Skip to content

Batteriji u Ridotti f’Birżebbuġa (L-1 Parti)

 

Batteriji u Ridotti f’Birżebbuġa (L-1 Parti)
kitba u riċerka ta’ Michael Balzia
Ippubblikat fuq ‘Birżebbuġa: ‘Leħen il-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen’, Festa 1993.

 

caption

 

Għalkemm sal-bidu tas-Seklu 18 l-Ottoman Tork kien naqqas mis-saħħa tiegħu fil-Mediterran, xorta kien ta’ theddida għall-Ordni Ġerosolomitan li min-naħa tiegħu beda jittraskura bil-mod il-mod id-difiża ta’ Malta (1), hekk li kull manuvra mill-għadu kienet taħsad lill-Kavallieri.  Hekk ġara nhar l-20 ta’ Ġunju 1714,(2) żmien il-Gran Mastru Ramon Y Perellos de Roccaful meta fil-Kunsill ta’ l-Ordni sar magħruf li l-Mislem kien qiegħed iħejji armata kbira f’Kostantinopli.

Biex jilqa’ għal din l-isfida l-ġdida, l-Ordni seħħlu li matul ix-xhur ta’ wara jieħu ċerti prekawzjonijiet.  Nhar it-18 ta’ Settembru ġie deċiż li jitolbu l-għajnuna ta’ prinċpijiet insara (3), l-aktar tar-re Lwiġi XIV ta’ Franza; (4) nhar is-26 ta’ Settembru ordnaw li jinġieb munizzjon tal-gwerra (5) filwaqt li nhar il-5 ta’ Jannar 1715 ġie ordnat li dawk il-kavallieri msefrin ta’ inqas minn 60 sena jirriturnaw immedjatament f’Malta. (6)

Nhar it-28 ta’ Settembru 1714, fil-”Congregazione di Guerra” il-Kavallieri Fra Francesco de Camus d’Arginy u Fra Bernardo de Fontete qatgħuha li jżuru postijiet fejn seta’ jiżbarka l-għadu fosthom il-bajjiet ta’ Marsaxlokk u Wied il-Għajn. (7)  Huma ppreżentaw ir-rapport tagħhom lill-”Congregazione di Guerra” nhar l-10 ta’ Jannar 1715. (8)  Dawn iż-żewġ kummissjonarji flimkien ma’ l-inġinier Francois de Bachelieu qablu li fil-Bajja ta’ Marsaxlokk flimkien ma’ swar kellhom jinbnew ħames batteriji.  Il-pjan – xi ftit jew wisq irranġat – flimkien mal-pjanta għadda fl-istess jum lill-Kunsill ta’ l-Ordni. (9)  Hekk kif ġie approvat, il-”Commissione della Guerra” ddeċidiet li tafda x-xogħol tal-bini f’idejn dawn it-tlieta min-nies flimkien mal-Kapi Mastri Gio Barbara u Gio Żammit minn Raħal Ġdid. (10)  Kellhom jaħdmu fuq il-proġetti in-nies tal-kampanja. (11)  Id-disinji saru mill-istess Bacheliue.  Bejn il-15 ta’ Jannar u l-21 ta’ Frar tħallsu ‘l fuq minn 1634 skud, b’il fuq minn 915 jitħallsu mill-Balliju Mark Anton Zondadari. (l2)

Fil-presenza tal-Prijur ta’ Franza, Fra Filippo De Vendosme (dan wasal hawn Malta nhar it-8 t’April) (13) iltaqgħet il-”Congregazione di Guerra” nhar l-4 ta’ Ġunju 1715 (l4) biex jiġi diskuss xi pjan ta’ azzjoni kellu jittieħed: jekk ikomplux jiżviluppaw il-fortifikazzjonijiet ta’ madwar il-kosta kif xtaq Vendosme jew ikomplux jiffortifikaw madwar il-Port il-Kbir.  Fuq dan ma kienx hemm qbil. (15)

