nawgura lill-kappillan il-ġdid ħidma fejjieda f’Birżebbuġa.  Żgur li sal-lum il-ġurnata ltaqa’ ma’ ħafna nies u rrealizza diġà kemm in-nies ta’ Birżebbuġa huma nies li jilqgħu b’idejhom miftuħa lil dawk li jridulu ħafna ġid.  Ma nistax ninsa wkoll lil Rev. Roderick Camilleri, li flimkien mal-kappillan il-ġdid diġà serqu s-simpatija tan-nies.  Sa mill-bidu nett dawn iż-2 saċerdoti kienu viċin in-nies jisimgħu bit-tbatijiet li ħafna mill-parruċċani jkunu għaddejjin minnu.  Huwa dan sewwasew il-bidu ta’ kull ħidma, ikun x’ikun il-qasam li wieħed jaħdem fih: li wieħed jisma’.  Xi kultant inkunu mehdijin wisq ngħidu l-affarijiet tagħna mingħajr ma nisimgħu dak li jrid jgħidilna ħaddieħor.  Kemm hu sabiħ u tajjeb li wieħed jisma’ lil ħaddieħor mingħajr preġudizzju.  Tassew valur importanti.  GRAZZI U AWGURI REV. KAPPILLAN SCANNURA U REV. RODERICK CAMILLERI.

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni.wordpress.com/

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.