Nhar is-6 ta’ Ġunju 1715, Vendosme ppreżenta r-rapport tiegħu lill-Kunsill fejn aċċenna l-importanza li jiġu ffortifikati l-ixtut. (16)  Huwa offra li jislef lill-Ordni mingħajr interessi kull ammont li kellu jaqbeż l-40 elf skud, b’dan ta’ l-aħħar jingħata ċ-ċans li jħallashom fi żmien tlett snin.  Hekk kif il-Kunsill approva l-pjan ta’ Vendosme, diversi membri offrew minn buthom somom ta’ flus biex ikunu jistgħu jinbnew dawn il-fortizzi. (17)  B’kollox is-somma offruta laħqet 13-il elf skud. (18)

Ix-xogħol fuq dawn il-fortifikazzjonijiet inbeda fis-snin 1715-1716 (19) taħt l-inġinier Maigret (20) wara li l-Kunsill ta’ l-Ordni fuq rakkomandazzjoni tal-”Congregazione” nhar il-25 ta’ Settembru 1715 ta l-kunsens tiegħu biex approva kemm il-pjan tal-Kavallier Renato Jacob de Tigne’ (li jiffortifika l-Kottonera u l-Furjana) kif ukoll dak ta’ Vendosme jitkomplew. (21)  Dakinhar il-Kunsill approva wkoll li l-isem ta’ Vendosme kif ukoll l-arma ta’ kunjomu jiġu mnaqqxin fuq kull fortifikazzjoni ta’ madwar il-kosta. (22)  B’kollox fil-bajja ta’ Birżebbuġa nbdew 7 fortifikazzjonijiet (23) (4 batteriji u 3 ridotti). (24)

 

Batterija Bengħisa

Il-Batterija Bengħisa, magħrufa wkoll bħala ta’ Balbuni (25) u anke “St Catherine” (26) inbniet fi żmien il-Gran Mastru Ramon Y Perellos de Roccaful għall-ħabta tas-snin 1715-16. (27)

Ħallas għaliha l-prijur ta’ Venezja, Fra Cristofora Balbani li nhar is-6 ta’ Ġunju 1715, fil-Kunsill, offra elfejn skud għall-ispejjes tagħha. (28)

Ipproġettata li jkollha 8 kanuni, (29) din il-batterija matul il-ħakma ta’ l-Ordni fuq Malta kellha diversi tipi u għadd.  Fil-vista li għamel il-Kavallier Fra Renato de Gras fl-10 ta’ Mejju 1722, huwa sab 8 kanuni ta’ 10 libbri l-wieħed, (30) fl-1761 kellha 5 ta’ 8 libbri u 3 ta’ 6 libbri, (31) fl-1770 kellha 3 kanuni tal-ħadid Franċiżi bil-porvli miżmum fit-Torri San Luċjan. (32)  Bejn is-snin 1783 u 1792, hija kellha 8 kanuni tal-ħadid ta’ 8 libbri l-wieħed. (33)

Dawn il-proġetti kienu jiswew somom kbar ta’ flus lill-Ordni u dettal ta’ dawn jinsab ti Tres – A. 1O5. (34) Fit-tlugħ tagħha, hija kienet stmata li tqum 1855:1.18 (35).  Fl-1743 sarilha pont (36)

Fi żmien l-Ingliżi, il-Militar, nhar l-1 t’April 1901, talab stima kemm tal-batterija (S29) kif ukoll stima ta’ biċċa art fil-Birgu fi Strada Torre S. Giovanni bl-idea li dawn jitpartu biex l-Ammiraljat jkun jista’ jibni P.W Office u stores, talba li ma ġietx milqugħa. (37)

 

Ridott Kalafrana

Dan ir-ridott, mibni f’nofs l-ewwel daħla tal-Port ta’ Marsaxlokk in-naħa ta’ Kalafrana (fejn illum hemm il-Freeport) kien ipproġettat li jkollu 3 kanuni. (38) Għat-tlugħ tiegħu għamel tajjeb il-but tal-Balliju Fra Gio Battista de Fresnoy li ħareġ elf skud. (39)

Stmat li jqum iktar minn 1193 skud, dan ir- ridott tond, mibni b’żewġ saffi, kien kapaċi li jżomm 50 ruħ. (40)

Fir-rapport li ppreżenta lill-Awtoritajiet Militari, is-supretendent tal-Public Works, Paolo Trapani nhar it-22 ta’ Frar, 1897, issuġerixxa li dan ir-ridott kellu jitwaqqa’ mingħajr telf ta’ żmien. (41)

 

Batterija ta’ Mnieħ.

Batterija oħra li nbniet f’dawn in-naħat fl-istess żminijiet bħat-tnejn ta’ qabilha kienet dik ta’ Mnieħ, magħrufa wkoll bħala ta’ S. Raimond, (42) “Oitelboura”,(43) u Figuettas. (44)  Inbniet bi flus il-”Gran Conservatore”, Fra Don Gaspare de la Figuera li offra lill-Kunsill is-somma ta’ mitejn “doppia di Spagna”. (45)

Din il-batterija, bħal dik ta’ Bengħisa kellha diversi kanuni kemm ta’ għamla kif ukoll ta’ kalibru: fl-1722 (8 kanuni ta’ 10 libbri il-wieħed); (46) 1761 (8 kanuni ta’ 6 libbri l-wieħed); (47) l-istess bħas-sena 1770. (48)  L-aħħar snin ta’ l-Ordni, fl-1783 (49), 1785 (50), 1787 (51) u l-1790 (52) kellha 6 kanuni ta’ sitt libbri l-wieħed.

Batterija ta’ Mnieħ kienet maħsuba biex tiddefendi lilha nnifisha bi 8 kanuni (53) u stmata li tqum iktar minn 1451 skud. (54)

 

 

Referenzi:

  1. Le Chevalier Folard 1669-1752 p.p. 157-158.
  2. Arkivju ta’ l-Ordni ta’ Malta f. 108v. u A.O.M. 228B f. 223.
  3. A.O.M. Ibid f. 114v.
  4. Le Chevalier Foalrd p. 152 A.O.M. 1562 f.f. 1238-1239.
  5. A.O.M. 266 f.f. 114v-115v.
  6. Ibid f.  126v. Din iċ-ċitazzjoni ġenerali ġiet revokata nhar id-19 ta’ Ġunju, 1715 (A.O.M. 266 f.  167v.) meta sar magħruf li t-Torok attakkaw  il-”Morea”  li kienet f’idejn  ir-Repubblika ta’ Venezja. Dawk il-kavallieri ta’ iktar minn 60 sena kienu ġew eżentati mill-obbligu iżda ntalbu li jagħtu xi kumpens (A.O.M.228B f. 223v.). Il “Commissione delle Case” kellha l-obbligu li tagħti akkomodazzjoni 1 i 11— Kavallieri li kellhom jiġu (A.O.M. 228B f. 223).  Ittieħdu passi kontra dawk it-talin li naqsu li jirriturnaw f Malta. (A.O.M. 2236).
  7. A.O.M. 6556 f. 2.
    A.O.M. 6552 f. 3v.(28 ta’ Diċembru 1714 u mhux kif ġie irrapurtat f A.O.M. 6556).
  8. A.O.M. 6556 F. 3
  1. batterija ta’ sitt kanuni ta’ kalibru ta’ 26 libbra taħt it-torri (San Luċjan);

  2. batterija oħra ta’ sitt kanuni b’kalibru ta’ 40 libbra;

  3. 2 oħra qrib b’4 kanuni ta’ 26 libbra.
    Għalkemm ma jidhirx ċar fejn dawn kienu ġew proposti li jinbnew minħabba li l-pjanta esebita ma’ dan il proġett intilfet jidher li dawn kienu tħażżu fin-naħa tal-bajja ta’ Birżebbuġa għaliex l-oħra ta’ 4 kanuni ta’ 12-il libbra ġiet proposta li tinbena “à canto della salina deH’altrolato della sud ta torre …”

  1. A.O.M. 266 f. 129v.

  2. A.O.M. 6552 f. 27.

  3. A.O.M. 266 f.  129v.  Id-disinji saru minn Bachelieu, logutenent u Inġinier tar-Re ta’ Spanja. Ara Libr. 1301 f. 46.

  4. A.O.M. 6545 f. 38. Il-Balliju Żondadari (wara laħaq Gran Mastru) ħallas b’kollox 3000 skud għall-fortifikazzjonijiet kemm ta’ Marsaxlokk kif ukoll ta’ San Tumas. (A.O.M. 6556 f. 9) Is-somma preċiża kienet ta’ 1634 skud, 9 tari u 5 grani. Il-Balliju Zondadari ħallas 915 skud, 10 tari u 7 grani.
  5. A.O.M. 266 f. 154v.
  6. A.O.M. 6556 f.f. 27-31.
  7. A.O.M. Ibid. fost id-delegati tal-”Congregazione di Guerra” kien hemm De Tigne’ (f.30) li kien jaqbel li aħjar jintemmu l-fortifikazzjonijiet ta’ madwar il-port bħal Santa Margerita u l-Kottonera (Libr 1219 f. 146r u 149r). Iktar tard il “Congregazione” talbet lil Tigne’ biex iħejjirapport (17 ta’ Lulju, 1715 – Libr. 1219 f. 158) li ġie ppreżentat mill-Inġinier nhar il-25 ta’ Settembru, 1715 (Ibid f. 179).  Xorta jibqa’ l-fatt, iżda, li Vendosme kien kuntrarju għall-pjanijiet ta’ Tigne.  Danjidherċar fil-”Memoire” tiegħu ppreżentat fil-15 ta’ Settembru u l-aktar f’nota li nsibu f A.O.M. 6552 f. 51. Ara wkoll Le Chevalier Folard p. 171.
  8. A.O.M. 266 f. 360v.
    A.O.M. 6556 f.f. 11-12.
  9. Ibid.

  10. A.O.M. 266 f. 189r. Dawn kienu jinkludu l-4 t’elef skud mogħtijin minn Vendosme nnifsu.  Il-”Congregazione di Guerra” nhar id-29 ta’ Lulju talbet lill-Kunsill biex tissellef is-27 elf skud minn 40.
  11. A.O.M. 6543 (Qoxra tal-Manuskritt).
  12. Libr. 1219 f. 184. – A.O.M. 266 f.  175v. b’Mongontier ikun il-kummissjunarju  nkarigat minn dawn  ta’ Marsaxlokk (A.O.M. 6545 f.f. 38-40).
  13. A.O.M. 266 f.f. 174v – 175v.
    Libr. 1219 f.f. 182-185r.
    A.O.M. 228B f. 224.

  14. A.O.M. 266 f. 176r.
    A.O.M. 228B 176r.

  15. A.O.M. 6543 f. 74. Ix-xogħol fuq dawn il-fortizzi ma sar xejn tajjeb tant li fl-1743 nsibu li… “nell’estate cioe da maggio … un muratore e impiegato alle riparazione del Forte San Luciano, e da tutte li Batterie e Ridotte di Marsascirocca, che ho potuto verificare essere malamente fabbricate”. (Clerkenwell M.S. 01 Item 29 f.f. 18-19).

  16. Libr. 1219: … especes de petites demi lunces ou bastion que l’on place dans differens (sic) endroits du terrain qui touche immediatament ala place…
    Spiteri S.C. The Knight’s Fortification p. 184
    The redoubt was designed to prevent the enemy from disembarking his troops once he had succeeded in neutralising the Coastal batteries at the entrance to the bay.
  17. A.O.M. 6557 f. 133.
    A.O.M. 6558 f. 106.
  18. Libr. 1219 f. 131.
    De Bertot Abbe. The history of the Knights of Malta:- Volume Two p. 3 (An explanation of the References in the Plan of Malta, with a chronological account of the progress of its fortifications.
  19. A.O.M. 6543 … Misura e conto, sommario dell’opere di fortifiċazioni fatte nel lido delle marine dell’isola di malta, Chemuna e Gozzo.
  20. Libr. 1219 f. 277.
    A.O.M. 266 f. 36lr. (minuti tal-Kunsill ta’ l-Ordni) iġib biss “due mila”.
  21. Libri. 1219 f. 131.
  22. A.O.M.  1011  F. 49. Huwa ordna li ssirilha pjatta forma u apertura fil-kamra fejn kienet tinżamm il-ħażna tal-munizzjoni peress li bin-nuqqas ta’ ventilazzjoni kien qed iġarrab ħsara kbira. Kemm fis-sena 1721 (16 ta’ Jannar) kif ukoll fis-sena ta’ wara (25 ta’ Settembru) kien hemm għajdut li t-Torok kienu qed jippreparaw bil-kbir fil-Belt ta’ Kostantinopli (A.O.M. 267 f. 113v. u 147v). Fis-6 ta’ Frar 1721 kienet ntbagħtet ċirkulari lill-Kavallieri imsefrin biex ikunu għal-lest għal dak kollu li seta’ jinqala’ (A.O.M. 267 f. 117r.).
  23. A.O.M. 6558 f. 106.
    A.O.M. 6549 f. 3. Il-ħames kanuni kienu ta’ 18-il libbra Franċiżi.
  24. A.O.M. 6543 f. 160r.

  25. A.O.M. 1061, 1062 u 1015 f. 358.

  26. A.O.M. Tres. A. 105 Amministrazione de Guerra 1778-97.

  27. A.O.M. 6543 f. 74.

  28. Clerkenwell M.S. 01. Item 29 f.f. 18-19.

  29. Arkivju Nazzjonali Santu Spirtu – Rabat- 13964 Militari u 16869 Military.

  30. Libr. 1219 f. 131.

  31. A.O.M. 266 f. 361r.

  32. A.O.M. 6558 f. 106v.

  33. A.N.S.S. 14182 Militari. Fis-”Survey Sheet” Nru. 143 ippublikata fl-1912 kien għadu jidher.

  34. Libr. 1219 f. 131.
    Libr. 142 Vol. 5 f. 227.

  35. Ibid.

  36. A.O.M. 6558 f. 106r.

  37. A.O.M. 266 f. 36lr. “Doppia di Spagna” kienet stmata li tqum 6 skudi nhar l-20 ta’ Novembru 1719 (A.O.M. 267 f. 55).

  38. A.O.M. 1011 supra.

  39. A.O.M. 6558 f. 106.
    A.O.M. 6557 f. 134.

  40. A.O.M. 6543 supra. Il-kanuni kienu Franċiżi.

  41. A.O.M. 1062 f.f. 17 u 18.

  42. A.O.M. 1061 f.f. 14-20 (Consegna d’Artigleria – 3 Xbre 1785).

  43. A.O.M. 1062.

  44. A.O.M. 1062.

  45. Libr. 1219 f. 131.

  46. A.O.M. 6543 f. 74.

 

No comments yet

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Armar San Pietru, Birżebbuġa

Għaqda Piroteknika 22 ta' Frar, Birżebbuġa, Malta

22 February Pirotechnic Society, Birżebbuġa, Malta

San Gorg Megalomartri, Birzebbuga .::+::. Blog

Just another WordPress.com weblog

Mater Dolorosa ::: L-ewwel Titular ta' Birżebbuġa

Il-Ġimgħa Mqaddsa f'Birżebbuġa

iljuni

PARTITARJI LJUNI - Soċjeta Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

Birzebbuga Symphonic Band A.D. 1990, Malta.

%d bloggers like this: